Obbligi ta' manteniment

Iċ-Ċekja

Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Iċ-Ċekja

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament għandhom jitressqu quddiem qorti distrettwali jew quddiem uffiċjal eżekuttiv tal-qorti (bailiff).

Skont l-Artikolu 201 et seq. tal-Att Nru 99/1963 (il-"Kodiċi tal-Proċedura Ċivili") kif emendat, l-appelli kontra deċiżjonijiet dwar rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, fis-sens tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament jitressqu quddiem il-qorti distrettwali li tkun tat id-deċiżjoni jew quddiem il-qorti distrettwali li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali skont l-Artikolu 45 tal-Att Nru. 120/2001 dwar l-uffiċjali eżekuttivi tal-qorti u l-attivitajiet ta’ eżekuzzjoni (il-"Kodiċi Eżekuttiv") kif ġie emendat l-aħħar.

Fejn ir-rikors għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà jkun ġie ppreżentat minn uffiċjal eżekuttiv tal-qorti, l-appell kontra d-deċiżjoni tal-uffiċjal eżekuttiv tal-qorti għandu jiġi deċiż mill-qorti reġjonali fid-distrett li fiha tinsab il-qorti responsabbli għall-eżekuzzjoni.

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Il-proċeduri ta' rimedju msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament huma rikors għal annullament (žaloba pro zmatečnost) skont l-Artikolu 229 et seq. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors għar-ritrattazzjoni (žaloba na obnovu řízení) skont l-Artikolu 228 et seq. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u l-appell straordinarju (dovolání) skont l-Artikolu 236 et seq. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u għal ċerti każijiet ukoll skont l-Artikolu 30 tal-Att dwar Proċeduri Ġudizzjarji Speċjali.

Madankollu, appell straordinarju mhuwiex ammissibbli kontra sentenzi dwar il-mertu tal-kawża fir-rigward ta' obbligi ta' manteniment.

Il-ġuriżdizzjoni fir-rigward ta' rikors għal annullament u rikors għar-ritrattazzjoni hija tal-qorti li ddeċidiet fil-prim'istanza. F'xi każi speċjali, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet ikkontestata (ara l-Artikolu 235a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-ġuriżdizzjoni fuq appelli straordinarji hija tal-Qorti Suprema - l-indirizz: Nejvyšší soud ČR, Burešova 20, 657 37 Brno, Czech Republic.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Il-qrati li għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jisimgħu proċedimenti ta’ rieżami għall-iskop tal-Artikolu 19 tar-Regolament huma l-qrati distrettwali li jkunu taw id-deċiżjoni fil-prim’istanza.

Il-qorti kompetenti għandha tapplika direttament l-Artikolu 19 tar-Regolament. Hemm possibilità ta' appell minn deċiżjonijiet li jiċħdu rikors għal rieżami.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

L-awtorità ċentrali hija:

L-Uffiċċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal (Úřad pro mezinárodněprávní ochranu dětí)

Šilingrovo náměstí 3/4

602 00 Brno

Czech Republic

E-mail: podatelna@umpod.cz

Telefon: 00420 542 215 522

Faks: 00420 542 212 836

http://www.umpod.cz/

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka huwa l-korp pubbliku kompetenti fis-sens tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament; huwa għandu l-poteri kollha skont l-Att Nru. 629/2004 dwar l-għoti ta’ għajnuna legali f’tilwimiet transkonfinali fl-Unjoni Ewropea, kif emendat, biex jiżgura li l-għajnuna legali tingħata f'konformità mal-Artikolu 51(2)(a) tar-Regolament.

Dettalji ta’ kuntatt:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka (Ministerstvo spravedlnosti ČR)

Vyšehradská 16

128 10 Prague 2

Czech Republic

E-mail: moc@msp.justice.cz

Telefon: 00420 221 997 925

Faks: 00420 221 997 919

http://www.justice.cz

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-eżekuzzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament huma l-qrati distrettwali.
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom hija rregolata mill-Artikoli 84 sa 86 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili meta r-rikors għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni jkun ġie magħmul quddiem qorti distrettwali, jew mill-Artikolu 45 tal-Kodiċi Eżekuttiv meta r-rikors ikun ġie ppreżentat lil uffiċjal eżekuttiv tal-qorti.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 tar-Regolament huma ċ-Ċek u s-Slovakk.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Minbarra ċ-Ċek, l-Ingliż u s-Slovakk huma aċċettati wkoll mill-Awtorità Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra msemmija fl-Artikolu 59.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.