Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Obbligi ta' manteniment - Danimarka


Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

L-applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 27(1) iridu jiġu ppreżentati l-uffiċċju nazzjonali għal servizzi soċjali deċentralizzati (Statsforvaltningen, l-“Amministrazzjoni Statali”).

Dettalji ta’ kuntatt:

Statsforvaltningen

Storetorv 10

6200 Aabenraa

Denmark

Posta elettronika: post@statsforvaltningen.dk

Telefown: +45 7256 7000

 

L-appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Amministrazzjoni Statali jistgħu jsiru quddiem il-Bord Nazzjonali tal-Appelli Soċjali (Ankestyrelsen).

Dettalji ta’ kuntatt:

Ankestyrelsen

DK-7998 Statsservice

Denmark

Telefown: +45 3341 1200

Posta elettronika: ast@ast.dk

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Appelli Soċjali jistgħu jiġu eżaminati mill-qrati skont l-Artikolu 63 tal-Kostituzzjoni. Jekk l-ilmentatur ikun domiċiljat id-Danimarka, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni biex tiġi eżaminata deċiżjoni mill-Bord tal-Appelli Soċjali quddiem il-qorti distrettwali (ret jew byret) tal-post fejn l-ilmentatur ikun domiċiljat (hjemting). Jekk l-ilmentatur ma jkunx domiċiljat id-Danimarka, il-kawża trid issirquddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Copenhagen (Københavns Byret). Appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali jista’ jsir quddiem il-qorti superjuri xierqa (landsret); appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti superjuri jista’ jsir quddiem il-Qorti Superjuri (Højesteretten), iżda biss bil-kunsens tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli (Procesbevillingsnævnet). B’applikazzjoni minn parti, il-qorti distrettwali tista’ tirreferi l-kawża għal eżami mill-qorti superjuri jekk tkun involuta kwistjoni ta’ prinċipju.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati (il-qrati distrettwali, il-qrati superjuri u l-Qorti Suprema) u l-Bord tal-Permessi tal-Appelli jinsabu hawn: http://www.domstol.dk.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Mhux applikabbli fid-Danimarka.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Il-Kapitolu VII tar-Regolament, li jikkonċerna l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali, mhuwiex applikabbli fid-Danimarka skont id-dispożizzjonijiet tat-12 ta’ Ġunju 2009 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-Irkupru barra mill-Pajjiż tal-Manteniment (il-Konvenzjoni tan-NU), il-Bord Nazzjonali tal-Appelli Soċjali Daniż inħatar bħala l-awtorità ċentrali risponsabbli għal kawżi internazzjonali ta’ manteniment.

Il-Bord tal-Appelli Soċjali awtorizza lill-fergħa tan-Nofsinhar tad-Danimarka tal-Amministrazzjoni Doganali u Fiskali (SKAT) biex taġixxi bħala medjatur fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni (rkupru) barra mill-pajjiż tal-manteniment skont il-Konvenzjoni tan-NU.

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Mhux applikabbli fid-Danimarka.

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-awtorità risponsabbli mill-ġbir tal-arretrati, li f’dan il-każ hija l-fergħa ta’ SKAT għan-Nofsinhar tad-Danimarka, tiġbor l-ammont li jirriżulta mid-deċiżjoni li għandha tiġi infurzata. Jekk l-ammont ma jitħallasx, l-istess awtorità tal-ġbir tal-arretrati tipproċedi biex teżegwiha.

Jekk, matul il-ġbir jew l-eżekuzzjoni, il-parti mitluba tagħmel il-pagament tikkontesta l-pretensjoni, l-awtorita tal-ġbir tal-arretrati tirreferi l-każ quddiem l-Amministrazzjoni Statali, li tieħu deċiżjoni li tista’ tinvolvi r-rifjut jew is-sospensjoni tal-ġbir jew l-eżekuzzjoni.

Madankollu, l-awtorità tal-ġbir tal-arretrati tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-eżistenza u d-daqs tal-pretensjoni jekk il-kwistjoni tirrigwarda l-ittrattar tal-pretensjoni mill-awtorità nnifisha. Tista’ wkoll tissospendi l-eżekuzzjoni.

Kull ilment dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Amministrazzjoni Statali jiġi trattat mill-Bord tal-Appelli Soċjali. F’ċerti ċirkustanzi l-Amministrazzjoni Statali tista’ tkompli bl-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni li jkun sar ilment dwarha.

L-ilmenti dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità tal-ġbir tal-arretrati dwar l-irkupru tad-dejn, eċċ., inklużi deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-eżistenza u d-daqs tal-pretensjonijiet meta l-kwistjoni tkun relatata mal-ittrattar tal-pretensjoni mill-awtorità nnifisha jistgħu jitressqu quddiem it-Tribunal tat-Taxxa Nazzjonali (Landsskatteretten).

Il-qorti tal-infurzar u tat-talbiet iż-żgħar (fogedret) tiddeċiedi dwar oġġezzjonijiet dwar sekwestri mill-awtorità tal-ġbir tal-arretrati. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet mill-qorti tal-infurzar u tat-talbiet iż-żgħar jistgħu jsiru quddiem il-qorti superjuri. Jekk it-talba jkollha valur ekonomiku li ma jaqbiżx l-DKK 20 000, appell kontra deċiżjoni mill-qorti tal-infurzar u tat-talbiet iż-żgħar jista’ jsir biss bl-awtorizzazzjoni tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli. Bl-awtorizzazzjoni tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli, id-deċiżjonijiet meħuda mill-qorti tal-appell f’kawżi tal-appell jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Suprema.

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Appelli Soċjali u t-Tribunal tat-Taxxa Nazzjonali jistgħu jiġu eżaminati mill-qrati skont l-Artikolu 63 tal-Kostituzzjoni. Jekk l-ilmentatur ikun domiċiljat id-Danimarka, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni biex tiġi eżaminata deċiżjoni quddiem il-qorti distrettwali tal-post fejn l-ilmentatur ikun domiċiljat. Jekk l-ilmentatur ma jkunx domiċiljat id-Danimarka, il-kawża trid issir quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Copenhagen. Appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali jista’ jsir quddiem il-qorti superjuri xierqa (landsret); appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti superjuri jista’ jsir quddiem il-Qorti Superjuri (Højesteretten), iżda biss bil-kunsens tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli (Procesbevillingsnævnet). B’applikazzjoni minn parti, il-qorti distrettwali tista’ tirreferi l-kawża għal eżami mill-qorti superjuri jekk tkun involuta kwistjoni ta’ prinċipju.


Dettalji ta’ kuntatt

Ankestyrelsen (Bord tal-Appelli Soċjali)

DK-7998 Statsservice

Denmark

Telefown: +45 3341 1200

Faks: +45 3341 1400

Posta elettronika: ast@ast.dk.

Statsforvaltningen (Amministrazzjoni Statali)

Storetorv 10

6200 Aabenraa

Denmark

Posta elettronika: post@statsforvaltningen.dk

Telefown: +45 7256 7000

Faks: +45 7462 8409

SKAT

Personrestancer Jylland (Arretrati Individwali, Jutland)

International Inddrivelse (Rkupru Internazzjonali)

Pionér Allé 1

6270 Tønder

Denmark

Posta elettronika: International-inddrivelse.toender@skat.dk

Telefown: +45 7222 1818

Faks: +45 7222 1919

Skatteankestyrelsen (Aġenzija tal-Appelli tat-Taxxa)

c/o Landsskatteretten (Tribunal tat-Taxxa Nazzjonali)

Ved Vesterport 6, 4. sal

1612 Copenhagen V

Denmark

Posta elettronika: sanst@sanst.dk

Telefown: +45 3376 0909

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati (il-qrati distrettwali, il-qrati superjuri u l-Qorti Suprema) u l-Bord tal-Permessi tal-Appelli jinsabu hawn: http://www.domstol.dk.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Id-Danimarka taċċetta traduzzjonijiet Daniżi, Finlandiżi, Iżlandiżi, Norveġiżi u Żvediżi tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Mhux applikabbli fid-Danimarka.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2018