Zatvori

BETA VERZIJA PORTALA SADA JE DOSTUPNA!

Posjetite BETA verziju europskog portala e-pravosuđe i pošaljite nam povratne informacije!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Obbligi ta' manteniment - Franza


PRONALAŽENJE NADLEŽNIH SUDOVA/TIJELA

Alat za pretraživanje služi za pronalaženje suda/tijela nadležnog za određeni europski pravni instrument. Napominjemo da unatoč nastojanjima da se osigura točnost rezultata, mogu postojati iznimke u pogledu određivanja nadležnosti koje nisu nužno obuhvaćene.

Francuska

Obiteljsko pravo – obveza uzdržavanja


Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

L-awtorità maħtura fil-kuntest tal-Artikolu 27(1) hija l-President tat-Tribunal de grande instance jew il-president tal-Kamra tan-Nutara (chambre des notaires).

L-awtorità maħtura skont l-Artikolu 32(2) hija l-qorti tal-appell (Cour d’appel).

L-awtorità li għandha ġurisdizzjoni territorjali maħtura skont l-Artikolu 27(1) hi determinata, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(2) skont l-indirizz tar-residenza abitwali tal-parti li fil-konfront tagħha hi mitluba l-eżekuzzjoni, jew skont il-post ta' eżekuzzjoni.

L-awtorità maħtura skont l-Artikolu 32(2) hi dik kompetenti biex tieħu konjizzjoni ta’ rikorsi kontra deċiżjonijiet tal-imħallef li jitratta kwistjonijiet dwar il-familja (juge aux affaires familiales).

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Il-proċedura prevista fl-Artikolu 33 hija l-appell fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation), skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikoli 973 sa 982 u 1009 sa 1031 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Il-proċedura ta' rieżami prevista fl-Artikolu 19 tar-Regolament hija l-appell, li jista' jsir quddiem il-qorti tal-appell, li taħtha tkun taqa' l-qorti li tkun tat id-deċiżjoni kkontestata.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

Direttorat għall-Franċiżi li jinsabu barra minn pajjiżhom u tal-amministrazzjoni konsulari

Servizz dwar il-konvenzjonijiet, l-affarijiet ċivili u l-kooperazzjoni ġudizzjarja

Sotto-direttorat għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni

Uffiċċju dwar l-irkupru ta' ħlasijiet għall-manteniment f'pajjiż barrani

27, Rue de la Convention

CS- 91533

F - 75732 PARIS CEDEX 15

Telefown: + 33 (0)1 43 17 91 99

Fax : +33 (0)1 43 17 81 97

E-mail: recouv-creances-alimentaires.fae-saj-pdp@diplomatie.gouv.fr

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-imħallef li se jwettaq l-eżekuzzjoni u li jkollu ġurisdizzjoni territorjali huwa dak li jinsab fl-istess post fejn jirrisjedi d-debitur jew fil-post fejn se tiġi eżegwita l-miżura. Jekk id-debitur jirrisjedi barra minn pajjiżu jew jekk il-post tad-domiċilju ma jkunx magħruf, l-imħallef li jkollu ġurisdizzjoni huwa dak tal-post fejn se tiġi eżegwita l-miżura.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-lingwa Franċiża biss.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwa Franċiża biss.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/09/2018