Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Obbligi ta' manteniment - il-Kroazja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

il-Kroazja

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Rikors għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u għal rimedji legali kontra deċiżjonijiet tal-qrati tal-ewwel istanza dwar applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati f'qorti muniċipali.

L-appelli kontra dikjarazzjonijiet ta' eżegwibbiltà jridu jiġu ppreżentati lil qorti tal-kontea (il-qorti tat-tieni istanza) permezz tal-qorti muniċipali, jiġifieri tal-qorti tal-ewwel istanza li ħarġet id-dikjarazzjoni.

Ġaladarba l-proċedura dwar rikors għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà tkun ġiet konkluża b'deċiżjoni finali, il-qorti muniċipali (il-qorti tal-ewwel istanza) tikkonferma li d-dikjarazzjojni ta' eżegwibbiltà hija eżegwibbli.

Il-qrati responsabbli huma:

a) il-qrati muniċipali (općinski sudovi; sing. općinski sud) skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 53/91, 91/92, 58/93, 112/99, 88/01, 117/03, 88/05, 02/07, 84/08, 123/08, 57/11, 148/11, 25/13, 89/14) u skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sedi tal-Qrati (Zakon o područjima i sjedištima sudova (NN Nru 128/14).

b) il-qrati tal-kontea (županijski sudovi; sing. županijski sud) skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (NN Nri 53/91, 91/92, 58/93, 112/99, 88/01, 117/03, 88/05, 02/07, 84/08, 123/08, 57/11, 148/11, 25/13, 89/14) u skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sedi tal-Qrati (NN Nru 128/14).

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Deċiżjoni dwar rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament tista' tiġi kkuntestata biss permezz ta' proposta minn parti għal ritrattazzjoni (skont l-Artikoli 421-428 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).

Mozzjoni għal ritrattazzjoni trid dejjem titressaq għand il-qorti li tat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-proċedura ta' rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament trid tibda permezz ta' mozzjoni għal ritrattazzjoni li l-parti tressaq (skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 421-428 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili). Mozzjoni għal ritrattazzjoni trid dejjem titressaq għand il-qorti li tat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza.

Skont l-Artikolu 117 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-parti tista' tressaq mozzjoni biex jerġa’ jkun hemm l-istatus ta' qabel, li jrid jiġi ppreżentat lill-qorti li quddiemha kellha tittieħed l-azzjoni li tħalliet barra.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, l-Awtorità Ċentrali tar-Repubblika tal-Kroazja għall-obbligu tal-manteniment hija:

il-Ministeru tad-Demografija, l-Affarijiet tal-Familja u l-Politika Soċjali u taż-Żgħażagħ (Ministarstvo za demografiju, obitelj, mlade i socijalnu politiku)

Trg Nevenke Topalušić 1

10000 Zagreb

Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mdomsp.gov.hr/

Posta elettronika: ministarstvo@mdomsp.hr

Tel.: +385 1 555 7111

Faks: + 385 1 555 7222

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Il-qrati muniċipali fil-Kroazja huma responsabbli għall-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament, abbażi tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (NN Nri 53/91, 91/92, 58/93, 112/99, 88/01, 117/03, 88/05, 02/07, 84/08, 123/08, 57/11, 148/11, 25/13, 89/14) u skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sedi tal-Qrati (NN Nru 128/14).

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Fir-rigward tad-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 20, 28 u 40 tar-Regolament, ir-Repubblika tal-Kroazja taċċetta t-traduzzjonjiet tagħhom fil-Kroat bl-alfabett Latin, skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwi li l-Awtoritajiet Ċentrali jaċċettaw għall-komunikazjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament, huma dawn:

(a) il-lingwa Kroata, għall-formoli ta' applikazzjoni u ta' talbiet;

(b) għal tipi oħra ta' komunikazzjoni, l-Awtorità Ċentrali taċċetta, fuq talba, il-lingwa Kroata jew dik Ingliża.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/09/2018