menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Obbligi ta' manteniment

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Informazzjoni ġenerali

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kunsill 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-obbligi ta' manteniment għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm l-irkupru effettiv u bla dewmien tal-manteniment.

Huwa jistabbixxi disa' formoli standard li għandhom iħaffu l-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali u jagħmluha possibbli li jiġu sottomessi applikazzjonijiet b'mod elettroniku.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluż ir-Renju Unit (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/451/KE tat-8 ta' Ġunju 2009, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida ĠU L 149, 12.06.2009, p. 73).

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament sa dak il-punt li huwa jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, permezz ta' dikjarazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida(ĠU L 149, 12.06.2009, p. 80) bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida(Notifika DK. ĠU L195, 18. 7. 2013, p.1)

Id-Danimarka u r-Renju Unit mhumiex marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 21/08/2017