Obbligi ta' manteniment

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Portugall

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Fir-rigward tal-Artikolu 27(1):

- kawżi ta' manteniment li jinvolvu l-ulied (minuri jew le) jew il-miżżewġin jinstemgħu mis-Sezzjoni tal-Familja u l-Minuri (Juízo de Família e Menores), jekk ikun hemm. Jekk le, il-kawża tinstema' mis-Sezzjoni Ċivili Lokali (Juízo Local Cível), jekk ikun hemm, jew mis-Sezzjoni Ġenerali Lokali (Juízo Local de Competência Genérica).

- il-kawżi l-oħra kollha ta' manteniment li jiġu minn rabtiet familjari oħrajn, sew jekk bid-demm u sew jekk bi żwieġ, jinstemgħu mis-Sezzjoni Ċivili Lokali jekk ikun hemm, jew mis-Sezzjoni Ġenerali Lokali.

Fir-rigward tal-Artikolu 3(2), il-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-Appell (Tribunal da Relação).

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata fuq punt tad-dritt quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Suprema (Supremo Tribunal de Justiça).

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Fir-rigward tal-Artikolu 19(1)(a):

- il-proċedura ta' rieżami hija l-proċedura ta' rieżami straordinarja stipulata fl-Artikolu 696(e) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Fir-rigward tal-Artikolu 19(1)(b):

- il-proċedura ta' rieżami hija l-proċedura ta' rieżami straordinarja stipulata fl-Artikolu 696(e) u fl-Artikolu 140 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

L-appell jinstema' mill-qorti li tkun tat id-deċiżjoni li tkun qed tiġi rieżaminata (l-Artikolu 697(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

L-Awtorità Ċentrali tal-Portugall għall-finijiet ta' dan ir-Regolament hija d-dipartiment governattiv li ġej:

Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça)

Av. D. João II, n.º 1.08.01 D/E- Pisos 0 e 9° ao 14°

1990-097 LISBON - PORTUGAL

Tel.: +351 217 906 200 / +351 217 906 223

Faks: +351 211 545 116

Indirizz elettroniku: correio@dgaj.mj.pt

correio.dsjcji@dgaj.mj.pt

Sit: https://dgaj.justica.gov.pt/

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

F'kawżi relatati mal-obbligi ta' manteniment li jinvolvu tfal, sew jekk taħt l-età u sew jekk le, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija:

- is-Sezzjoni tal-Familja u l-Minuri, jew, jekk ma jkunx hemm, is-Sezzjoni tal-Eżekuzzjoni (Juízo de Execução).

F'kawżi relatati mal-obbligi ta' manteniment bejn il-konjuġi, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija:

- is-Sezzjoni tal-Familja u l-Minuri, jew, jekk ma jkunx hemm, is-Sezzjoni tal-Eżekuzzjoni.

F'każijiet relatati mal-obbligu ta' manteniment li jiġu minn rabtiet familjari, jew bid-demm jew biż-żwieġ, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija:

- is-Sezzjoni tal-Eżekuzzjoni, jew, jekk ma jkunx hemm,

- is-Sezzjoni Ċivili Ċentrali (Juízo Central Cível) għal kawżi b'valur ogħla minn EUR 50 000, jew

- mis-Sezzjoni Ġenerali jew mis-Sezzjoni Ċivili Lokali, jekk ikun hemm, għal kawżi b'valur ta' €50 000 jew inqas.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-lingwa aċċettata għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 hija l-Portugiż.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwi aċċettati mill-Awtorità Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħrajn imsemmija fl-Artikolu 59 huma l-Portugiż, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-aħħar aġġornament: 05/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.