Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Paġna ewlenija
  • ...
  • Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Ġermanja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ġermanja

Liġi tal-Familja - kwistjonijiet Matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri


L-Artikolu 67 (a)

L-Artikolu 67 (b)

L-Artikolu 67 (c)

L-Artikoli 21 u 29

L-Artikolu 33

L-Artikolu 34

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skond l-Artikolu 53:

Bundesamt für Justiz

Zentrale Behörde - Adenauerallee 99 – 103

53113 Bonn

Telefon: +49 228 410 5212

Fax:       +49 228 410 5401

Posta elettronika: int.sorgerecht@bfj.bund.de

L-Artikolu 67 (b)

L-ilsna aċċettati għall-komunikazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 57(2): Il-Ġermaniż u l-Ingliż.

L-Artikolu 67 (c)

Għal Ċertifikat dwar drittijiet ta’ l-aċċess u r-ritorn ta’ wild – artikolu 45 (2): Ġermaniż.

L-Artikoli 21 u 29

L-applikazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 21 u 29 għandhom jitressqu quddiem il-qrati li ġejjin:

-- fil-Ġermanja:

- fid-distrett tal-Kammergericht (Berlin), fil-Familiengericht, Pankow/Weissensee.

- fid-distretti tal-Oberlandesgerichte Braunschweig, Celle u Oldenburg, lill-Familiengericht ta’ Celle.

- fid-distretti tal-bqija tal- Oberlandesgericht, fil-Familiengericht li tinsab fl-Oberlandesgericht.

L-Artikolu 33

L-appelli mniżżla fl-Artikolu 33 għandhom jiddaħħlu fil-qrati mniżżla hawn taħt:

- fil-Ġermanja, l-Oberlandesgericht.

L-Artikolu 34

L-appelli mniżżla fl-Artikolu 34 jistgħu jinġiebu biss:

- fil-Ġermanja, minn Rechtsbeschwerde.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/07/2018