Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Svezja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri


*input mandatarju

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skont l-Artikolu 53:

Utrikesdepartementet Enheten för konsulära och civilrättsliga ärenden

(Id-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-Affarijiet Konsulari u l-Liġi Ċivili)

S-103 39 Stokkolma

Telefown:    +46 (8) 405 1000 (swiċċbord) / +46 (8) 405 5005 (numru ta’ emerġenza barra l-ħinijiet tal-uffiċċju)

Faks:     +46 (8) 723 1176;

Posta elettronika: ud-kc@gov.se

L-Artikolu 67 (b)

L-ilsna aċċettati għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2) huma l-Iżvediż u l-Ingliż.

L-Artikolu 67 (c)

Għaċ-ċertifikat dwar id-drittijiet ta’ aċċess u ritorn ta' minuri - l-Artikolu 45(2): l-Iżvediż jew l-Ingliż

L-Artikoli 21 u 29

L-Artikolu 21

Jekk l-applikazzjoni għandha x'taqsam kompletament jew parzjalment mal-persuna ta’ tifel jew tifla, għandha ssir lill-qorti distrettwali (tingsrätt) kif previst fil-Kapitolu 21, Taqsima 1 tal-Kodiċi Żvediż dwar it-Tfal u l-Ġenituri (föräldrabalken).

Jekk l-applikazzjoni m'għandhiex x'taqsam mal-persuna ta’ tifel jew tifla, għandha ssir lill-qorti distrettwali, minn dawk elenkati fit-Taqsima 5(1) tal-Ordinanza (2005:97) li tistabbilixxi dispożizzjonijiet supplimentari għar-Regolament Brussell II, fejn il-parti l-oħra għandha r-residenza tiegħu jew tagħha, jew lill-qorti distrettwali Nacka jekk il-parti l-oħra ma tkunx residenti fl-Iżvezja.

L-Artikolu 29

Jekk l-applikazzjoni għandha x'taqsam kompletament jew parzjalment mal-persuna ta’ tifel jew tifla, għandha ssir lill-qorti distrettwali skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament ta’ Brussell II.

Jekk l-applikazzjoni m'għandhiex x'taqsam mal-persuna ta’ tifel jew tifla, għandha ssir lill-qorti distrettwali, minn dawk elenkati fit-Taqsima 5(2) tal-Ordinanza (2005:97) li tistabbilixxi dispożizzjonijiet supplimentari għar-Regolament Brussell II, determinati skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament Brussell II.

L-Artikolu 33

L-appelli previsti fl-Artikolu 33 għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti distrettwali li qatgħet id-deċiżjoni.

L-Artikolu 34

L-appelli previsti fl-Artikolu 34 jistgħu jiġu ppreżentati biss lil qorti tal-appell (hovrätt) jew mal-Qorti Suprema (Högsta domstolen).

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 24/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.