Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri


*input mandatarju

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ċentrali deżinjati skont l-Artikolu 53, u kif jistgħu jiġu kkuntattjati:

(l-Artikolu 55(c)) - il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky)

Račianska ul. 71

813 11 Bratislava

Telefon: +421 2 888 91 379/341/425

Faks: +421 2 888 91 605

Indirizz elettroniku: civil.inter.coop@justice.sk

Sit web: https://www.justice.gov.sk

(l-Artikolu 55(a), (b), (d) u (e) u l-Artikolu 56) - Iċ-Ċentru għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže)

Špitálska č. 25-27

P.O. Box 57

814 99 Bratislava

Tel.: +421 2 20 45 82 00

Posta elettronika: info@cipc.gov.sk

Sit web: http://www.cipc.gov.sk

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2):

  • għall-fini tal-Artikolu 55(c): is-Slovakk, l-Ingliż, il-Franċiż
  • għall-fini tal-Artikolu 55(d): is-Slovakk, l-Ingliż, iċ-Ċek
  • għall-fini tal-Artikolu 55(a), (b) u (e): is-Slovakk, l-Ingliż, il-Franċiż, iċ-Ċek u l-Ġermaniż

L-Artikolu 67 (c)

Għal ċertifikat li jikkonċerna drittijiet ta' aċċess għat-tfal u ċertifikat li jikkonċerna r-ritorn ta' tfal – l-Artikolu 45(2): is-Slovakk

L-Artikoli 21 u 29

Ir-rikorsi skont l-Artikolu 21 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

(a) il-Qorti Reġjonali fi Bratislava (Krajský súd v Bratislave), fil-każ ta’ rikorsi għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni relatata ma’ divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ.

(b) il-qorti distrettwali fil-post fejn ikun residenti l-wild minuri jew, jekk il-wild minuri ma jkunx residenti, fil-post fejn ikun qed joqgħod bħalissa, fil-każ ta’ rikorsi għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni relatata mad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-ġenituri. Jekk ma jkunx hemm tali qorti, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-Qorti Muniċipali ta’ Bratislava II.

Ir-rikorsi stipulati fl-Artikolu 29 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

il-qorti distrettwali fil-post fejn ikun residenti l-wild minuri jew, jekk il-wild minuri ma jkunx residenti, fil-post fejn ikun qed joqgħod bħalissa, fil-każ ta’ rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà. Jekk ma jkunx hemm tali qorti, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-Qorti Muniċipali ta’ Bratislava II.

L-Artikolu 33

Ir-repliki skont l-Artikolu 33 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

- il-qorti li ddeċidiet fl-ewwel istanza.

L-Artikolu 34

Rikorsi li jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 34:

- ritrattazzjoni.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 28/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.