Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Informazzjoni nazzjonali li tirrigwarda r-Regolament 2016/1104


F’Ġunju 2016, l-Unjoni Ewropea adottat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament li jirrigwarda l-konsegwenzi fuq il-proprjetà tas-sħubijiet reġistrati internazzjonali bl-għan li jgħin lill-koppji fil-ġestjoni tal-proprjetà tagħhom fuq bażi ta’ kuljum u fil-qsim tagħha f’każ ta’ xoljiment jew ta’ mewt ta’ wieħed mill-membri tal-koppja. Ir-Regolament ġie adottat skont il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa minn 18-il pajjiż tal-UE: L-Iżvezja, il-Belġju, il-Greċja, il-Kroazja, is-Slovenja, Spanja, Franza, il-Portugall, l-Italja, Malta, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Finlandja u Ċipru. Pajjiżi oħra tal-UE jistgħu jissieħbu mar-Regolament fi kwalunkwe mument (f’dak il-każ, il-pajjiż irid ukoll jissieħeb mar-Regolament li jikkonċerna r-reġimi tal-proprjetà taż-żwiġijiet).

Ir-Regolament se jipprovdi ċertezza tad-dritt lis-sħubijiet reġistrati internazzjonali u se jnaqqas l-ispejjeż tal-proċedimenti legali billi l-koppji se jkunu jafu biċ-ċar liema qrati ta’ liema pajjiż tal-UE għandhom jittrattaw il-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-proprjetà tagħhom u liema liġijiet nazzjonali għandhom japplikaw għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bħal dawn. Ir-Regolament se jiffaċilita wkoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni f’pajjiż ieħor tal-UE tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà li jinħarġu f’pajjiż tal-UE. Billi l-proprjetà ta’ koppja trid tinqasam f’każ ta’ mewt, ir-Regolament se jiffaċilita wkoll l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar is-suċċessjonijiet transfruntiera. Ir-Ir-Regolament huwa applikabbli mid-29 ta’ Jannar 2019.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2019