Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Medjazzjoni - Awstrija


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Medjazzjoni


L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

L-informazzjoni li ġejja hija provduta skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali.

Sabiex jinkiseb titolu enforzabbli ta' ftehim bil-miktub li ntlaħaq waqt proċedura ta’ medjazzjoni, il-partijiet għal din il-proċedura jistgħu jmorru għand nutar (Notar), fejn jistgħu jew jikkonkludu l-ftehim direttament quddiem in-nutar jew il-ftehim bil-miktub eżistenti jagħmluh strument awtentiku billi n-nutar japprovah formalment skont § 54 tal-Kodiċi ta’ Responsabbiltà tan-Nutara Pubbliċi (Notariatsordnung). Il-partijiet jistgħu anki jikkonkludu ftehim quddiem kwalunkwe qorti distrettwali (Bezirksgericht) dwar il-kontenut ta’ ftehim bil-miktub li jkun intlaħaq waqt proċess ta’ medjazzjoni fir-rigward ta’ kawża ċivili.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/01/2018