Medjazzjoni - Estonja


Id-Direttiva 2008/52/KE dwar il-medjazzjoni ġiet trasposta fil-liġi Estonjana permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Konċiljazzjoni.


L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

Talba li l-kontenut ta’ ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jsir eżegwibbli trid tiġi ppreżentata quddiem il-qorti tal-kontea li il-medjazzjoni tkun saret taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. F’ċerti każijiet, in-nutar jista’ jivvalida ftehim li jirriżulta mill-proċess ta’ medjazzjoni, u f'dak il-punt isir eżegwibbli. Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt għal nutara billi tikklikkja fuq il-link “Sib nutar”.

Jekk il-partijiet ikunu qed jikkuntestaw kwistjonijiet li jinvolvu lit-tfal, huma jistgħu japplikaw lill-awtoritajiet lokali, li jirreferu lill-partijiet għas-servizzi ta' medjazzjoni tal-familja ffinanzjati mill-awtoritajiet lokali, bil-kundizzjoni li hemm ħtieġa għal dawn is-servizzi. http://www.sm.ee/sites/default/files/content-editors/eesmargid_ja_tegevused/Sotsiaalhoolekanne/Muud_toetused_ja_teenused/sotsiaalministeerium_perelepitusteenus.pdf

Skont l-Att dwar il-Konċiljazzjoni, il-medjazzjoni mhijiex bla ħlas; it-tariffa stabbilita għal medjazzjoni hija soġġetta għal ftehim bejn il-medjatur u l-partijiet involuti. Skont id-dejta fuq is-sit web tal-Assoċjazzjoni tal-Medjaturi, fl-2013 il-medjazzjoni tal-familja tiswa EUR 60 għal kull sessjoni. L-ispejjeż tal-medjazzjoni jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partijiet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/05/2019