Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Awstrija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija proċedura ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiva, fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jaslu għal ftehim.


Lil min nista’ nikkuntattja?

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta' medjaturi rreġistrati Il-medjaturi kollha inklużi fil-lista jkunu segwew taħriġ speċifiku.

M’hemmx awtorità ċentrali responsabbli għas-servizzi ta’ medjazzjoni.

Jeżistu assoċjazzjonijiet professjonali, u oħrajn li mhumiex, li joffru servizzi ta' medjazzjoni u diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi li joffru appoġġ lill-medjaturi.

Meta għandi nirrikorri għand medjatur?

F’kawżi ċivili, il-medjazzjoni tista’ tintuża biex jiġi solvut tilwim li fih normalment jieħdu deċiżjoni l-qrati ordinarji. Il-partijiet f’tilwima jistgħu jagħżlu l-medjazzjoni volontarjament biex isibu s-soluzzjoni tagħhom għal tilwima.

F’ċertu tilwim bejn il-ġirien, qabel ma każ jitressaq quddiem il-qorti għandu jsir tentattiv li dan jissolva barra mill-qorti. Dan jista’ jsir billi l-kwistjoni tiġi ppreżentata quddiem bord ta’ konċiljazzjoni, fejn titfittex riżoluzzjoni ta’ qabel il-kawża permezz tal-qorti tad-distrett (proċedura magħrufa bħala “prätorischer Vergleich”) jew permezz tal-medjazzjoni.

Jeżistu regoli speċifiċi għall-medjaturi?

Ma jeżistux regoli speċifiċi għall-medjaturi u ma teżistix kodiċi ta’ kondotta.

Il-medjaturi ma jiġux irreġistrati bħala speċjalisti f’qasam partikolari, bħal pereżempju f’tilwim tal-familja, mediku jew dwar kostruzzjoni, iżda d-dettalji dwar l-oqsma li fihom medjatur irreġistrat ikun jaħdem jistgħu jiddaħħlu separatament.

Kull persuna li tkun lestiet it-taħriġ speċifiku u li tissodisfa ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarekwiżiti tista’ tiġi elenkata bħala medjatur irreġistrat. Ma jeżistux restrizzjonijiet legali dwar min jista’ juża t-titlu professjonali ta’ “medjatur”.

Informazzjoni u taħriġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHawnhekk tista’ ssib informazzjoni addizzjonali, inklużi d-dettalji dwar it-taħriġ u r-rekwiżiti biex tiġi rreġistrat bħala medjatur fl-Awstrija. L-informazzjoni hija disponibbli bil-Ġermaniż biss.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni mhijiex bla ħlas.

Id-drittijiet ta' ħlas tal-medjazzjoni jiġu stabbiliti mill-medjatur privat flimkien mal-partijiet fit-tilwima.

Ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni jista’ jiġi infurzat?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE l-partijiet f’tilwima għandhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw talba, biex il-kontenut ta’ ftehim bil-miktub wara l-medjazzjoni jkun jista’ jiġi infurzat. Huwa kompitu tal-Istat Membru li jindika għand liema qorti jew awtorità oħra għandhom jintbagħtu dawn it-talbiet.

Fl-Awstrija, il-kontenut ta’ ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni huwa infurzabbli biss jekk il-ftehim jieħu forma ta’ riżoluzzjoni (Vergleich) fil-qorti jew att notarili quddiem nutar.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/05/2018