Zatvori

BETA VERZIJA PORTALA SADA JE DOSTUPNA!

Posjetite BETA verziju europskog portala e-pravosuđe i pošaljite nam povratne informacije!

 
 

Navigacijski put

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Repubblika Ċeka

Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: češki već su prevedeni.

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tirriżolviex it-tilwim permezz tal-medjazzjoni?

Din hija forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim (alternative dispute resolution - ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet fit-tilwima jilħqu ftehim. Il-vantaġġ li tuża l-medjazzjoni huwa l-ħin li tiffranka meta tuża din il-forma ta' soluzzjoni tat-tilwim (b'paragun ma' każ fil-qorti, li jieħu fit-tul) u ta' spiss frankar finanzjarju (meta mqabbel mal-ispejjeż ta’ każ fil-qorti).


Lil min tikkuntattja

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka huwa l-korp ċentralizzat responsabbli għall-medjazzjoni bħala mezz ta' kif jiġu ttrattati l-konsegwenzi ta' reat kriminali bejn il-ħati u l-vittma fi proċedimenti kriminali. Il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu r-responsabbiltà għal dan is-servizz.

Għall-medjazzjoni fi kwistjonijiet ta' liġi ċivili, tista' tikkuntattja wieħed mill-medjaturi li joffru dak is-servizz. Il-kuntatti tal-medjaturi li jaħdmu fir-Repubblika Ċeka jinsabu f'diversi websajts billi ddaħħal il-kelma tat-tfittix 'medjazzjoni'.

Tista' ssib lista ta’ medjaturi, pereżempju fil-websajts tal-Assoċjazzjoni tal-Medjaturi Ċeka, l-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Ċeka u l-Unjoni tal-Proċeduri tal-Arbitraġġ u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka. Wieħed jista' jsib kuntatti fil-websajt tas-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka, li jaġixxi taħt il-mandat tal-qrati distrettwali rilevanti. Dalwaqt ser tiġi ppubblikata l-lista ta’ medjaturi reġistrati skont l-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni li għandu l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Għadd ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet oħra jaħdmu fil-qasam tal-medjazzjoni.

L-użu tal-medjazzjoni f'liema qasam huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f’kull qasam tal-liġi, barra fejn hija eskluża bil-leġiżlazzjoni. Dan jinkludi il-liġi tal-familja, il-liġi kummerċjali u l-liġi kriminali. Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, l-imħallef li jkun qed jippresjedi jista', jekk ikun prattiku u xieraq, jordna lill-partijiet fil-proċedimenti biex jagħmlu laqgħa inizjali ta' tliet sigħat ma' medjatur. F'dawn il-każijiet, il-proċedimenti jistgħu jiġu sospiżi sa tliet xhur.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Iva, il-medjazzjoni issa hija rregolati kemm bl-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni u, fil-qasam tal-proċedimenti kriminali, bl-Att Nru 257/2000 dwar is-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka.

Informazzjoni u taħriġ

Medjatur reġistrat li jaġixxi skont l-Att Nru 202/2012 irrid ikun għadda b'suċċess minn eżami professjonali quddiem kummissjoni maħtura mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Medjatur li jaġixxi taħt il-mandat tas-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni skont l-Att Nru 257/2000 irid ikun għadda b'suċċess minn eżami ta' kwalifika.

It-taħriġ tal-medjaturi li jaġixxu fi ħdan is-sistema tal-ġustizzja kriminali huwa żgurat mis-Servizzi tal-Probation u l-Medjazzjoni; it-taħriġ fil-qasam tal-medjazzjoni mhux kriminali huwa offrut minn firxa ta' korpi u istituzzjonijiet edukattivi.

X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Medjazzjoni pprovduta mis-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni hija bla ħlas, jew l-ispejjeż jitħallsu mill-Istat.

Jekk qorti tisspospendi l-proċedimenti f'każ ċivili u tordna lill-partijiet jagħmlu laqgħa inizjali ma' medjatur, l-ewwel tliet sigħat tal-laqgħa tal-medjazzjoni jitħallsu bir-rata stabbilita fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni (CZK 400- għal kull siegħa mibdija), u dan jinqasam bejn iż-żewġ partijiet b'mod ugwali (jekk il-partijiet ikunu eżentati mill-ispejjeż tal-qorti, jitħallsu mill-Istat). Jekk il-medjazzjoni testendi lil hinn minn tliet sigħat, l-ispejjeż ulterjuri jinqasmu ugwalment bejn iż-żewġ partijiet, sal-ammont miftiehem bejn il-medjatur u l-partijiet fil-medjazzjoni (jiġifieri fil-proċedimenti).

Huwa possibbli li jiġi infurzat ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE tippermetti lil dawk involuti f’tilwima jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jkun infurzabbli. Ftehim bejn il-partijiet fil-medjazzjoni f'każ ċivili jista' jiġi ppreżentat lill-qorti għall-approvazzjoni fil-kuntest ta' proċedimenti ulterjuri. Ir-riżultati ta’ medjazzjoni li tkun saret fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali mis-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni jistgħu jitqiesu mill-prosekutur pubbliku u l-qorti fid-deċiżjoni tagħhom fil-każ partikolari.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 05/03/2018