Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Ġermanja

Stabilixxi mill-ġdid Issejvja bħala PDF

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniż diġà ġew tradotti.

Minflok tidħol il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) li permezz tagħha medjatur jassisti lil dawk involuti f’tilwima biex jaslu għal ftehim. Fil-Ġermanja, l-awtoritajiet pubbliċi u l-professjonisti legali kollha huma konxji mill-benefiċċji tal-medjazzjoni.


Lil min għandek tikkuntattja?

Għadd ta’ organizzazzjonijiet jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-lista ta' hawn taħt, li mhijiex eżawrjenti, ta' xi wħud mill-organizzazzjonijiet il-kbar:

Dawn l-assoċjazzjonijiet jappoġġjaw lill-partijiet li jkunu jixtiequ s-servizz ta’ medjatur.

F'liema oqsma jista’ jsir użu mill-medjazzjoni u/jew hija partikolarment komuni?

B’mod ġenerali, meta ma jkunx hemm rekwiżit legali formali li tip partikolari ta’ tilwima jew kwistjoni jrid jiġi trattat fil-qorti, il-medjazzjoni dejjem tkun permessa. L-oqsma l-aktar komuni għall-medjazzjoni huma l-liġi tal-familja, il-liġi tal-wirt u l-liġi kummerċjali.

Hemm xi regoli speċifiċi li għandhom jiġu segwiti?

Fis-26 ta’ Lulju 2012, l-Att dwar il-Medjazzjoni (Mediationsgesetz), (l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-promozzjoni tal-medjazzjoni u proċeduri oħra għal soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti tal-21 ta’ Lulju 2012, ippubblikat fil- Bundesgesetzblatt I¸ p. 1577) daħal fis-seħħ fil-Ġermanja. Din kienet l-ewwel biċċa leġiżlazzjoni li tirregola b’mod formali s-servizzi tal-medjazzjoni fil-Ġermanja. L-Att jittrasponi wkoll id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni Ewropea fil-liġi Ġermaniża (id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti tal-medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, ippubblikata fil- ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar il-Medjazzjoni tal-Ġermanja jisboq ir-rekwiżiti tad-Direttiva Ewropea; filwaqt li d-Direttiva tipprovdi biss għal tilwim transfruntier u kummerċjali, l-Att dwar il-Medjazzjoni tal-Ġermanja jkopri l-forom kollha tal-medjazzjoni fil-Ġermanja, irrispettivament mit-tip tat-tilwima jew mill-post tar-residenza tal-partijiet ikkonċernati.

L-Att dwar il-Medjazzjoni tal-Ġermanja jistabbilixxi biss linji gwida ġenerali, billi jeħtieġ li l-medjaturi u l-partijiet ikkonċernati jkollhom spazju sinifikanti biex jimmanuvraw waqt il-proċess tal-medjazzjoni. L-ewwel nett l-Att jiddefinixxi t-termini “medjazzjoni” u “medjatur”, biex jiddistingwi l-medjazzjoni mill-forom l-oħra tar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Skont l-Att, il-medjazzjoni hija proċess strutturat li bih il-partijiet implikati jfittxu b’mod volontarju u awtonimu forma ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim reċiproka, bl-għajnuna ta’ medjatur wieħed jew aktar. Il-medjaturi huma persuni indipendenti u imparzjali, mingħajr setgħa li jieħdu deċiżjonijiet, li jiggwidaw lill-partijiet ikkonċernati matul il-proċedura tal-medjazzjoni. L-Att deliberatement jevita li jistabbilixxi kodiċi ta’ kondotta preċiż għall-proċedura tal-medjazzjoni. Madankollu, jistabbilixxi għadd ta’ obbligi ta’ żvelar u restrizzjonijiet fuq l-attività, biex jipproteġi l-indipendenza u l-imparzjalità tal-professjoni tal-medjatur. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tobbliga lill-medjaturi formalment li jżommu kunfidenzjalità stretta fir-rigward tal-klijenti tagħhom.

L-Att jippromwovi riżoluzzjoni tat-tilwim reċiproka bl-inklużjoni ta’ għadd ta’ inċentivi differenti fil-kodiċijiet proċedurali uffiċjali (pereżempju, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, Zivilprozessordnung). Minn hawn ’il quddiem, pereżempju, meta l-partijiet jibdew azzjoni f’qorti ċivili, ikunu jridu jiddikjaraw jekk ikunux diġà ppruvaw isolvu l-kwistjoni permezz ta’ miżuri barra mill-qorti, bħall-medjazzjoni, u jekk hemmx raġunijiet speċifiċi għaliex ma jkunux ikkunsidraw din l-azzjoni. Barra minn hekk, il-qorti tista’ tissuġġerixxi li l-partijiet jippruvaw jirriżolvu l-kunflitt permezz tal-medjazzjoni, jew forma oħra ta’ riżoluzzjoni barra mill-qorti; jekk il-partijiet jirrifjutaw li jużaw din l-għażla, il-Qorti tista’ tagħżel li tissospendi l-proċedimenti. Bħalissa mhux previst li tingħata għajnuna legali għall-medjazzjoni.

Il-Gvern Federali huwa legalment mitlub li jirrapporta għand il-Bundestag (kamra inferjuri tal-parlament) dwar l-impatt tal-Att, ħames snin wara l-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jiddetermina wkoll jekk ikunx hemm bżonn l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri leġiżlattivi rigward it-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-medjaturi.

Informazzjoni u taħriġ

Fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministeriums der Justiz) wieħed jista' jsib informazzjoni ġenerali.

Ma teżistix leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-profil professjonali ta’ medjatur. Bl-istess mod, l-aċċess għall-professjoni mhuwiex ristrett. Il-medjatur stess huwa responsabbli li jiżgura li jkollu l-għarfien u l-esperjenza neċessarji (permezz ta’ taħriġ xieraq u korsijiet biex ikompli jiżviluppa) biex jiggwida b’mod affidabbli lill-partijiet matul il-proċess tal-medjazzjoni. Il-liġi Ġermaniża tistabbilixxi l-għarfien ġenerali, il-kompetenzi u l-proċeduri li għandhom jiġu koperti minn taħriġ xieraq li jsir qabel. Kull persuna li tissodisfa dawn il-kriterji tista’ taħdem bħala medjatur. M’hemmx età minima u lanqas rekwiżit li, pereżempju medjatur irid ikun segwa kors ta’ studju f’livell universitajru.

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja għandu s-setgħa li jagħmel ir-regolamenti li jintroduċu taħriġ addizzjonali u kriterji għal aktar żvilupp għall-professjoni. F’każ bħal dan, persuni li jkunu lestew b’suċċess xi tip ta’ taħriġ li jikkorrespondi għall-prerekwiżiti ta’ dik il-leġiżlazzjoni jkunu intitolati li jużaw it-titlu tagħhom ta’ “medjatur iċċertifikat” (zertifizierter Mediator).

Bħalissa mhix prevista inizjattiva formali.

Attwalment it-taħriġ tal-medjaturi jingħata minn assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet, universitajiet, kumpaniji u individwi.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni mhijiex bla ħlas; il-pagament huwa suġġett għal ftehim bejn il-medjatur privat u l-partijiet ikkonċernati.

Ma teżistix leġiżlazzjoni li tirregola t-tariffi tal-medjazzjoni, u lanqas teżisti statistika dwar l-ispejjeż. Huwa realistiku li wieħed jassumi li r-rata fis-siegħa tista tlaħħaq bejn EUR 80 sa EUR 250.

Huwa possibbli li tinforza ftehim dwar il-medjazzjoni?

Fil-prinċipju, ftehim dwar il-medjazzjoni jista’ jiġi infurzat bl-għajnuna ta’ avukat jew nutar (cf. taqsimiet 796a sa 796c u taqsima 794(1)(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni tal-Familja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni Ekonomika u Professjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru għall-Medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniżi


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/04/2018