Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Greċja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Minflok ma wieħed imur il-qorti, għalfejn ma jiġux solvuti l-problemi permezz tal-Medjazzjoni? Din hi forma ta’ riżoluzzjoni ta’ kwistjoni alternattiva (ADR) fejn medjatur jassisti lil min hu involut fit-tilwim sabiex jilħqu ftehim. Il-gvern Grieg u l-prattikanti tal-ġustizzja huma attenti għall-vantaġġi tal-medjazzjoni.


Lil min tista' tikkuntattja?

Fil-Greċja hemm żewġ istituzzjonijiet li joffru servizzi ta' medjazzjoni kif ġej: korpi:

  • Fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, il-Ministeru għall-Politika tal-Impjiegi skont il-Liġi 3893/2012 (Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 211, 16.12.2010), li timplimenta d-Direttiva 2008/52/KE, il-medjatur għandu jkun avukat b'ċertifikazzjoni speċjali. Il-Bord għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Medjaturi (Επιτροπή Πιστοποίησης Διαμεσολαβητών), stabbilit mil-Ligi imsemmija hawn fuq, jaħdem taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem u huwa responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-medjaturi. Medjatur jikseb iċ-ċertifikazzjoni wara li jgħaddi minn eżami quddiem bord tal-eżamijiet iffurmat minn żewġ membri tal-Bord għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Medjaturi u uffiċċjal ġudizzjarju. Id-Dipartiment tal-Professjoni Legali u tal-Marixxalli (Τμήμα Δικηγορικού Λειτουργήματος και Δικαστικών Επιμελητών) tad-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-medjaturi u l-ħruġ tal-atti amministrattivi meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni. Id-Dipartiment jassigura wkoll illi jsiru t-tabelli tal-organizzazzjonijiet liċenzjati għat-taħriġ tal-medjaturi u tal-medjaturi ċċertifikati u jitqassmu lill-qrati. Listi ta' medjaturi ċċertifikati jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.
  • Il- Ministeru għall-Politika tax-Xogħol, is-Sigurta Soċjali u s-Servizzi Soċjali jipprovdi servizz governattiv sabiex persuna impjegata tkun tista' titlob seduta uffiċjali dwar tilwima fuq il-post tax-xogħol. Il-proċedura tiġi mmexxija mid-dipartiment tal-Ispettorat tax-Xogħol (Επιθεώρηση Εργασίας). Spettur speċjalizzat jiffissa seduta għall-impjegatur biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu. Din is-seduta hija separata minn kwalunkwe proċedura ġudizzjarja oħra.
  • Fil kamp tal-liġi kummerċjali, l- Ombudsman tal-Konsumatur (Συνήγορος του Καταναλωτή) huwa awtorità indipendenti għall-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi, li jopera taħt il-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u l-Kompetittività. . L-Ombudsman huwa korp extraġudizzjarju għas-soluzzjoni konsenswali ta' tilwim tal-konsumaturi u istituzzjoni konsultattiva li taħdem mal-gvern biex issolvi l-problemi li jaqgħu fi ħdan il-mandat tiegħu. L-Ombudsman għandu rwol ta' superviżjoni fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBords ta' Soluzzjoni Konsenswali tat-Tilwim (Επιτροπές Φιλικού Διακανονισμού) tal-Kunsilli Lokali tad-Distretti (Νομαρχιακές Αυτοδιοικήσεις) li għandu rwol ta' medjazzjoni u soluzzjoni tat-tilwim, mingħajr ħlas, bejn il-konsumaturi u l-fornituri, u, jista' jaġixxi sakemm ma tkunx għaddejja wkoll proċedura ġudizzjarja parallela.

F'liema qasam huwa permess u/jew l-aktar komuni r-rikors għall-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija l-aktar komuni fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol u kummerċjaligħal:

  • għal każijiet ċivili u kummerċjali;.
  • fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u għas-soluzzjoni ta' tilwim tal-konsumaturi, kif deskritti hawn qabel;
  • għall-vittmi tal-vjolenza domestika (Liġi 3500/2006); u
  • għal ċerti reati kif tipprovdi l-Liġi 3094/2010.

Hemm xi regoli speċifiki li jridu jiġu mħarsa?

Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa kompletament volontarju.

Ma hemmx kodiċi nazzjonali tal-imġiba għall-medjaturi.

Il-Greċja għadha ma implimentatx Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Direttiva 2008/52/KE

Il-medjazzjoni hija regolata mill-Artikolu 214A tas-CCiv.P, li jista' jiġi applikat fil-kawżi introdotti mis-16-9-2000 'il quddiem. L-Artikolu jgħid illi l-kawżi dwar tilwim f'każijiet ta' dritt privat li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn bosta membri f'proċeduri ordinarji, li għalihom il-konċiljazzjoni hija permessa taħt id-dritt sostantiv, ma jistgħux jinstemgħu jekk ma jkunx seħħ tentattiv minn qabel biex tintlaħaq soluzzjoni alternattiva għat-tilwima. Il-laqgħat biex tintlaħaq soluzzjoni alternattiva għat-tilwima jridu jsiru f'perjodu bejn il-ħames jum wara li tkun ġiet innotifikata l-kawża u l-35 jum qabel tiġi ffissata d-data għas-smigħ.

Il-partijiet iridu jeżaminaw it-tilwima kollha, kif ukoll kull azzjoni oħra tal-konvenut, mingħajr ma jkunu marbuta mid-dispożizzjonijiet tad-dritt sostantiv. Il-partijiet iridu jużaw il-mezzi xierqa kollha biex:

  1. jiġu aċċertati l-fatti ewlenin u
  2. l-punti li fuqhom jaqblu jew ma jaqblux,
  3. kif ukoll il-konsegwenzi li lesti jaċċettaw jew le,
  4. sabiex jiksbu soluzzjoni għat-tilwima aċċettabbli għaż-żewġ naħat.

Jekk il-partijiet jaslu għal soluzzjoni...

Titħejjaminuta bl-eżenzjoni mill-obbligi, li jkun fiha:

  1. il-kontenut tal-ftehim tagħhom u,
  2. b'mod partikolari, in-natura tad-dritt rikonoxxut,
  3. l-ammont marbut mal-eżekuzzjoni dovuta u
  4. t-termini li taħthom trid issir l-eżekuzzjoni.
  5. Barra minn hekk, l-ispejjeż jiġu stabbiliti u imposti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 176 et seq.

Kull parti tista' tagħti kopja oriġinali tal-minuta lill-president tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn bosta membri li quddiemha qiegħda pendenti l-kawża u titolbu biex jirratifikaha. Il-president jirratifika l-minuta wara li jivverifika illi:

  1. It-tilwima tista' tkun l-oġġett ta' soluzzjoni alternattiva skont is-subinċiż 1.
  2. Il-minuta ġiet iffirmata u ddatata mill-partijiet jew mill-avukati tagħhom u,
  3. In-natura tad-dritt rikonoxxut u kwalunkwe ammont marbut mal-eżekuzzjoni dovuta hija ċara fil-minuta.

Jekk ġie mitlub ukoll ordni għall-eżekuzzjoni matul it-tilwima, il-minuta tippermetti l-infurzar mar-ratifika u l-president jannetti l-ordni ta' infurzar mal-minuta dak il-ħin. Jekk intalbet biss sentenza dikjaratorja , il-minuta għandha turi d-dritt rikonoxxut. Fi kwalunkwe każ ir-ratifika tal-minuta ġġib fi tmiemha l-kawża l-qorti.

Jekk il-partijiet ma jaslux għal soluzzjoni

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, titħejja minuta bil-falliment tat-tentattiv biex tinstab soluzzjoni alternattiva għat-tilwima, fejn jistgħu jitniżżlu r-raġunijiet għall-falliment, iffirmata u datata mill-partijiet jew mill-avukati tagħhom.

Jekk ma tiġix iffirmata minuta b'mod konġunt, l-avukat tar-rikorrent jew tal-parti l-oħra jħejji rapport fejn jitniżżlu r-raġunijiet għall-falliment. L-avukat tan-naħa l-oħra jista jħejji rapport simili. Il-minuta dwar il-falliment jew ir-rapporti jiġu ppreżentati waqt is-smigħ flimkien mat-trattazzjoni. Ma hemmx bżonn li tiġi mħejjija minuta speċjali dwar il-falliment jew rapporti f'każ ta' ftehim parzjali li l-Greċja implimentat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Direttiva 2008/52/KE permezz tal-Liġi 3898/2010 (Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 211, 16.12.2010).

Skont il-Liġi imsemmija hawn fuq, tilwim ġudizzjarju privat jista' jkun soġġett għal medjazzjoni bi ftehim bejn il-partijiet, jekk jistgħu jiddisponu liberament mill-oġġett tat-tilwima. Ftehim biex tilwima tmur għal medjazzjoni jista' jiġi ppruvat permezz ta' dokument jew mir-rekords tal-qorti li quddiemha qiegħda pendenti l-kawża, u hija regolata mid-dritt sostantiv dwar il-kuntratti.

Il-medjazzjoni hija possibbli jekk: (a) il-partijiet jaqblu dwar il-medjazzjoni qabel jew wara l-proċeduri ġuridiċi; (b) il-qorti li quddiemha qiegħda pendenti l-kawża ssejjaħ lill-partijiet biex imorru għall-medjazzjoni, wara li tkun qieset l-aspetti kollha tal-każ; soġġett għall-ftehim bejn il-partijiet, il-qorti trid imbagħad tiddifferixxi s-smigħ tal-kawża għal minn tliet xhur sa sitta; (c) qorti fi Stat Membru ieħor tordna l-medjazzjoni; (d) il-medjazzjoni hija rikjesta mil-Liġi.

Id-Deċiżjoni 109088 tal-Ministru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem: (a) tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni tal-medjaturi u l-proċedura sabiex din iċ-ċertifikazzjoni tiġi rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor; ir-rikonoxximent u t-telf parzjali jew definittiv taċ-ċertifikazzjoni jeħtieġ il-kunsens bil-quddiem tal-Bord għaċ-ċertifikazzjoni tal-Medjaturi; (b) tistabbilixxi Kodiċi tal-Etika għall-medjaturi ċċertifikati; (c) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti ta' pieni minħabba ksur tal-Kodiċi tal-Etika; dawn il-pieni, li jeħtieġu l-kunsens bil-quddiem tal-Bord, jikkonsistu fit-telf parzjali jew definittiv taċ-ċertifikazzjoni; u (d) tispeċifika kwistjonijiet rilevanti oħra.

Fil-proċess ta' medjazzjoni, kull parti jew ir-rappreżentant legali tagħha tidher flimkien mal-avukat tagħha.

Il-medjatur jiġi maħtur mill-partijiet jew minn persuna oħra tal-għażla tagħhom.

Il-proċess ta' medjazzjoni jiġi stabbilit mill-medjatur bi ftehim mal-partijiet, li jistgħu jtemmu l-proċess fi kwalunkwe mument. Il-proċess ta' medjazzjoni huwa kunfidenzjali, mingħajr ma jinżammu rekords tal-laqgħat. Il-medjatur jista' jikkuntattja u jiltaqa' ma' kull waħda mill-partijiet bħala parti mill-proċess ta' medjazzjoni. Il-medjatur ma jistax jgħaddi informazzjoni li jkun irċieva waqt laqgħa ma' parti minnhom lill-parti l-oħra mingħajr il-kunsens tal-ewwel parti.

Il-persuna proposta bħala medjatur mhix obbligata li taċċetta n-nomina. Waqt il-medjazzjoni, il-medjatur jista' jinżamm responsabbli biss għall-ħsieb li jqarraq.

Il-medjatur iħejji rekord tal-proċess tal-medjazzjoni, li jrid jinkludi:

(a) l-isem sħiħ tal-medjatur;

(b) il-post u l-ħin tal-medjazzjoni;

(c) l-isem sħiħ ta' kull min jieħu sehem fil-proċess ta' medjazzjoni;

(d) il-ftehim li permezz tiegħu saret il-medjazzjoni;

(e) il-ftehim li jilħqu l-partijiet matul il-medjazzjoni jew il-konferma tan-nuqqas ta' qbil, kif ukoll ir-raġuni għat-tilwima.

Wara l-medjazzjoni, ir-rekord tal-medjazzjoni jiġi ffirmat mill-medjatur, il-partijiet u l-avukati tagħhom. Fuq talba ta' mill-inqas waħda mill-partijiet, il-medjatur jassigura illi r-rekord oriġinali jingħata lis-segretarjat tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn membru wieħed biss tar-reġjun fejn tkun saret il-medjazzjoni. Dan jeħtieġ il-ħlas ta' dritt, bil-bażi u l-aġġustament tal-ammont stabbiliti b'deċiżjoni konġunta tal-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja, t-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem. Jekk il-medjazzjoni ma tirnexxix, ir-rekord tal-medjazzjoni jista' jiġi ffirmat mill-medjatur waħdu.

Meta r-rekord jiġi ddepożitat mas-segretarjat tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn membru wieħed biss, ir-rekord tal-medjazzjoni jsir ordni ta' infurzar skont l-Artikolu 904(2)(c) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jekk ikun jinkludi ftehim bejn il-partijiet fuq talba infurzabbli.

L-implimentazzjoni prattika u l-applikazzjoni ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

Fil-prattika, madanakollu, l-użu tal-mekkaniżmu ADR ġie limitat. Dan il-mekkaniżmu jitħaddem biss bħala prerekwiżit proċedurali għas-smigħ tal-kawżi l-qorti.

L-uniku mekkaniżmu ADR li jista' jiġi meqjus bħala operattiv fil-Greċja huwa l-arbitraġġ:

Skont l-Artikoli 99 ff. tal-Kodiċi Grieg dwar il-Falliment, jista' jinħatar medjatur għal proċedura ta' trasferiment wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni minn entità naturali jew persuna ġuridika quddiem il-Qorti għall-Falliment(πτωχευτικό δικαστήριο).

Il-Qorti għall-Falliment tistabbilixxi l-validità tal-applikazzjoni u tista' taħtar medjatur magħżul minn fost lista ta' esperti. L-irwol tal-medjatur huwa li juża l-mezzi kollha xierqa biex jintlaħaq ftehim bejn id-debitur u d- (definizzjoni ġuridika) l-biċċa l-kbira tal-kredituri tiegħu, sabiex jiġi ssalvagwardjat in-negozju tad-debitur.

Il-medjatur jista' jitlob lill-kreditur jew lill-istituzzjoni finanzjarja għal kwalunkwe informazzjoni dwar l-attività ekonomika tad-debitur, li tista' tkun utli għas-suċċess tal-proċess ta' medjazzjoni.

Jekk ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim, il-medjatur għandu jinforma immedjatament lill-President tal-Qorti, li jagħti bidu għall-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Falliment. Hawnhekk l-irwol tal-medjatur jiġi fi tmiemu.

Informazzjoni u taħriġ

Ma hemmx sit elettroniku nazzjonali ta' informazzjoni jew programm nazzjonali ta' taħriġ. Il-Bord għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Medjaturi huwa responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-medjaturi, jassigura illi l-organizzazzjonijiet għat-taħriġ fil-medjazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti, jassigura illi l-medjaturi ċċertifikati jkunu konformi mal-Kodiċi tal-Etika u jirrakkomanda pieni stabbiliti bil-liġi. lill-Ministru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Taħriġ għall-medjazzjoni jista' jiġi pprovdut minn soċjetà mingħajr skop ta' qligħ iffurmata mill-inqas minn assoċjazzjoni waħda tal-avukati u mill-inqas kamra nazzjonali, u topera taħt liċenzja mid-Dipartiment tal-Professjoni Legali u l-Marixxalli tad-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Medjaturi. Id-Digriet Presidenzjali 123/2011, maħruġ fuq proposta tal-Ministru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Ministru tal-Finanzi, il-Ministru għall-Kompetittività u t-Tbaħħir u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Tul il-Ħajja u l-Affarijiet Reliġjużi, stabbilixxa t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti ta' liċenzji u l-operat ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-medjazzjoni, il-kontenut tal-kurrikulu għat-taħriġ inizjali u kontinwu, it-tul tat-taħriġ, il-post għat-taħriġ, il-kwalifiki tal-għalliema, in-numru ta' parteċipanti u l-pieni li jingħataw lill-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li ma josservawx ir-rekwiżiti. Il-pieni jikkonsistu f'multa jew fit-telf parzjali jew definittiv tal-liċenzja tal-operat. Il-kriterji għall-għażla u l-applikazzjoni tal-pieni ser jiġu mfissra fl-imsemmi Digriet Presidenzjali. Il-kisba, minn organizzazzjoni tat-taħriġ, ta' liċenzja ta' stabbiliment teħtieġ il-ħlas ta' dritt pubbliku, bil-bażi u l-aġġustament tal-ammont stabbiliti b'deċiżjoni konġunta tal-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem juża kull mezz xieraq, b'mod partikolari l-Internet, biex jinforma lill-pubbliku kif għandu jaċċessa l-medjazzjoni.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Is-servizzi ta' medjazzjoni offruti miż-żewġ Istituzzjonijiet speċjalizzati, fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u dik kummerċjali, huma mingħajr ħlas.

Fil-każijiet l-oħra, il-medjazzjoni ssir bi ħlas. Il-ħlas huwa soġġett għal ftehim bejn il-medjatur privat u l-partijiet involuti. L-ispiża minima tal-medjazzjoni hija stabbilita mid-Deċiżjoni Ministerjali. Il-medjaturi jirċievu rata fis-siegħa sa massimu ta' 24 siegħa, inkluż il-ħin ta' preparazzjoni. Il-medjatur jista' jaqbel fuq forma oħra ta' pagament mal-partijiet ikkonċernati. Il-ħlas lill-medjatur jinqasam b'mod ugwali bejn il-partijiet sakemm ma jkunx miftiehem xort'oħra. Kull parti għandha tħallas id-drittijiet tal-avukati tagħha. Il-bażi u r-rata massima fis-siegħa għall-medjazzjoni hija stabbilita permezz ta' deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Jista' jiġi infurzat ftehim riżultat tal-medjazzjoni?

Id-Direttiva 2008/52/KE tippermetti lil dawk involuti f'tilwima biex jitolbu l-infurzar ta' ftehim bil-miktub riżultat tal-medjazzjoni. L-Istati Membri jridu jikkomunikawh lill-qrati u lill-awtoritajiet l-oħra li jistgħu jirċievu dawn it-talbiet.

Il-Greċja għadha ma kkomunikatx din l-informazzjoni. Wara l-medjazzjoni, ir-rekord tal-medjazzjoni jiġi ffirmat mill-medjatur, mill-partijiet u mill-avukati tagħhom. Fuq talba ta' mill-inqas waħda mill-partijiet, il-medjatur jassigura illi r-rekord oriġinali jiġi ddepożitat mas-segretarjat tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn membru wieħed biss tar-reġjun fejn tkun saret il-medjazzjoni. Dan jeħtieġ il-ħlas ta' dritt, bil-bażi u l-aġġustament tal-ammont stabbiliti b'deċiżjoni konġunta tal-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja, t-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem. Jekk il-medjazzjoni tfalli, ir-rekord tal-medjazzjoni jista' jiġi ffirmat mill-medjatur waħdu.

Meta r-rekord jiġi ddepożitat mas-segretarjat tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn membru wieħed biss, ir-rekord tal-medjazzjoni jsir ordni ta' infurzar skont l-Artikolu 904(2)(c) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jekk ikun jinkludi ftehim bejn il-partijiet fuq talba infurzabbli.

Proċess ta' medjazzjoni mibdi mill-qorti jissospendi l-perjodu ta' preskrizzjoni għat-talbiet sakemm jitlesta. Skont l-Artikolu 261 ff. tal-Kodiċi Ċivili, il-perjodi sospiżi tal-preskrizzjoni jerġgħu jibdew jgħoddu meta jitħejja r-rekord tal-falliment tal-medjazzjoni jew waħda mill-partijiet tinnotifika lill-parti l-oħra u lill-medjatur b'avviż jew att ieħor li jġib fi tmiem il-proċess ta' medjazzjoni.

Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/52/KE, it-talbiet għandhom isiru lis-segretarjat tal-qorti tal-prim'istanza ffurmata minn membru wieħed tar-reġjun fejn saret il-medjazzjoni, li hija l-awtorità kompetenti (skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Politika tal-Impjiegi, is-Sigurtà Soċjali u s-Servizzi Soċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ombudsman tal-Konsumatur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru Grieg għall-Medjazzjoni u l-Arbitraġġ


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018