Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Ungerija

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ungeriż diġà ġew tradotti.

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (alternatív vitarendezés) (ADR), fejn medjatur (közvetítő) jgħin lill-partijiet biex jilħqu ftehim. Kemm il-gvern kif ukoll il-prattikanti legali fl-Ungerija huma ferm konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.


Lil min għandek tikkuntattja?

Skont l-Att LV tal-2002 dwar il-Medjazzjoni (a közvetítői tevékenységről szóló 2002. évi LV. törvény) , il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Infurzar tal-Liġi (Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium) huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-medjaturi u tal-persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi.

Reġistru ta’ medjaturi u entitajiet ġuridiċi li jimpjegaw il-medjaturi jista’ jinsab fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Ġustizzja.

Il-websajt jipprovdi lill-utenti informazzjoni ġenerali u huwa possibbli li wieħed ifittex fir-reġistru tal-medjaturi skont l-isem, il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni, il-ħiliet lingwistiċi u l-pajjiż li fih jinsab l-uffiċċju tagħhom. Għall-entitajiet ġuridiċi, it-tfittix huwa bbażat fuq l-isem, il-pajjiż u l-isem imqassar.

Il-formoli ta’ reġistrazzjoni għall-medjaturi u l-entitajiet ġuridiċi li jimpjegaw il-medjaturi jistgħu jinsabu wkoll fl-istess Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt.

Fost l-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tal-medjazzjoni wieħed jista’ jsib:

  • L-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Medjazzjoni (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrszágos Mediációs Egyesület); u
  • Id-Dipartiment ta’ Medjazzjoni u Koordinazzjoni Legali tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Budapest (Budapesti Kereskedelmi és Iparkamara Mediációs és Jogi Koordinációs Osztálya).

F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

L-Att LV tal-2002 dwar il-medjazzjoni jkopri l-litigazzjoni ċivili, iżda jeskludi l-medjazzjoni fi proċedimenti ta’ libell, il-proċedimenti amministrattivi, il-proċedimenti ta’ kurazija, il-proċedimenti dwar it-tmiem tar-responsabbiltà tal-ġenitur, il-proċedimenti ta’ infurzar, il-proċedimenti li jistabbilixxu l-paternità jew l-antenati, u l-appelli kostituzzjonali.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

L-użu tal-medjazzjoni huwa volontarju, imma l-medjazzjoni għandha ċerti vantaġġi b’relazzjoni għall-Att dwar id-Dmirijiet (az illetékekről szóló törvény) u l-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (polgári perrendtartás).

Jekk il-partijiet jipparteċipaw fil-medjazzjoni wara l-ewwel seduta u l-ftehim li jintlaħaq jiġi rratifikat mill-imħallef li jippresjedi, jitħallsu biss nofs id-drittijiet applikabbli. Minn dan l-ammont diġà mnaqqas jista’ anki jitnaqqas id-dritt li għandu jingħata lill-medjatur flimkien mal-VAT (HÉA)  (imma mhux iktar minn HUF 50,000). L-unika restrizzjoni hija li l-ammont finali tad-dritt ma jistax ikun inqas minn 30% tal-ammont oriġinali. It-tnaqqis ma japplikax jekk f’każijiet partikolari l-liġi ma tippermettix l-użu tal-medjazzjoni.

Jekk il-partijiet jipparteċipaw fil-medjazzjoni qabel il-proċedimenti ċivili, id-dritt ta' ħlas lill-medjatur + VAT titnaqqas mill-ammont tad-dazju tal-qorti li għandu jitħallas, iżda b’mhux aktar minn HUF 50 000, sakemm id-dazju tal-qorti mħallsa ma tkunx inqas minn 50% tal-ammont oriġinali. It-tnaqqis ma japplikax jekk il-medjazzjoni ma tkunx permessa mil-liġi fil-każ partikolari jew jekk il-partijiet jidhru quddiem il-qorti minkejja s-soluzzjoni li jkunu waslu għaliha permezz tal-medjazzjoni (għajr biex isseħħ is-soluzzjoni jekk ma jkunx hemm konformità volontarja).

M’hemm l-ebda kodiċi nazzjonali ta’ kondotta għall-medjaturi, imma l-maġġoranza tal-assoċjazzjonijiet ta’ medjazzjoni jsegwu l-Kodiċi Ewropew ta’ Kondotta għall-Medjaturi (közvetítők európai magatartási kódexe).

Hemm kodiċi ta’ kondotta speċifiku għat-tilwim li jaqa’ taħt il-liġi tal-impjiegi, li kien ippreparat mis-Servizz tal-Konċiljazzjoni u tal-Medjazzjoni f’Każijiet ta’ Impjiegi (Munkaügyi Közvetítői és Döntőbírói Szolgálat).

Xi qrati jagħmlu l-medjazzjoni disponibbli lill-partijiet bla ħlas għall-proċedimenti li jkunu għaddejjin. Regoli dettaljati u lista ta’ qrati huma disponibbli fil-websajt ċentrali tal-qrati Ungeriżi. (http://birosag.hu/engine.aspx?page=Birosag_showcontent&content=Birosagi_kozvetites)

Informazzjoni u taħriġ

M’hemm l-ebda sit elettroniku ta’ informazzjoni speċifiku dwar il-medjazzjoni disponibbli bl-Ingliż u lanqas m’hemm entità ta’ taħriġ nazzjonali għall-medjaturi.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt dwar il-mejdazzjoni hija disponibbli biss bl-Ungeriż.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni ssir bi ħlas; il-ħlas jiġi miftiehem bejn il-medjatur u l-partijiet.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE, ir-rikorrenti jistgħu jitolbu li l-kontenut tal-ftehim bil-miktub konkluż bħala riżultat tal-medjazzjoni jkun infurzat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qrati jew awtoritajiet oħra responsabbli għall-immaniġġjar ta’ dawn it-talbiet.

Il-partijiet jistgħu jitolbu li l-kontenut tal-ftehim li jkunu waslu għalih permezz tal-medjazzjoni jiġi ddikjarat bħala kontenut li jista’ jiġi infurzat. Huma jistgħu jitolbu lill-qorti jew lil nutar pubbliku biex jinkorporaw il-ftehim f’soluzzjoni li tkun approvata mill-qorti jew f’dokument awtentiku, li jista’ jiġi infurzat wara.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tar-Reġistru tal-Medjaturi Ungeriżi (A magyar közvetítők adatbázisának honlapja)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017