Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri

Il-medjazzjoni tinsab fi stadji differenti ta' żvilupp fl-Istati Membri. Hemm xi Stati Membri li għandhom leġislazzjoni komprensiva jew regoli proċedurali dwar il-medjazzjoni. F'xi oħrajn, il-korpi leġislattivi urew ftit interess fir-regolamentazzjoni tal-medjazzjoni. Madankollu, hemm xi Stati Membri li għandhom kultura soda ta' medjazzjoni, li jiddependu l-aktar fuq l-awtoregolamentazzjoni.


Dejjem aktar tilwim qed jitressqu quddiem il-qorti. Bħala riżultat ta' dan, dan fisser mhux biss perijodi itwal ta' stennija għas-soluzzjoni tat-tilwim, iżda żied ukoll l-ispejjeż legali sa ċertu livelli fejn spiss jistgħu jkunu disproporzjonati mal-valur tat-tilwima.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-medjazzjoni hija aktar rapida u, għalhekk, normalment irħas mill-proċedimenti ordinarji tal-qorti. Dan huwa veru b'mod partikolari f'pajjiżi fejn is-sistema tal-qorti qiegħda lura f'xogħolha b'mod sostanzjali u l-proċedimenti medji tal-qorti jdumu diversi snin.

Huwa għalhekk li, minkejja d-diversità fl-oqsma u l-metodi tal-medjazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea, hemm interess li dejjem jikber f'dan il-mezz ta' soluzzjoni ta' tilwim bħala alternattiva għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 09/08/2017