Ġurisprudenza tal-Istat Membru - Awstrija
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Awstrijaka kif ukoll deskrizzjoni ta’ u links għall-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.
Bażi tad-dejta onlajn tal-Ġurisprudenza
Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq http://www.ris.bka.gv.at/.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni Legali (RIS) tar-Repubblika tal-Awstrija hija bażi tad-dejta elettronika kkoordinata u mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. Tħabbar b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt (Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka) u tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.
Ir-RIS toffri aċċess għall-web mingħajr ostakoli (WAI-A skont WCAG 1.0).
Preżentazzjoni tad-Deċiżjonijiet / Intestaturi
Qrati supremi | Qrati oħra | |
Ġurisprudenza ppreżentata bl-intestaturi | Iva | Iva |
Eżempji ta' Intestatura/i
Numru fis-serje RS0127077
Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w
Data tas-sentenza 25.8.2011
Test tal-intestatura
Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: Numru tad-diviżjoni: "11", referenza tat-tip ta’ proċedura: "Os", numru kurrenti: "87", u s-sena: "11". Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: "25.8.2011".
Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI)
L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.
Format
Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.
Qrati u Istituzzjonijiet Oħrajn Ikkonċernati
Qrati Supremi
- Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)
- Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)
- Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof)
- Tribunal tal-Ażil (Asylgerichtshof)
Qrati u Istituzzjonijiet oħrajn
- Qrati reġjunali għoljin (Oberlandesgerichte) u qrati oħrajn (kawżi ċivili u kriminali)
- Qrati Federali Amministrattivi (Bundesverwaltungsgericht (BVwG))
- Qrati Reġjonali Amministrattivi (Landesverwaltungsgerichte (LVwG))
- Qorti Finanzjarju Federali (Bundesfinanzgericht) (estern)
- Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta (Datenschutzbehörde)(qabel l-2014: Kummissjoni tal-Protezzjoni tad-Dejta (Datenschutzkommission)
- Kummissjonijiet Dixxiplinarji (Disziplinarkommissionen), Kummissjoni Dixxiplinarja Suprema (Disziplinaroberkommission), Tribunal tal-Appell ( (Berufungskommission)
- Awtorità Suprema għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungsaufsichtsbehörde) (qabel l-2014: Kummissjoni Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungs-Aufsichtskommission)
- Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2014
- Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2008 (estern)
- Tribunali Amministrattivi Indipendenti
- Dokumentazzjoni finanzjarja (Finanzdokumentation), Tribunal Finanzjarju Indipendenti (Unabhängiger Finanzsenat) (estern), Qorti tal-Ażil (Asylgerichtshof (AsylGH))
- Tribunal għall-Ażil Federali Indipendenti (Unabhängiger Bundesasylsenat)
- Tribunal tal-Ambjent (Umweltsenat)
- Bord tal-Komunikazzjonijiet Federali (Bundeskommunikationssenat)
- Awtoritajiet għar-reviżjoni tal-Akkwist Pubbliku (Vergabekontrollbehörden)
Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq.
Proċedimenti Sussegwenti
Qrati Supremi | Qrati Oħra | |
Teżisti informazzjoni dwar:
| Le | Le |
| Le | Le |
| Le | Le |
| Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. | Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. |
| Iva Iva Iva | Le Le Le |
Regoli tal-Pubblikazzjoni
fuq livell nazzjonali? | fuq livell tal-qrati? | |
Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi? | Iva | Iva |
It-Taqsimiet 15 u 15a, l-Att dwar il-Qorti Suprema (Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati (GOG), it-Taqsima 19 tal-Att dwar it-Tribunal tal-Ażil (AsylgerichtshofG)
Qrati Supremi | Qrati Oħra | |
Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew biss selezzjoni minnhom? | selezzjoni biss | selezzjoni biss |
Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati? | Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati. Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali. | Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati. Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 24/04/2018