Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġurisprudenza tal-Istat Membru - Awstrija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Awstrijaka kif ukoll deskrizzjoni ta’ u links għall-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.


Bażi tad-dejta onlajn tal-Ġurisprudenza

Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ris.bka.gv.at/.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni Legali (RIS) tar-Repubblika tal-Awstrija hija bażi tad-dejta elettronika kkoordinata u mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. Tħabbar b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt (Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka) u tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.

Ir-RIS toffri aċċess għall-web mingħajr ostakoli (WAI-A skont WCAG 1.0).

Preżentazzjoni tad-Deċiżjonijiet / Intestaturi

Qrati supremi

Qrati oħra

Ġurisprudenza ppreżentata bl-intestaturi

Iva

Iva

Eżempji ta' Intestatura/i

Numru fis-serje RS0127077

Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w

Data tas-sentenza 25.8.2011

Test tal-intestatura

Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: Numru tad-diviżjoni: "11", referenza tat-tip ta’ proċedura: "Os", numru kurrenti: "87", u s-sena: "11". Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: "25.8.2011".

Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI)

L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.

Format

Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.

Qrati u Istituzzjonijiet Oħrajn Ikkonċernati

Qrati Supremi

  • Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)
  • Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)
  • Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof)
  • Tribunal tal-Ażil (Asylgerichtshof)

Qrati u Istituzzjonijiet oħrajn

  • Qrati reġjunali għoljin (Oberlandesgerichte) u qrati oħrajn (kawżi ċivili u kriminali)
  • Qrati Federali Amministrattivi (Bundesverwaltungsgericht (BVwG))
  • Qrati Reġjonali Amministrattivi (Landesverwaltungsgerichte (LVwG))
  • Qorti Finanzjarju Federali (Bundesfinanzgericht) (estern)
  • Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta (Datenschutzbehörde)(qabel l-2014: Kummissjoni tal-Protezzjoni tad-Dejta (Datenschutzkommission)
  • Kummissjonijiet Dixxiplinarji (Disziplinarkommissionen), Kummissjoni Dixxiplinarja Suprema (Disziplinaroberkommission), Tribunal tal-Appell ( (Berufungskommission)
  • Awtorità Suprema għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungsaufsichtsbehörde) (qabel l-2014: Kummissjoni Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungs-Aufsichtskommission)
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2014
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2008 (estern)
  • Tribunali Amministrattivi Indipendenti
  • Dokumentazzjoni finanzjarja (Finanzdokumentation), Tribunal Finanzjarju Indipendenti (Unabhängiger Finanzsenat) (estern), Qorti tal-Ażil (Asylgerichtshof (AsylGH))
  • Tribunal għall-Ażil Federali Indipendenti (Unabhängiger Bundesasylsenat)
  • Tribunal tal-Ambjent (Umweltsenat)
  • Bord tal-Komunikazzjonijiet Federali (Bundeskommunikationssenat)
  • Awtoritajiet għar-reviżjoni tal-Akkwist Pubbliku (Vergabekontrollbehörden)

Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq.

Proċedimenti Sussegwenti

Qrati Supremi

Qrati Oħra

Teżisti informazzjoni dwar:

  • appelli?

Le

Le

  • jekk kawża għadhiex pendenti?

Le

Le

  • l-eżitu tal-appelli?

Le

Le

  • l-irrevokabbiltà tas-sentenza?

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

  • Proċedimenti ulterjuri quddiem:
    • Qorti nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)?
    • Il-Qorti tal-Ġustizzja?
    • il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?
  • Sommarji speċjali tas-sentenzi tal-Qorti Suprema jindikaw li hemm proċedimenti pendenti quddiem Qorti suprema nazzjonali jew internazzjonali oħra.

Iva

Iva

Iva

Le

Le

Le

Regoli tal-Pubblikazzjoni

fuq livell nazzjonali?

fuq livell tal-qrati?

Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi?

Iva

Iva

It-Taqsimiet  15 u 15a, l-Att dwar il-Qorti Suprema (Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati (GOG), it-Taqsima 19 tal-Att dwar it-Tribunal tal-Ażil (AsylgerichtshofG)

Qrati Supremi

Qrati Oħra

Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew biss selezzjoni minnhom?

selezzjoni biss

selezzjoni biss

Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati?

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati.

Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali.

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati.

Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/04/2018