Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġurisprudenza tal-Istat Membru - Ungerija

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ungeriż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Ungeriża, kif ukoll deskrizzjoni u links għall-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.


Il-ġurisprudenza ppubblikata fuq is-siti elettroniċi

L-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati jistabbilixxi illi mill-1 ta' Jannar 2012 il-Kurja (il-Qorti Suprema tal-Ungerija), il-ħames qrati reġjonali tal-appell u l-qrati amministrattivi u industrijali (dawn tal-aħħar biss jekk deċiżjoni amministrattiva f'kawża amministrattiva ngħatat fil-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti mhix soġġetta għal appell ordinarju) għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni fuq il-mertu tal-kawża f'forma elettronika fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija (Bírósági Határozatok Gyűjtemény). Attwalment, il-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija hija aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi ((Anonim Határozatok Tára - ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara). (Fl-imgħoddi, il-Qorti Suprema u l-ħames qrati tal-appell reġjonali, skont l-Att XC tal-2005 dwar il-libertà tal-informazzjoni elettronika, kellhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom kollha fuq il-mertu mill-1 ta' Lulju 2007).

Id-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċedimenti li ġejjin huma l-eċċezzjoni, u għalhekk ma hemmx għalfejn jiġu ppubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti:

  • id-deċiżjonijiet mogħtija fir-rigward ta' ordni għall-ħlas, infurzar, stralċ ta' kumpanija mill-qorti, proċeduri għall-falliment u l-istralċ, kif ukoll proċeduri li jinvolvu r-reġistri miżmuma mill-qorti;
  • id-deċiżjonijiet mogħtija waqt proċeduri tal-familja, proċeduri fuq il-prova tal-filjazzjoni u l-oriġini, proċeduri dwar it-tneħħija tas-setgħa tal-ġenituri kif ukoll il-proċeduri tat-tutela ma jistgħux jiġu ppubblikati jekk kull waħda mill-partijiet hekk titlob;
  • id-deċiżjonijiet waqt proċeduri dwar allegat abbuż sesswali ma jistgħux jiġu ppubblikati mingħajr il-kunsens tal-vittma.

Barra minn hekk, il-Kurja trid tippubblika d-deċiżjonijiet dwar il-konformità ġudizzjarja (ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://kuria-birosag.hu/hu/jogegysegi-hatarozatok), sentenzi dwar prinċipji legali (ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-hatarozatok) u deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar prinċipji legali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-dontesek). Dawn huma disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi (ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara).

Il-president tal-qorti li tat id-deċiżjoni għandu jippubblika d-deċiżjoni fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni.

Id-deskrizzjoni tad-deċiżjoni ppubblikata għandu jkollha l-isem tal-qorti u tas-suġġett ġuridiku, is-sena li fiha ngħatat, in-numru ta' referenza, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li fuqhom il-qorti tat id-deċiżjoni tagħha.

Bħala regola ġenerali, id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet ('deċiżjoni anonima'), u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri.

Il-preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/ Intestaturi

Ma hemmx intestaturi speċifiċi, għaliex il-magna tat-tiftix tagħti d-dejta kollha relevanti tar-riżultati. Fil-lista tar-riżultati, hemm numru ta' identifikazzjoni li jirreferi għad-dejta li huwa enfasizzat ukoll f'din il-lista (qorti, tip ta' proċedura).

(Ir-regoli dettaljati ta' kif għandhom jiġu indikati d-deċiżjonijiet ippubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti huma stabbiliti fid-Digriet Nru 29/2007 tal-31 ta' Mejju 2007 tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi).

Formati

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format .rtf.

Il-qrati kkonċernati

Il-Kurja u l-qrati reġjonali tal-appell iridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet fuq il-mertu kollha. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Il-qrati amministrattivi u industrijali jridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu biss meta dawn jingħataw waqt proċeduri amministrattivi tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma tkunx soġġetta għal appell ordinarju.

Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu.

Sit elettroniku ċentrali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCourt.

Proċeduri ulterjuri

Il-Kurja

Qrati oħra

Hija disponibbli informazzjoni dwar

l-appelli?

Le

Le

  • dwar jekk il-każ għadux għaddej?

Le

Le

  • dwar l-eżitu tal-appelli?

Le

Le

  • dwar jekk id-deċiżjoni tistax tiġi appellata?

Iva

Iva

  • dwar proċeduri ulterjuri quddiem

qorti Ungeriża oħra (il-Qorti Kostituzzjonali...)?

quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Regoli dwar il-pubblikazzjoni

fuq livell nazzjonali?

pubblikazzjonijiet mill-qorti?

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

Iva

Il-Kurja

Qrati oħra

Il-ġurisprudenza kollha tiġi ppubblikata jew għażla minnha?

Il-ġurisprudenza kollha

Għażla minnha

Jekk issir għażla

liema kriterji japplikaw?

Il-ħames qrati tal-appell jippubblikaw id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu.

Mill-1 ta' Lulju 2007.

Bażijiet tad-dejta legali

Isem u URL tal-bażi legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-qrati fl-Ungerija

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

Mill-1 ta' Lulju 2007 id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu tal-Kurja (qabel l-1 ta' Jannar 2012 magħrufa bħala l-Qorti Suprema) u tal-ħames qrati reġjonali tal-appell, u mill-1 ta' Jannar 2012, id-deċiżjonijiet fuq il-mertu tal-qrati amministrattivi u industrijali (fejn deċiżjoni amministrattiva fl-appell kienet ingħatat waqt proċeduri tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma kinitx soġġetta għal appell ordinarju).

Id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Deċiżjonijiet oħra mogħtija mill-president tal-qorti.

Id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet, u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri. Madanakollu, l-informazzjoni li ġejja ma għandhiex titħassar:

  • l-isem tal-korp li jaqdi funzjonijiet tal-istat jew tal-gvern lokali, jew funzjonijiet pubbliċi oħra kif stabbiliti bil-liġi u - sakemm mhux stabbilit xort'oħra bil-liġi - l-isem u l-kunjom jew l-ismijiet (magħrufa lkoll bħala 'l-isem') u l-pożizzjoni tal-persuna f'dik il-kariga, fejn il-persuna kkonċernata kienet involuta fil-proċedimenti minħabba il-kariga tagħha;
  • l-isem tal-avukat li qed jaġixxi bħala r-rappreżentant awtorizzat jew għad-difiża;
  • l-isem tal-persuna naturali li tilfet il-kawża bħala l-konvenut, kif ukoll l-isem u l-indirizz reġistrat tal-persuni ġuridiċi jew il-korpi mingħajr personalità ġuridika, jekk id-deċiżjoni ngħatat fi proċeduri li għalihom hemm dritt mogħti mil-liġi sabiex jitressqu talbiet ta' interess pubbliku;
  • l-isem u l-indirizz reġistrat tal-organizazzjoni jew fondazzjoni tan-negozju, kif ukoll l-isem tar-rappreżentant tagħhom;
  • dejta aċċessibbli minħabba interess pubbliku.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTiftixa fil-kollezzjoni tad-deċizjonijiet tal-qrati tal-Ungerija


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017