Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġurisprudenza tal-Istat Membru

Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) japplikaw u jinterpretaw il-liġi tal-Istati Membri rilevanti kif ukoll id-dritt tal-UE. Għalhekk, huwa fl-interess taċ-ċittadini u tal-professjonisti legali li jkollhom aċċess mhux biss għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru tagħhom, iżda anki għal dik tal-Istati Membri tal-UE l-oħra.


Il-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom bażi tad-dejta waħda jew iktar tad-deċiżjonijiet u tal-opinjonijiet tal-qrati tagħhom – rigward id-dritt tal-UE, il-liġi nazzjonali kif ukoll il-liġi reġjonali u/jew lokali. L-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet xi drabi tista’ tkun ristretta għal ċerti qrati (pereżempju, il-qrati supremi) jew għal ċerti tipi ta’ deċiżjonijiet.

Tista’ tagħmel tiftix għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru jew permezz ta’ bażi tad-dejta tal-Istat Membru billi tagħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin se ssib ruħek fil-paġna nazzjonali rilevanti; jew tista’ tuża waħda mill-bażijiet tad-dejta Ewropej (il-lista li ġejja tista’ ma tkunx kompluta):

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJURE, bażi tad-dejta maħluqa mill-Kummissjoni Ewropea, li tinkludi l-ġurisprudenza dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam ċivili u kummerċjali u dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi Stat li ma jkunx dak fejn ngħatat is-sentenza. Dan jinkludi l-ġurisprudenza dwar il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti (jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988) kif ukoll il-ġurisprudenza tal-UE u tal-Istati Membri.
  • L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaACA Europe) tipprovdi żewġ bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza tal-Istati Membri li jittrattaw l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, imsejħa “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJuriFast” u “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDec.Nat”. Id-deċiżjonijiet jiġu pprovduti fl-ilsien oriġinali, b’sommarju bl-Ingliż u bil-Franċiż. Il-bażi tad-dejta “Dec.Nat” fiha wkoll referenzi u analiżijiet tad-deċiżjonijiet nazzjonali li ġew ipprovduti mis-Servizz ta’ Riċerka u ta’ Dokumentazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
  • Permezz tas-sit elettroniku tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk tal-Presidenti tal-qrati ġudizzjarji supremi tal-UE, tista’ ssib is-siti ta’ numru ta’ bażijiet tad-dejta nazzjonali (u anki ta’ wħud mill-pajjiżi kandidati) li jinkludu l-ġurisprudenza tal-qrati supremi ta’ dawk l-Istati Membri.
  • Il-portal ta’ informazzjoni tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jinkludi bażi tad-dejta tad-deċiżjonijiet nazzjonali tal-qrati u tal-korpi speċjali relatati ma’ kwistjonijiet tal-liġi dwar id-diskriminazzjoni.
  • CODICES, bażi tad-dejta maħluqa mill-hekk imsejħa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni ta' Venezja fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Ewropa, tinkludi l-ġurisprudenza dwar il-kwistjonijiet kostituzzjonali mhux biss tal-Istati Membri tal-UE imma anki ta' membri oħrajn tal-Kunsill tal-Ewropa.

Barra minn hekk, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (e-Justice) jipprovdi wkoll informazzjoni dwar id-diversi qrati tal-Istati Membri. Bosta minn dawn il-qrati għandhom sit elettroniku li jipprovdi bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza tagħhom.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 25/01/2017