Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġurisprudenza tal-Istat Membru - L-Irlanda ta’ fuq

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tipprovdik b’deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza li hija disponibbli f’bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku.


Il-ġurisprudenza disponibbli fl-Irlanda ta' Fuq

Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-Irlanda ta' Fuq li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tar-RU huma disponibbli għall-pubbliku.

Il-ġurisprudenza tiġi ppubblikata għal Qorti tal-Kuruna, il-High Court, il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema tar-Renju Unit.

Id-deċiżjonijiet ta' ċerti kawżi tal-familja u kriminali jistgħu jkunu anonimi.

Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppublikata mill-1999 fl-Irlanda ta' Fuq. Kif tingħata sentenza, il-kawża tiġi ppubblikata normalment 24 siegħa jew ġimagħtejn wara.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq ilu jippubblika s-sentenzi tal- Qorti tal-Kuruna, il-High Court u l-Qorti tal-Appell fuq is-sit elettroniku tiegħu mill-1999. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Is-sentenzi li huma disponibbli mill-Kumitat tal-Appell tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords huma dawk li ngħataw bejn l-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009. F'Ottubru tal-2009 il-Qorti Suprema ħadet post il-Kumitat tal-Appell tal-House of Lords u s-sentenzi tagħha huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Għadd ta' repożitorji nazzjonali ġuridiċi u bażijiet tad-dejta ġuridiċi huma disponibbli.

Il-bażi tad-dejta "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii" (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika) fiha deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Kuruna, mill-High Court Chancery Division, High Court Family Decision, High Court Queen’s Bench, High Court Master’s Decisions, mill-Qorti tal-Appell minn Novembru 1998, mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords mill-1838, u s-sentenzi tal-Qorti Suprema minn Ottubru 2009. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku Bailii fih ukoll dettalji tad-deċiżjonijiet minn diversi tribunali fir-Renju Unit:

  • Tribunal Superjuri (Kamra tal-Appelli Amministrattivi)
  • Tribunal Superjuri (Finanzi u Taxxa)
  • Tribunal Superjuri (Kamra dwar l-Artijiet)
  • Tribunal tal-Prim'Istanza (Kamra għas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali)
  • Tribunal tal-Prim'Istanza (Taxxa)
  • It-Tribunal tal-Appelli tal-Konkorrenza tar-Renju Unit
  • Servizz ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim Nominet UK
  • Kummissjoni tal-Appelli Speċjali dwar l-Immigrazzjoni
  • It-Tribunal tal-Appelli Industrijali tar-Renju Unit
  • Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji tar-Renju Unit
  • It-Tribunal għall-Ażil u l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit
  • It-Tribunal tal-Informazzjoni tar-Renju Unit inkluż il-Bord tal-Appell tas-Sigurtà Nazzjonali
  • Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji Speċjali tat-Taxxa fuq id-Dħul tar-Renju Unit
  • Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Għajnuna għat-Tfal tar-Renju Unit
  • Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa tar-Renju Unit
  1. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Dwana) tar-Renju Unit
  2. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Dazju tas-Sisa) tar-Renju Unit
  3. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Taxxa tal-Assikurazzjoni) tar-Renju Unit
  4. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Taxxa fuq il-Miżbla) tar-Renju Unit

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii website

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku tal-Qorti Suprema

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/01/2019