Ġurisprudenza tal-Istat Membru - Olanda
Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/Titoli
It-titolu jissejjaħ “indikazzjoni tal-kontenut”, u jista’ jikkonsisti f’nota fuq nett tal-paġna (sentenza waħda), sommarju twil jew qasir, xi kelmiet prinċipali, paragrafu li jiġbor fil-qosor il-liġi li hija s-suġġett tal-kawża, jew ċitazzjoni litterali tal-iktar pronunzjament importanti fid-deċiżjoni.
Eżempju ta’ titolu/i
Il-Liġi applikabbli għall-kiri: kanċellazzjoni tal-kuntratt ta’ kiri ta’ spazju għal uffiċċju (Huurrecht; ontbinding van huurovereenkomst kantoorruimte (81 RO).
Formati
Fis-sit elettroniku l-ġurisprudenza hija disponibbli f’format HTML. L-utenti professjonali jistgħu jniżżluha mis-sit f’format XML.
Qrati kkonċernati
Fis-sit elettroniku tal-Faċilità ta’ Tiftix, il-Ġudikatura Olandiża u l-Qorti Suprema tal-Olanda tista’ ssib is-sentenzi tal-qrati kollha. Dawn huma:
- Il-Qorti Suprema (Hoge Raad der Nederlanden)
- Id-Diviżjoni tal-Ġurisdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State)
- It-Tribunal tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep)
- It-Tribunal tal-Appelli tal-Kummerċ u l-Industrija (College van Beroep voor het bedrijfsleven)
- Erba’ qrati tal-appell (Gerechtshoven)
- Ħdax-il qorti tad-distrett (Rechtbanken)
Proċedimenti ulterjuri
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Hija disponibbli informazzjoni dwar – l-appelli? | Le | Le |
– jekk kawża għadhiex pendenti? | Le | Le |
– ir-riżultat tal-appelli? | Le | Le |
– l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni? | Le | Le |
– proċedimenti ulterjuri quddiem – qorti interna oħra (Qorti Kostituzzjonali…)? – il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja? – il-Qorti tad-Drittijet tal-Bniedem? | Le | Le |
Regoli tal-pubblikazzjoni
Il-qrati nfushom żviluppaw żewġ linji gwida dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. Linja gwida minnhom hija dwar l-użu tal-anonimat (it-tneħħija tad-dettalji personali) u l-oħra hija dwar is-selezzjoni.
Din il-linja gwida hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjoni R (95) 11 “Dwar is-selezzjoni, l-ipproċessar, il-preżentazzjoni u l-arkivjazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qrati f’sistemi ta’ rkupru ta’ informazzjoni legali” tal-Kunsill tal-Ewropa: l-ogħla ġurisdizzjonijiet jippubblikaw il-kawżi kollha, sakemm ma jkunx ċar li dawn ma jkunux ta’ interess legali jew għas-soċjetà, iżda l-qrati l-oħra jippubblikaw biss dawk il-kawżi li għandhom interess legali jew għas-soċjetà ċar.
Links relatati
Faċilità ta’ Tiftix, il-Ġudikatura Olandiża u l-Qorti Suprema tal-Olanda
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 09/02/2016