Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Liġi tal-Istat Membru

Kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) għandu d-dritt u s-sistema legali tiegħu. Id-dritt tal-Istat Membru (SM) jista’ jinkludi kemm id-dritt fuq il-livell nazzjonali (jew id-dritt nazzjonali, li huwa validu kullimkien f’ċertu Stat Membru) kif ukoll il-liġijiet li huma applikabbli biss f’ċertu żona, reġjun jew belt.


L-Istati Membri jippubblikaw id-dritt tagħhom fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali tagħhom u din hija legalment vinkolanti biss f’dan l-ilsien jew f’dawn l-ilsna. Għal finijiet ta’ informazzjoni, ċerti atti tad-dritt tal-Istat Membru jistgħu jkunu disponibbli wkoll f’ilsien wieħed jew iktar minbarra l-ilsien jew l-ilsna uffiċjali.

Bażijiet tad-dejta

Il-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom bażi tad-dejta nazzjonali tad-dritt tagħhom – tista’ tikseb din l-informazzjoni billi tagħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.

Barra minn hekk, il-bażi tad-dejta Ewropea Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaN-Lex tgħaqqad il-parti l-kbira tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali uffiċjali. N-Lex huwa proġett komuni li għaddej bħalissa u li huwa ġestit mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Ewropew u mill-gvernijiet nazzjonali parteċipanti. Bħalissa, tista’ tara d-dritt ta’ 23 Stat Membru.

Barra minn hekk, permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaForum Ewropew tal-Gazzetti Uffiċjali, jista’ jkollok aċċess għas-siti elettroniċi tal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-pubblikazzjoni tal-gazzetti uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE (flimkien ma’ wħud mill-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA).

Mill-perspettiva tal-UE, bosta liġijiet tal-Istati Membri effettivament jimplimentaw id-dritt tal-UE. B’mod partikolari,dan huwa l-każ għad-dritt nazzjonali li jimplimenta d-direttivi tal-UE. Jekk qed tfittex miżuri implimentattivi bħal dawn, li permezz tagħhom l-Istati Membri inkorporaw ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE, mela tista’ tuża l-funzjoni tat-tiftix rilevanti fil-bażi tad-dejta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEUR-Lex.

Sorsi tad-dritt

Id tal-Istati Membri hija derivata minn diversi sorsi, b’mod partikolari mill-kostituzzjoni, mill-istatuti jew mil-leġiżlazzjoni (li tista’ tiġi adottata fuq il-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali) u/jew mir-regolamenti tal-aġenziji tal-gvern, eċċ. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji mill-qrati tal-Istat Membru jistgħu jiġu żviluppati f’ġurisprudenza.

Oqsma tad-dritt

Tradizzjonalment, il-liġi tal-Istati Membri hija maqsuma f’dritt privat u f’dritt pubbliku.

  • Id-dritt privat jew id-dritt ċivili huwa l-qasam tad-dritt f’soċjetà li taffetwa r-relazzjonijiet bejn l-individwi jew il-gruppi mingħajr l-intervent tal-Istat jew tal-gvern.
  • Id-dritt pubblik jirregola r-relazzjoni bejn l-individwi u l-Istat, l-entitajiet u l-awtoritajiet tiegħu, il-poteri ta’ dawn tal-aħħar u l-proċeduri rilevanti. Ġeneralment, id-dritt pubbliku jinkludi d-dritt kostituzzjonali, id-dritt amministrattiv u d-dritt kriminali. Minħabba n-natura partikolari tad-dritt kriminali, jista’ jiġi kkunsidrat anki bħala kategorija fiha nfisha.

Biex tikseb informazzjoni dettaljata dwar id-dritt ta’ Stat Membru partikolari, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2016