Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni



Id-dritt li wieħed ikompli jibbenefika minn miżuri protettivi meta jġorr minn Stat Membru għal ieħor

Biex tkun protett bħala vittma (b'mod partikolari vittma ta' forom differenti ta' vjolenza domestika u segwiment ta' persuna bil-moħbi) minn vjolenza u fastidju, l-awtoritajiet nazzjonali spiss jistgħu joffrulek miżuri speċifiċi (trażżin, impediment jew ordni ta' protezzjoni oħra) li jgħinu biex jipprevjenu aggressjonijiet jew assalti ulterjuri mill-ħati. Jekk tingħata ordni ta' protezzjoni fi Stat Membru huwa probabbli li tkun tixtieq tkompli tibbenefika minn din il-protezzjoni meta ġġorr jew tivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor. Għal din il-fini, l-UE daħħlet fis-seħħ mekkaniżmu għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri protettivi.

Il-miżuri protettivi nazzjonali jistgħu jkunu ta' natura tad-dritt ċivili, kriminali jew amministrattiv u d-dewmien, il-kamp ta' applikazzjoni u l-proċeduri ta' adozzjoni tagħhom ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Minħabba bażijiet ġuridiċi separati fil-liġi tal-UE għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri tad-dritt ċivili u l-miżuri tad-dritt kriminali, kien hemm bżonn ta' żewġ strumenti separati biex tkun żgurata ċ-ċirkolazzjoni tat-tliet tipi l-aktar komuni ta' miżuri protettivi fl-UE. Ordnijiet protettivi koperti mid-Direttiva u r-Regolament jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn inti, bħala vittma jew vittma potenzjali ta' delitt, tibbenefika minn projbizzjoni jew regolazzjoni tad-dħul f'ċerti postijiet, tkun ikkuntattjat jew avviċinat minn persuna li tikkawżalek riskju.

Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2011/99/UE dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (EPO) tistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti r-rikonoxximent ta' ordnijiet ta' protezzjoni maħruġa bħala miżura ta' dritt kriminali bejn Stati Membri.

Jekk tibbenefika minn ordni ta' protezzjoni f'materji kriminali maħruġa fi Stat Membru tista' titlob Ordni Ewropea ta' Protezzjoni.

Il-protezzjoni għandha tingħata permezz ta' miżura protettiva oħra adottata mill-Istat Membru li se tivvjaġġa jew iġġorr lejh wara proċedura aċċellerata u ssemplifikata.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali sal-11 ta' Jannar 2015.

Madankollu, jekk tibbenefika minn ordni ta' protezzjoni tad-dritt ċivili fl-Istat Membru tar-residenza tiegħek tista' tapplika r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili, li jistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti r-rikonoxximent dirett ta' ordnijiet ta' protezzjoni maħruġa bħala miżura ta' dritt ċivili bejn Stati Membri.

Għalhekk jekk tibbenefika minn ordni ta' protezzjoni skont id-dritt ċivili fl-Istat Membru ta' residenza tiegħek int tkun tista' tapplikah direttament fi Stati Membri oħrajn billi tikseb Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċertifikat u tippreżentah lill-awtoritajiet rilevanti li jiċċertifikaw id-drittijiet tiegħek.

Ir-Regolament ilu japplika mill-11 ta’ Jannar 2015.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 28/04/2016