Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

Informazzjoni nazzjonali dwar ir-Regolament Nru 606/2013

Informazzjoni ġenerali

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili jistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti r-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' protezzjoni maħruġa bħala miżura ta' dritt ċivili bejn Stati Membri.

B'hekk jekk tibbenefika minn ordni ta' protezzjoni ta' dritt ċivili fl-Istat Membru ta' fejn tgħix int tkun tista' tapplikah direttament fi Stati Membri oħrajn billi tippreżenta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti li jiċċertifikaw id-drittijiet tiegħek.

Ir-Regolament huwa applikabbli mill-11 ta’ Jannar 2015.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Tista' tinkiseb iktar informazzjoni dwar rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fil-paġna ddedikata.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Belġju

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Dawn li ġejjin huma kompetenti biex jordnaw miżura ta’ protezzjoni skont is-suġġett tal-kawża fejn tintalab miżura ta’ protezzjoni: il-Qorti tal-Familja (tribunal de la famille), it-tribunal industrijali (tribunal du travail) jew il-prosekutur pubbliku (ministère public), b'verifika a posteriori mill-Qorti tal-Familja jew mill-Qorti tal-Minorenni (tribunal de la jeunesse).

Il-kap reġistratur (greffier en chef) tal-qorti li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni, jew jekk ikun il-każ, il-prosekutur pubbliku, huwa kompetenti li joħroġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-prosekutur pubbliku tal-post fejn tkun miktuba jew tkun se tinkiteb fir-reġistru tal-popolazzjoni l-persuna protetta, jew fejn ikollha jew ikun se jkollha r-residenza abitwali tagħha.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-prosekutur pubbliku tal-post fejn tkun miktuba jew tkun se tinkiteb fir-reġistru tal-popolazzjoni l-persuna protetta, jew fejn ikollha jew ikun se jkollha r-residenza abitwali tagħha. Dan l-aġġustament jista' jkun suġġett għal appell quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza (tribunal de première instance) b'konformità mal-Artikolu 11(5).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti tal-Ewwel Istanza.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Għat-traduzzjonijiet previsti fl-Artikolu 16(1) huma aċċettati l-Franċiż, l-Olandiż u/jew il-Ġermaniż, skont il-lingwi uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Belġju.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Bulgarija

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qorti distrettwali (Rayonen sad) f’rabta mal-indirizz permanenti jew attwali tal-parti li ġarrbet ħsara għandha tkun l-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni (l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Il-qorti distrettwali li analizzat il-każ tkun dik li, fuq talba bil-miktub tal-persuna protetta, toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 (l-Artikolu 26(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Persuna li tibbenefika minn miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tista’ titlob li l-ordni ta’ protezzjoni fit-territorju tal-Bulgarija tinħareġ mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (Sofiyski gradski sad) (l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

L-awtoritajiet tal-Ministeru għall-Intern u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huma kompetenti li jimplimentaw tali miżura.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija hija l-ġurisdizzjoni kompetenti.

Il-qorti tivverifika jekk il-miżura tistax tiġi implimentata bil-mezzi disponibbli fil-liġi tal-Bulgarija. Meta dan ma jkunx possibbli, il-qorti tordna miżura ta’ protezzjoni sostituttiva f’konformità mal-liġi tal-Bulgarija (l-Artikolu 24(2) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Fuq talba tal-persuna li tkun qed tikkaġuna r-riskju, il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija tagħti rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni (l-Artikolu 25 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Bulgarija tirrikjedi li l-atti kollha jiġu tradotti għall-Bulgaru.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 11/05/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Estonja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Il-miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili jistgħu jiġu applikati skont l-Artikolu 1055(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Obbligi, li jiddikjara li jekk ikun ikkawżat dannu illegali b’mod kontinwu jew issir theddida ta’ dannu illegali, il-vittma jew il-persuna mhedda jkollha d-dritt li titlob li l-aġir li jkun qed jikkawża d-dannu jintemm jew li ma jsirx theddid b’aġir bħal dak. Fil-każ ta’ offiża fuq il-persuna, dannu għas-saħħa, ksur tal-privatezza jew kwalunkwe dritt ieħor tal-personalità, jista’ jintalab, inter alia, li l-awtur tad-dannu ma jitħalliex javviċina persuna oħra (permezz ta’ ordni ta’ trażżin), li jkun irregolat l-użu tas-settur tal-abitazzjoni jew tal-komunikazzjoni jew li jiġu applikati miżuri simili oħra. L-Artikolu 475(1)(7) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni ċivili, li skonthom il-proċedimenti b’rikors jinkludu l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin u miżuri simili oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità kif stipulati fil-Kapitolu 55 u fl-Artikoli 544-549, li jistabbilixxu l-proċedura għall-applikazzjoni ta’ ordni ta’ trażżin b’mod aktar preċiż. Skont l-Artikoli 378(1)(3), 546 u 551(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-miżuri ta’ protezzjoni ċivili jistgħu jiġu applikati wkoll bħala miżura ta’ garanzija tar-riżultat ta’ kawża jew bħala miżura proviżorja fi proċedimenti b’rikors.

Skont l-Artikolu 1055(1) tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi, jaf ikun meħtieġ li l-awtur tad-dannu jiġi pprojbit milli javviċina persuni oħra (jiġifieri biex jiġi impost ordni ta’ trażżin), li l-użu tas-settur tal-abitazzjoni jew tal-komunikazzjoni jiġi rregolat jew li jiġu applikati miżuri simili oħra. Għaldaqstant, il-miżuri li jistgħu jiġu applikati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità mhumiex elenkati b’mod eżawrjenti fl-Att, u f’każijiet partikolari jaf tintalab l-applikazzjoni ta’ miżura xierqa u neċessarja.

Ma hemmx statistika disponibbli dwar il-perjodu medju ta’ applikazzjoni tal-miżuri. Fl-Estonja huwa possibbli li jiġu applikati bosta miżuri għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet tal-personalità skont l-Artikolu 1055 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi għal perjodu sa massimu ta’ tliet snin. F’konformità mal-analiżi tal-ġurisprudenza dwar l-ordnijiet ta’ trażżin li tħejjiet mill-Qorti Suprema fl-2008, il-qrati, ġeneralment, applikaw l-ordnijiet ta’ trażżin għal perjodu massimu ta’ tliet snin.

Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 ikopri l-miżuri ta’ protezzjoni applikati f’kawżi ċivili. Huwa ma japplikax għall-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) 2201/2003. Għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ċivili, mhux meħtieġ li jkun sar att illegali kontra l-persuna esposta għal riskju. Ikun biżżejjed li l-aġir preċedenti tal-konvenut ikun raġuni biżżejjed biex tikkaġuna biża’ li l-konvenut jista’ jikkawża dannu lill-vittma jew jikser id-drittijiet tal-personalità tal-vittma. Il-miżuri ta’ protezzjoni f’kawżi ċivili mhumiex elenkati b’mod eżawrjenti fl-Att. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tiġi applikata miżura ta’ protezzjoni adegwata, mhux neċessarjament elenkata fil-leġiżlazzjoni, sabiex tirrettifika sitwazzjoni partikolari.

Persuna esposta għal riskju jew persuna li tkun ġarrbet ħsara tista’ titlob għall-applikazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni, jew fi proċedimenti separati jew inkella flimkien ma’ talba oħra. Għall-applikazzjoni ta’ miżura ta’ implimentazzjoni, persuna esposta għal riskju trid tippreżenta rikors quddiem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti tal-kontea. Il-qrati jipproċessaw ir-rikorsi skont il-proċedimenti b’rikors. Qabel ma tapplika miżura ta’ protezzjoni, il-qorti tisma’ lill-persuna li għaliha tkun intalbet l-applikazzjoni tal-miżura, u lill-persuna fl-interess ta’ liema jsiru l-proċedimenti għall-applikazzjoni tal-miżura. Meta jkun meħtieġ, il-qorti tisma’ wkoll lill-persuni f’rabta mill-qrib mal-persuni speċifikati hawn fuq, jew lill-muniċipalità rurali jew lill-gvern tal-belt jew lill-awtorità tal-pulizija tal-post ta’ residenza tal-persuni.

Ir-rikorsi mressqa quddiem qorti jridu jitfasslu bl-Estonjan u jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 338 u 363 tal-Proċedura tal-Kodiċi Ċivili. Ir-rikorsi kollha jridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti f’forma ttajpjata u leġġibbli. Meta jkun possibbli, għandhom jiġu ppreżentati wkoll lill-qorti kopji elettroniċi tad-dokumenti proċedurali ppreżentati bil-miktub. Rappreżentanti kuntrattwali, nutara, marixxalli tal-qorti, riċeventi f’falliment, aġenziji tal-istat u tal-gvern lokali u persuni ġuridiċi oħra jippreżentaw id-dokument lill-qorti b’mod elettroniku sakemm ma jkunx hemm raġuni valida biex id-dokumenti jiġu ppreżentati f’għamla oħra. Regoli aktar dettaljati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti elettroniċi lill-qrati, ir-rekwiżiti għall-format tad-dokumenti u l-lista ta’ dokumenti li jridu jiġu ppreżentati permezz tal-portal huma stipulati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf’Regolament maħruġ mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaministru responsabbli għal dan is-settur. Parteċipant fi proċediment irid, meta jippreżenta lill-qorti dokumenti bil-miktub u appendiċijiet tagħhom, jipprovdi l-għadd meħtieġ ta’ traskrizzjonijiet ta’ dawk id-dokumenti li jridu jiġu nnotifikati lill-parteċipanti l-oħra fil-proċediment.

Titħallas tariffa statali ta’ EUR 50 mal-preżentazzjoni tar-rikorsi jew tal-appelli f’materji rieżaminati skont il-proċedimenti b’rikors. Għandha titħallas tariffa statali ta’ EUR 50 mal-preżentazzjoni ta’ rikors għal garanzija tar-riżultat ta’ kawża.

Skont il-liġi tal-Estonja, ma hemmx bżonn ta’ rappreżentant fil-qorti għall-parteċipanti fi proċedimenti għal proċedimenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ċivili.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni jew l-emendar ta’ ordni ta’ trażżin jew ta’ miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità, tista’ tiġi appellata mill-persuni li jkunu obbligati li jikkonformaw magħha. Appelli ta’ din ix-xorta għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lil qorti distrettwali permezz tal-qorti tal-kontea li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata. L-appelli għandhom jiġu ppreżentati fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Appell kontra deċiżjoni ma jistax jiġi ppreżentat wara li jkunu għaddew ħames xhur mill-ħruġ tad-deċiżjoni f’kawżi jew fi proċediment b’rikors sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-qorti tista’ tikkanċella jew timmodifika l-ordni ta’ trażżin jew miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità. Qabel tikkanċella jew timmodifika miżura, il-qorti tisma’ lill-parteċipanti. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ ordni ta’ trażżin jew miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità tiġi nnotifikata lill-persuni li fir-rigward u fl-interess tagħhom jiġu applikati tali miżuri.

Id-deċiżjonijiet li jittieħdu li jirrigwardaw il-miżuri ta’ protezzjoni għandhom jiġu eżegwiti minn dak il-ħin li jingħataw lill-persuna obbligata bihom (il-persuna li qed tikkaġuna r-riskju).

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li skontha tkun ġiet ordnata l-miżura ta’ protezzjoni tiġi organizzata minn marixxall tal-qorti. Il-marixxalli tal-qorti, ġeneralment, isiru jafu bi ksur tal-miżura ta’ protezzjoni mingħand il-persuna li tkun soffriet ir-riskju. Jekk il-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet ordnata qabel ma jkunu ġew iddeterminati d-drittijiet ta’ aċċess, il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta’ aċċess b’tali mod li tqis il-miżuri ta’ protezzjoni li ġew applikati. Fl-analiżi tal-2008 tal-ġurisprudenza li tirrigwarda l-ordnijiet ta’ trażżin, il-Qorti Suprema ħadet il-pożizzjoni li jekk persuna esposta għal riskju u l-persuna li qed tikkaġuna r-riskju jgħixu (jew jaħdmu) qrib ħafna ta’ xulxin, ikun jixraq aktar li jiġu rregolati l-arranġamenti ta’ kuntatt tagħhom, u l-kontenut tal-projbizzjonijiet (il-miżuri ta’ protezzjoni) jista’ jkun jikkonsisti primarjament minn lista ta’ azzjonijiet projbiti.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fl-Estonja, il-qrati huma kompetenti li japplikaw miżuri ta’ protezzjoni. F’konformità mal-Artikolu 5, il-qorti tal-kontea li tkun applikat il-miżura ta’ protezzjoni tkun kompetenti li toħroġ ċertifikat li jikkonċerna l-miżura ta’ protezzjoni. Sabiex jinħareġ ċertifikat, trid tiġi ppreżentata talba lil qorti tal-kontea. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-qrati tal-Estonja hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-qrati

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Sabiex jinvoka miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor, dak li jkun irid jikkuntattja lill-marixxall tal-qorti li jkollu ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew il-lokalità tad-debitur, jew li l-assi tad-debitur ikunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tiegħu. Il-marixxalli tal-qorti jagħtu bidu għall-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ rikors u dokument ta’ eżekuzzjoni mill-persuna esposta għal riskju. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-marixxalli tal-qorti tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti u r-Riċeventi f’Falliment:

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor tista’, jekk ikun meħtieġ, tiġi applikata minn marixxall tal-qorti li jkun kompetenti li jwettaq l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni. Il-marixxall tal-qorti li jkollu ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew il-lokalità tad-debitur, jew li l-assi tad-debitur ikunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, ikun kompetenti li jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-marixxalli tal-qorti tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti u r-Riċeventi f’Falliment:

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Għar-rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ordnati fi Stat Membru ieħor, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni fil-post ta’ residenza tad-debitur jew quddiem il-qorti tal-kontea b’ġuriżdizzjoni fuq il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni previsti. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-qrati tal-Estonja hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-qrati

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Estonjan u l-Ingliż

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 23/04/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Greċja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-miżuri protettivi jistgħu jiġu ordnati minn imħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza b’Imħallef Uniku ta’ Ateni (Monomelés Protodikeío Athinón), li tippresjedi fil-proċedimenti għal miżuri interim (diadikasía ton asfalistikón métron).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorità kompetenti hija l-president tal-Assoċjazzjoni rilevanti tal-Marixxalli tal-Qorti (Sýllogos Dikastikón Epimelitón), jew il-viċi tiegħu jew tagħha.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Dan jista’ jsir minn imħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza b’Imħallef Uniku, li tippresjedi fil-proċedimenti għal miżuri interim.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-awtorità kompetenti hija l-Qorti tal-Prim’Istanza b’Imħallef Uniku, li tippresjedi fil-ġurisdizzjoni volontarja tagħha (ekoúsia dikaiodosía).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Grieg

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 02/12/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Spanja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Mhux applikabbli.

Fi Spanja ma hemmx ordnijiet ta' protezzjoni kif deskritti fir-Regolament 606/2013 u għalhekk ma hemmx awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għall-ħruġ ta' ordni ta' dan it-tip u taċ-ċertifikati tagħha kif previst mill-Artikolu 5 tar-Regolament.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Ma japplikax

Fi Spanja ma hemmx ordnijiet ta' protezzjoni kif deskritti fir-Regolament 606/2013 u għalhekk ma hemmx awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' dan it-tip u taċ-ċertifikati tagħhom kif previst mill-Artikolu 5.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-Qorti tal-Ewwel Istanza jew, f'ċerti każijiet, il-Qorti tal-Familja b'ġuriżdizzjoni fid-distrett fejn jgħix il-vittma.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti tal-Ewwel Istanza jew, f'ċerti każijiet, il-Qorti tal-Familja b'ġuriżdizzjoni fid-distrett fejn jgħix il-vittma.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti Provinċjali

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Ispanjol.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 01/04/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Italja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Skont il-liġi Taljana, il-qorti tal-post tar-residenza tal-persuna protetta għandha kompetenza biex tordna miżuri protettivi, u għalhekk biex toħroġ ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor titqajjem u jekk meħtieġ tiġi eżegwita taħt is-superviżjoni tal-qorti tal-post tar-residenza, tad-domiċilju jew tas-soġġorn tal-persuna protetta fil-ħin tat-talba.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-qorti tal-post tar-residenza, tad-domiċilju jew tas-soġġorn tal-persuna protetta għandha kompetenza biex twettaq l-aġġustament ta’ miżuri protettivi f'konformità mal-Artikolu 11(1).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-istess qorti bħal dik imsemmija fil-punt (iii).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

it-Taljan

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 03/01/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Ċipru

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

L-Artikolu 32 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Ġustizzja, Liġi Nru 14/60, jistipula li kull qorti fl-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni ċivili tagħha tista’ tagħti ordni ta’ inibizzjoni (interlokutorju, perpetwu jew mandatarju).

Skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Familja, il-Liġi Nru 23/90, il-qrati tal-familja għandhom l-istess poteri.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni hija l-qorti distrettwali (Eparchiakó Dikastírio tis Dimokratías) tad-distrett li fih ir-rikorrent igħix jew għandu s-soġġorn tiegħu fiż-żmien inkwistjoni.

Fil-każ ta’ kontroversja taħt il-liġi tal-familja, l-awtorità kompetenti hija l-qorti tal-familja (Oikogeneiakó Dikastírio tis Dimokratías) tad-distrett li fih ir-rikorrent jew il-konvenut igħix jew għandu s-soġġorn tiegħu fiż-żmien inkwistjoni. Jekk il-kontroversja tirrigwarda minuri, ikollha ġuriżdizzjoni il-qorti tal-familja tad-distrett fejn ikun instab il-minuri.

L-awtorità kompetenti biex toħroġ ċertifikati hija l-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorità li quddiemha miżura protettiva tkun tista’ titqajjem:

Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.

L-awtorità kompetenti biex teżegwixxi t-tali miżura:

Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Qorti li quddiemha jrid jitressaq rikors għal ċaħda tar-rikonoxximent:

Il-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li quddiemha tqajmet miżura protettiva fl-Istat Membru oriġinali.

Meta applikabbli, il-qorti li quddiemha jrid jitressaq rikors għal ċaħda tal-eżekuzzjoni:

Il-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li quddiemha tqajmet miżura protettiva fl-Istat Membru oriġinali.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Id-dokumenti għandhom jitressqu fil-lingwa Griega. It-traduzzjonijiet bl-Ingliż huma aċċettati wkoll.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Latvja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-miżuri ta’ protezzjoni f'materji ċivili huma rregolati mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet Latvjani kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorġu ċ-ċertifikati huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) (l-Artikolu 5411(45) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet kompetenti biex tiġi eżegwita miżura ta' protezzjoni fi Stat Membru ieħor huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) tal-post fejn trid tiġi eżegwita d-deċiżjoni jew il-post ta' residenza ddikjarat tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta' xi post bħal dan, il-post ta’ residenza effettiv tal-konvenut jew uffiċċju rreġistrat (l-Artikolu 6513(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtoritajiet kompetenti biex jiġi effettwat l-aġġustament ta' miżuri protettivi huma l-istess qrati distrettwali (jew tal-belt) kompetenti biex jeżegwixxu dawk il-miżuri (l-Artikolu 6515(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Dawn huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) li l-miżura ordnata mid-deċiżjoni ta' qorti barranija trid tiġi eżegwita fil-ġuriżdizzjoni tagħhom (l-Artikolu 6443(43) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Kull trasliterazzjoni jew traduzzjoni skont dan ir-Regolament issir lejn il-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja, jiġifieri l-Latvjan.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 02/06/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Litwanja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fil-Litwanja, il-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jiġu ordnati mill-qrati. Iċ-ċertifikati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament jinħarġu mill-qorti li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Fil-Litwanja, il-marixxalli tal-qorti huma kompetenti biex jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Jekk il-marixxalli tal-qorti jkunu ostakolati milli jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, huma għandhom dritt ġenerali li jitolbu lill-pulizija biex ineħħu dawk l-ostakli.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament huma aġġustati mill-marixxalli tal-qorti li jinfurzaw il-miżura ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 11(1).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Ir-rikorsi għal rifjut ta’ rikonoxximent jew, fejn applikabbli, għall-infurzar ta’ miżura ta’ protezzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Kull trażliterazzjoni jew traduzzjoni meħtieġa skont ir-Regolament għall-finijiet ta’ komunikazzjoni mal-awtoritajiet Litwani kompetenti jridu jkunu fil-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġifieri l-Litwan.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Ungerija

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qrati distrettwali.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-qrati distrettwali, il-qrati distrettwali tal-Uffiċċji tal-Gvern tal-Kontea u ta’ Budapest (minn hawn `il quddiem kollettivament “l-uffiċċji distrettwali”) u l-pulizija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti Distrettwali.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti Distrettwali.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

l-Ungeriż

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 16/07/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Malta

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) hija l-awtorita’ kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni u toħroġ iċ-ċertifikat f’konformita’ ma’ l-Artikolu 5. Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

L-indirizz ta’ din il-Qorti huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorita’ li quddiemha għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżuri hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

L-indirizz ta’ din il-Qorti huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtorita’ li hi kompetenti sabiex tagħmel l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformita’ ma’ l-Artikolu 11(1) hija Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). It-talba trid issir b’rikors lil din il-Qorti, li jrid jiġi ppreżentat fir-Reġistru ta’ l-istess Qorti . L-indirizz huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420. Għal dan ir-rikors għandhom japplikaw ir-regolu proċedurali tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=12

Ara wkoll il-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-awtorita’ li liha jsirilha rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u fejn applikabbli, tal-esekuzzjoni hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420. Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Meta xi dokument, ċertifikat jew deċiżjoni msemmijin f’dan ir-Regolament ikun sar b’xi lingwa minbarra l-Malti, għandha ssir traduzzjoni għall-Malti jew għall-Ingliż ta’ dak id- dokument, ċertifikat jew deċiżjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2016

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Olanda

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Il-vittmi li jridu jiksbu miżura protettiva fin-Netherlands għandhom iressqu proċedimenti ċivili (proċedimenti għal miżuri provviżorji (kort geding)). Dan irid isir permezz ta’ avukat, li jipprovdi informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita u jmexxi l-proċedimenti f’isem il-vittma.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qrati kompetenti biex jordnaw miżura protettiva: il-qratiPDF(167 Kb)nl

Jekk miżura protettiva tkun ġiet ordnata abbażi tal-Att dwar id-Digriet ta’ Trażżin Temporanju (Wet tijdelijk huisverbod):
huwa s-sindku tal-post fejn id-digriet ta’ trażżin temporanju li jkun kompetenti.

L-istess awtorità li ordnat miżura protettiva hija awtorizzata wkoll biex toħroġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

•             Bailiff (deurwaarder)

•             Fil-każ ta’ miżura protettiva maħruġa abbażi tal-Att dwar id-Digriet ta’ Trażżin Temporanju: il-pulizija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Voorzieningenrechter Rechtbank Den Haag (imħallef li jisma’ r-rikorsi għal miżuri provvożorji fil-Qorti Distrettwali ta’ The Hague)

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Gerechtshof Den Haag (Qorti Distrettwali ta’ The Hague)

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Voorzieningenrechter Rechtbank Den Haag

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Gerechtshof Den Haag

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

in-Netherlandiż

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 24/07/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Polonja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti li huma kompetenti sabiex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni:

il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-qrati tal-appell

L-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex joħorġu ċ-ċertifikati:

il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali u l-qrati tal-appell li ħarġu d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ protezzjoni

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-qrati distrettwali

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-qrati distrettwali

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-qrati reġjonali

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Pollakk

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 15/07/2019

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Finlandja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Fil-Finlandja, il-miżuri ta’ protezzjoni msemmija fid-Direttiva 2011/99/UE u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 huma stipulati fl-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Trażżin (898/1998).

L-Att jipprevedi l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin sabiex ikunu evitati reati kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew il-privatezza, theddida ta’ tali reati jew kwalunkwe għamla oħra ta’ fastidju gravi. Jekk il-persuna li tħossha mhedda u l-persuna li kontriha tintalab ordni ta’ trażżin ikunu jgħixu permanentement fl-istess residenza, tista’ tiġi imposta ordni ta’ trażżin sabiex ikunu evitati reati kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà jew thedded ta’ tali reati (ordni ta’ trażżin fil-familja).

Id-Direttiva 2011/99/UE tapplika għal ordnijiet ta’ trażżin imposti fil-Finlandja, jekk l-ordni ta’ trażżin tkun ġiet imposta minħabba reat jew allegat reat. Jekk l-ordni ta’ trażżin ma tkun relatata ma’ reat kif imsemmi fid-Direttiva, tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 606/2013.

Kif speċifikat f’aktar dettall fis-sentenza rilevanti, persuna soġġetta għal ordni ta’ trażżin ma tkunx tista’ tiltaqa’ mal-persuna taħt protezzjoni jew inkella tikkuntattjaha jew tipprova tikkuntattjaha (ordni ta’ trażżin bażika). Huwa wkoll projbit li wieħed isegwi jew josserva lill-persuna taħt protezzjoni. Persuna soġġetta għal ordni ta’ trażżin fil-familja trid titlaq mir-residenza fejn tkun qed tgħix permanentement flimkien mal-persuna taħt protezzjoni, u ma tistax terġa’ lura fiha. Jekk ikun hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li ordni ta’ trażżin bażika hija insuffiċjenti, l-ordni ta’ trażżin tista’ tiġi estiża. F’dan il-każ, l-ordni ta’ trażżin tapplika wkoll jekk wieħed ikun qrib ir-residenza permanenti, il-villeġġjatura jew il-post tax-xogħol tal-persuna taħt protezzjoni jew fil-viċinanza ta’ post komparabbli ieħor speċifikat separatament (ordni ta’ trażżin estiża). Madankollu, l-ordni ta’ trażżin ma tapplikax għal kuntatti li għalihom ikun hemm raġuni xierqa u li ma jkunx hemm dubju li huma meħtieġa. L-arranġamenti ta’ kull kuntatt meħtieġ għandhom, preferibbilment, ikunu diġà previsti fid-deċiżjoni dwar l-ordni ta’ trażżin.

Ordni ta’ trażżin tista’ tiġi imposta għal massimu ta’ sena. Ordni ta’ trażżin fil-familja tista’ tiġi imposta għal massimu ta’ tliet xhur. Ordni ta’ trażżin tidħol fis-seħħ b’segwitu għad-deċiżjoni tal-qorti distrettwali li timponi tali ordni. Irid ikun hemm konformità mad-deċiżjoni irrispettivament mill-appell, sakemm il-qorti superjuri li tkun qed tisma’ l-kawża ma tiddeċidix mod ieħor. Ordni ta’ trażżin tista’ tiġi mġedda. F’każ ta’ tiġdid, l-ordni ta’ trażżin tista’ tiġi imposta għal massimu ta’ sentejn. Ordni ta’ trażżin fil-familja tista’ tiġi mġedda għal massimu ta’ tliet xhur.

L-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin tista’ tintalab minn kwalunkwe persuna li jkollha raġuni ġustifikata li tħossha mhedda jew mogħtija fastidju minn persuna oħra. It-talba tista’ ssir ukoll minn awtorità ta’ prosekuzzjoni, tal-pulizija jew tal-welfare soċjali. It-talba tista’ ssir bil-fomm jew bil-miktub permezz ta’ formola speċifika.

Kawżi li jikkonċernaw ordnijiet ta’ trażżin jissolvew mill-qrati distrettwali. Il-qorti b’ġurisdizzjoni hija l-qorti distrettwali tal-post li fih tirrisjedi l-persuna li għandha tiġi protetta jew fejn l-ordni ta’ trażżin tkun se tiġi primarjament applikata. Jekk il-persuna li kontriha tintalab ordni ta’ trażżin tkun suspettata f’reat li jista’ jkun rilevanti biex jissolva l-każ relatat mal-ordni ta’ trażżin, il-qorti kriminali bil-kawża quddiemha tkun kompetenti wkoll fil-kwistjoni tal-ordni ta’ trażżin.

Sa fejn ikun jixraq, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-proċedura kriminali japplikaw għas-smigħ fil-qorti ta’ kawża relatata ma’ ordni ta’ trażżin. Fil-ġurisprudenza tal-Finlandja, ordni ta’ trażżin tiġi imposta kważi bla ebda eċċezzjoni bħala miżura indipendenti b’mod separat mis-smigħ ta’ kawża kriminali, minkejja li skont il-liġi din tista’ tiġi trattata wkoll f’rabta ma’ proċedimenti kriminali.

Ordni ta’ trażżin tista’ tiġi imposta jekk ikun hemm raġunijiet motivati li wieħed jassumi li l-persuna li kontriha tkun intalbet l-ordni x’aktarx li twettaq reat kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew il-privatezza tal-persuna li tkun qed tħossha mhedda jew tagħtiha fastidju gravi b’xi mod ieħor.

Ordni ta’ trażżin fil-familja tista’ tiġi imposta jekk il-persuna li kontriha tintalab l-ordni ta’ trażżin x’aktarx, kif iġġudikat mit-theddid li din tkun għamlet u kull offiża preċedenti jew aġir ieħor, li twettaq reat kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà tal-persuna li tħossha mhedda, u l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin ma tkunx irraġonevoli meta wieħed iqis il-gravità tar-reat imminenti, iċ-ċirkostanzi tal-persuni li jkunu qed jgħixu taħt l-istess saqaf u fatti oħra ppreżentati fil-kawża.

Waqt il-valutazzjoni tal-prerekwiżiti għall-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin, trid tingħata attenzjoni liċ-ċirkostanzi tal-persuni involuti, in-natura ta’ kull reat jew fastidju fil-passat u jekk dan ikunx ġie ripetut, kif ukoll il-probabbiltà li l-persuna li kontriha tkun intalbet ordni ta’ trażżin tkompli tagħti fastidju jew twettaq reat kontra l-persuna li tkun qed tħossha mhedda.

Tista’ tiġi imposta wkoll ordni ta’ trażżin temporanja. L-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin temporanja tiġi deċiża minn uffiċjal bis-setgħa ta’ arrest jew mill-qorti. L-uffiċjal bis-setgħa ta’ arrest irid bla dewmien u mhux aktar tard minn tliet ijiem jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu għall-kunsiderazzjoni tal-qorti distrettwali kompetenti.

Fil-prinċipju, il-partijiet infushom huma responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-kunsiderazzjoni ta’ kawża li tirrigwarda ordni ta’ trażżin. Madankollu, jekk ikun hemm raġunijiet sostanzjali għaliex tagħmel hekk, il-qorti tista’ tordna lil parti biex tħallas l-ispejjeż legali raġonevoli kollha jew parzjalment tal-parti opposta. Ma hija imposta l-ebda tariffa tal-qorti.

Il-partijiet għandhom id-dritt li jużaw avukat, u huma intitolati wkoll għal assistenza legali bla ħlas jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali (257/2002).

Il-qorti trid iddaħħal immedjatament sentenza li timponi, tirrevoka jew temenda ordni ta’ trażżin fis-sistema tal-kompjuter tal-pulizija.

Is-sentenza tiġi nnotifikata wkoll lir-rikorrent, lill-persuna li trid tiġi protetta mill-ordni ta’ trażżin u lill-persuna li kontriha tkun intalbet ordni ta’ trażżin. Is-sentenza trid tiġi nnotifikata b’mod verifikabbli lill-persuna li kontriha tkun ġiet imposta l-ordni ta’ trażżin, sakemm ma tkunx ġiet iddikjarata jew mogħtija fil-preżenza tal-persuna.

Il-pulizija twettaq superviżjoni tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ trażżin.

Il-ksur tal-ordnijiet ta’ trażżin iġorr miegħu piena skont il-Kapitolu 16, l-Artikolu 9a tal-Kodiċi Kriminali (39/1889).

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti li jordnaw miżuri ta’ protezzjoni

Il-qrati ġenerali (il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell u l-Qorti Suprema)

L-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qrati ġenerali (il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell u l-Qorti Suprema)

Iċ-ċertifikat jinħareġ mill-qorti li tkun imponiet ordni ta’ trażżin koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u msemmija fl-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Trażżin (898/1998).

Iċ-ċertifikat jinħareġ f’konformità mal-Artikoli 5-7 tar-Regolament. Iċ-ċertifikat jiġi nnotifikat lill-persuna li qed tikkaġuna r-riskju f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament u l-Artikolu 5 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index.html

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki.

Informazzjoni għall-kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/karajaoikeudet/helsinginkarajaoikeus/fi/index.html

Miżura ta’ protezzjoni imposta fi Stat Membru ieħor hija rikonoxxuta fil-Finlandja f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament mingħajr proċedura separata, kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili. Miżura ta’ protezzjoni bħal din tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 15 tal-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Trażżin (898/1998) bl-istess mod bħal ordni ta’ trażżin imposta fil-Finlandja.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki.

Informazzjoni għall-kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/karajaoikeudet/helsinginkarajaoikeus/fi/index.html

L-aġġustament ta’ miżura ta’ protezzjoni jsir kif speċifikat fl-Artikolu 11 tar-Regolament, f’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki.

Informazzjoni għall-kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/karajaoikeudet/helsinginkarajaoikeus/fi/index.html

Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenza jiġi miċħud skont l-Artikolu 13 tar-Regolament, f’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-lingwi aċċettati huma l-Finlandiż, iż-Żvediż u l-Ingliż. Jista’ jiġi aċċettat ukoll ċertifikat maħruġ b’lingwa oħra, dment li ma jkun hemm l-ebda impediment ieħor għall-aċċettazzjoni tiegħu.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 02/03/2020

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Svezja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fil-liġi Żvediża ma hemm l-ebda miżura ta’ protezzjoni tal-liġi ċivili tax-xorta msemmija fir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili. Għaldaqstant ma hemm l-ebda awtorità bis-setgħa li tordna tali miżuri jew li toħroġ ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor tista’ tiġi invokata quddiem il-prosekutur pubbliku (åklagaren) tal-post fejn il-miżura għandha tapplika jew għandha prinċipalment tapplika.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-prosekutur pubbliku tal-post fejn il-miżura għandha tapplika jew għandha prinċipalment tapplika jkun kompetenti li jaġġusta l-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Rikors għal rifjut tar-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 13 għandu jitressaq quddiem il-Qorti Distrettwali (tingsrätt) ta’ Stokkolma.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Iżvediż

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 09/07/2019