Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Paġna ewlenija
  • ...
  • Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Bulgarija


Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qorti distrettwali (Rayonen sad) f’rabta mal-indirizz permanenti jew attwali tal-parti li ġarrbet ħsara għandha tkun l-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni (l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Il-qorti distrettwali li analizzat il-każ tkun dik li, fuq talba bil-miktub tal-persuna protetta, toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 (l-Artikolu 26(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Persuna li tibbenefika minn miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tista’ titlob li l-ordni ta’ protezzjoni fit-territorju tal-Bulgarija tinħareġ mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (Sofiyski gradski sad) (l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

L-awtoritajiet tal-Ministeru għall-Intern u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huma kompetenti li jimplimentaw tali miżura.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija hija l-ġurisdizzjoni kompetenti.

Il-qorti tivverifika jekk il-miżura tistax tiġi implimentata bil-mezzi disponibbli fil-liġi tal-Bulgarija. Meta dan ma jkunx possibbli, il-qorti tordna miżura ta’ protezzjoni sostituttiva f’konformità mal-liġi tal-Bulgarija (l-Artikolu 24(2) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Fuq talba tal-persuna li tkun qed tikkaġuna r-riskju, il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija tagħti rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni (l-Artikolu 25 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Bulgarija tirrikjedi li l-atti kollha jiġu tradotti għall-Bulgaru.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2019