Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Paġna ewlenija
  • ...
  • Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Latvja


Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-miżuri ta’ protezzjoni f'materji ċivili huma rregolati mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet Latvjani kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorġu ċ-ċertifikati huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) (l-Artikolu 5411(45) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet kompetenti biex tiġi eżegwita miżura ta' protezzjoni fi Stat Membru ieħor huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) tal-post fejn trid tiġi eżegwita d-deċiżjoni jew il-post ta' residenza ddikjarat tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta' xi post bħal dan, il-post ta’ residenza effettiv tal-konvenut jew uffiċċju rreġistrat (l-Artikolu 6513(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtoritajiet kompetenti biex jiġi effettwat l-aġġustament ta' miżuri protettivi huma l-istess qrati distrettwali (jew tal-belt) kompetenti biex jeżegwixxu dawk il-miżuri (l-Artikolu 6515(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Dawn huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) li l-miżura ordnata mid-deċiżjoni ta' qorti barranija trid tiġi eżegwita fil-ġuriżdizzjoni tagħhom (l-Artikolu 6443(43) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Kull trasliterazzjoni jew traduzzjoni skont dan ir-Regolament issir lejn il-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja, jiġifieri l-Latvjan.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019