menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Nondiskriminazzjoni


Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tagħmel disponibbli materjal utli kemm għall-ġuristi għall-użu tagħhom stess kif ukoll għall-ħarrieġa tal-ġuristi bħala riżorsa għall-ħidma tagħhom. Din is-sottotaqsima tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija ddedikata għall-qasam tan-nondiskriminazzjoni. Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea attwali u futura rigward il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni tinsab fuq il-paġni tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja tal-websajt tal-Kummissjoni.


"Introduzzjoni għall-liġi tal-UE kontra d-diskriminazzjoni", kors tat-tagħlim elettroniku (Il-Kummissjoni Ewropea)

Dan il-kors tat-tagħlim elettroniku jipprovdi introduzzjoni għall-kunċetti ewlenin tal-liġi tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, l-iżviluppi f'dan il-qasam u l-‑ġurisprudenza rilevanti. Jinkludi wkoll preżentazzjonijiet bil-vidjo, eżempji minn każijiet attwali u kwizzijiet, u jifforma parti mis-serje ta' seminars ikkummissjonati mill-Kummissjoni u ppreżentati hawn taħt. Il-ġuristi interessati jistgħu jsegwu l-kors Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Seminars dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni (il-Kummissjoni Ewropea)

Dawn is-seminars huma relatati maż-żewġ direttivi Ewropej kontra d-diskriminazzjoni adottati skont l-Artikolu 19 TFUE (ex. Artikolu 13 TKE). Id-Direttiva 2000/43/KE tipprojbixxi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew oriġini etnika f'numru ta' oqsma. Id-Direttiva 2000/78/KE tipprojbixxi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fl-impjieg u x-xogħol fuq il-bażi ta' twemmin reliġjuż, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Id-dokumentazzjoni tal-isfond u l-kontribuzzjonijiet tal-kelliema għas-seminars ikkummissjonati mill-Kummissjoni huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Manwal dwar il-liġi Ewropea tan-nondiskriminazzjoni (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali - FRA u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - QEDB)

Il-manwal dwar il-liġi Ewropea tan-nondiskriminazzjoni, ippubblikat b'mod konġunt mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), jistabbilixxi l-ġurisprudenza tal-QEDB u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan jelabora fuq il-kuntest u l-isfond tal-liġi Ewropea dwar in-‑nondiskriminazzjoni (inkluż t-trattati tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem) u jiddeskrivi l-kategoriji varji ta' diskriminazzjoni u d-difiżi legali possibbli, l-applikabilità tal-liġi Ewropea dwar in-‑nondiskriminazzjoni (b'mod partikolari jispjega liem gruppi ta' persuni huma protetti) u l-kriterji għall-protezzjoni, bħas-sess, id-diżabilità, l-età, ir-razza jew in-nazzjonalità. Il-manwal huwa disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn f'ħafna lingwi.

Manwali dwar il-kunċetti varji relatati man-nondiskriminazzjoni (Il-Kummissjoni Ewropea)

Il-ġuristi li jixtiequ jtejbu l-għarfien u l-fehim tagħhom tal-liġi dwar in-‑nondiskriminazzjoni jistgħu jsibu aktar informazzjoni u analiżi f'diversi manwali, li huma kollha disponibbli bl-Ingliż. Il-manwali ġew prodotti speċjalment għall-Kummissjoni Ewropea u jkopru l-kunċetti li ġejjin:


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2015