Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati ordinarji - Estonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Estonja.


Il-qrati ordinarji – introduzzjoni

Il-Qrati tal-Kontej huma qrati ordinarji tal-prim'istanza u jisimgħu l-kawżi ċivili, kriminali u ta' infrazzjoni kollha u jwettqu proċedimenti oħra li huma mqiegħda taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom bil-liġi. Il-proċedimenti ġuridiċi fil-qrati tal-kontej huma regolati mill-Kodiċijiet li ġejjin: il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili f’kawżi ċivili, il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali f'kawżi kriminali u l-Kodiċi ta’ Proċedura ta' Infrazzjoni f'kawżi ta' infrazzjoni.

Il-qrati tal-kontej għandhom ukoll ir-reġistru tal-artijiet u d-dipartimenti tar-reġistru, li għandhom funzjonijiet amministrattivi. Ir-reġistru tal-artijiet u r-reġistru tal-proprjetà matrimonjali huma miżmuma fid-dipartiment tar-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru kummerċjali, ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' profitt, ir-reġistru tal-wegħdiet kummerċjali u r-reġistru tal-vapuri huma miżmuma fid-dipartiment tar-reġistru. Il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu għandha wkoll dipartiment għall-ordnijiet tal-ħlas. Id-dipartiment tal-ordnijiet tal-ħlas jieħu ħsieb l-applikazzjonijiet li jikkonċernaw proċedura aċċellerata għall-ordnijiet ta' ħlas.

Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontej jiġu rieżaminati minn qrati distrettwali, bħala qrati tat-tieni istanza, fuq il-bażi ta' appelli kontra dawk is-sentenzi u dawk id-deċiżjonijiet. Proċedimenti fil-qrati amministrattivi huma regolati mill-istess Atti bħall-proċedimenti fil-qrati tal-Prim'Istanza.

Qrati tal-prim'istanza

Hemm erba' qrati tal-kontej fl-Estonja. Il-qrati tal-kontej huma maqsuma f'organi ġudizzjarji.

Qrati tal-kontej:

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju (Harju Maakohus):

  1. Is-sezzjoni fi Triq Liivalaia
  2. Is-sezzjoni fi Triq Kentmanni
  3. Is-sezzjoni fi Triq Tartu

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Viru (Viru Maakohus):

  1. Is-sezzjoni ta’ Jõhvi
  2. Is-sezzjoni ta’ Narva
  3. Is-sezzjoni ta’ Rakvere

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu (Pärnu Maakohus):

  1. Is-sezzjoni ta’ Pärnu
  2. Is-sezzjoni ta’ Haapsalu
  3. Is-sezzjoni ta’ Kuressaare
  4. Is-sezzjoni ta’ Rapla
  5. Is-sezzjoni ta’ Paide

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Tartu (Tartu Maakohus):

  1. Is-sezzjoni ta’ Tartu
  2. Is-sezzjoni ta’ Jõgeva
  3. Is-sezzjoni ta’ Viljandi
  4. Is-sezzjoni ta’ Valga
  5. Is-sezzjoni ta’ Võru

Qrati tat-tieni istanza

Hemm żewġ qrati distrettwali fl-Estonja.

Qrati Distrettwali:

  • Il-Qorti Distrettwali ta' Tallinn (Tallinna Ringakonnakohus)
  • Il-Qorti Distrettwali ta’ Tartu (Tartu Ringakonnakohus)

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Tista' ssib dettalji ta' kuntatt għal-qrati fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-qrati. L-aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt huwa mingħajr ħlas.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/08/2017