Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati ordinarji - Irlanda

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Irlanda.


Qrati Ordinarji

Is-sistema tal-qrati fl-Irlanda oriġinat mill-Kostituzzjoni tal-1922 li waqqfet qrati ġodda biex jieħdu post dawk li evolvew taħt l-amministrazzjoni Brittannika. Fl-1924 ġew stabbiliti qrati ġodda taħt l-Att tal-1924 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja li stabbilixxa l-bażi ġuridika għas-sistema tal-qrati.

Il-qrati tal-lum ġew imwaqqfa permezz tal-Att tal-1961 dwar (it-Twaqqif u l-Kostituzzjoni) tal-Qrati skont l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni adottat mill-poplu Irlandiż fl-1937.

L-Artikoli 34 sa 37 tal-Kostituzzjoni jirregolaw l-amministrazzjoni tal-ġustizzja inġenerali. L-Artikolu 34.1 jiddikjara illi "l-Ġustizzja għandha tiġi amministrata mill-Qrati mwaqqfa mil-liġi". Il-Kostituzzjoni tfassal l-istruttura tas-sistema tal-qorti li tikkonsisti f’qorti tal-appell finali, il-Qorti Suprema, u l-qrati tal-prim'istanza li jinkludu High Court (il-Qorti Għolja) li għandha ġuriżdizzjoni sħiħa fuq il-kawżi kriminal u ċivili u qrati b'ġuriżdizzjoni limitata, is-Circuit Court u l-Qorti Distrettwali organizzati fuq bażi reġjonali.

Il-Qrati Ċivili

Il-Qorti Suprema

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema għandha l-ġuriżdizzjoni biex tisma' l-appelli mid-deċiżjonijiet kollha tal-High Court. Il-Qorti Suprema għandha wkoll il-ġuriżdizzjoni biex tisma' appell mill-Qorti Kriminali tal-Appell jekk din tal-aħħar jew l-Avukat Ġenerali jikkonfermaw li d-deċiżjoni tinvolvi punt ta’ liġi ta’ importanza pubblika eċċezzjonali u li huwa mixtieq fl-interess pubbliku li l-appell jitressaq quddiem il-Qorti Suprema. Il-qorti tista’ wkoll tagħti deċiżjoni dwar kwistjoni tal-liġi mressqa lilha mis-Circuit Court. Il-Qorti Suprema għandha l-poter li tiddeċiedi jekk Abbozz (jew kwalunkwe dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet tiegħu), li jkun għadda miż-żewġt Ikmamar tal-Oireachtas u ppreżentat lill-President tal-Irlanda għall-firma tiegħu/tagħha qabel jiġi promulgat f’liġi, imurx kontra l-Kostituzzjoni, meta l-President iressaq il-kwistjoni quddiem il-qorti. Jekk tqum kwistjoni dwar l-inkapaċità permanenti tal-President, tali kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-Qorti Suprema.

L-appelli jew materji oħra jinstemgħu u jiġu deċiżi minn ħames imħallfin tal-Qorti Suprema sakemm il-Prim Imħallef ma jkunx ordna illi kwalunkwe appell jew materja oħra (minbarra kwistjonijiet relatati mal-Kostituzzjoni) jinstemgħu u jiġu deċiżi minn tliet imħallfin. Il-qorti tista' tiltaqa’ f’iktar minn Diviżjoni waħda fl-istess ħin.

Il-High Court (il-Qorti l-Għolja)

Skont il-Kostituzzjoni il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHigh Court għandha ġuriżdizzjoni oriġinali sħiħa u l-poter li tiddeċiedi l-kawżi u l-kwistjonijiet kollha, kemm ta' fatt jew ta' dritt, ċivili jew kriminali. Il-High Court għandha ġuriżdizzjoni esklussiva fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-adozzjoni tat-tfal u fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-estradizzjoni. Il-ġuriżdizzjoni tal-High Court tgħodd ukoll għall-kwistjoni dwar il-validità ta’ kwalunkwe liġi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni (ħlief liġi li diġà tressqet quddiem il-Qorti Suprema mill-President tal-Irlanda). Il-biċċa l-kbira tal-kawżi quddiem il-High Court jiġu deċiżi minn imħallef wieħed, għalkemm hemm dispożizzjoni fil-liġi għal ċerti kwistjonijiet bħalma huma l-kawżi għal libell, l-aggressjoni jew l-arrest illegali li jiġu ġġudikati minn imħallef bil-ġurija. Każijiet ta’ importanza eċċezzjonali jistgħu jinstemgħu minn żewġ imħallfin jew aktar bħala Qorti tad-Distrett.

Il-High Court taġixxi bħala qorti tal-appell mis-Circuit Court f'kawżi ċivili. Minbarra l-ġuriżdizzjoni li tisma' l-appelli ċivili mis-Circuit Court, il-High Court għandha wkoll is-setgħa li tirrevedi d-deċiżjonijiet tat-tribunali kollha inferjuri permezz tal-ħruġ ta’ ordnijiet prerogattivi ta' Mandamus, Projbizzjoni u Certiorari. Dawn l-ordnijiet għandhom x’jaqsmu mhux mal-merti tad-deċiżjoni tat-tribunali inferjuri iżda mal-kwistjoni ta’ jekk l-ġuriżdizzjoni tkunx ġiet maqbuża.

Il-High Court tista' tagħti wkoll sentenzi dwar kwistjoni tal-liġi mressqa lilha mill-Qorti tad-Distrett. Hija tisma' wkoll ir-rikorsi għall-pleġġ fejn l-imputat ikun ġie akkużat b’reat ta’ omiċidju jew fejn l-imputat ikun jixtieq varjazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet imposti mill-qorti distrettwali.

Normalment il-High Court tisma’ azzjonijiet oriġinali f'Dublin. Hija tippresjedi wkoll f’għadd ta’ postijiet provinċjali biex tisma’ azzjonijiet oriġinali għad-danni minħabba Ġrieħi Personali u Fatali. Il-High Court on Circuit tisma’ appelli mis-Circuit Court f’postijiet provinċjali.

Is-Circuit Court

Il-ġuriżdizzjoni ċivili tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCircuit Court hija waħda limitata sakemm il-partijiet kollha jagħtu l-kunsens tagħhom għall-kawża, fejn imbagħad il-ġuriżdizzjoni ssir illimitata. Il-limitu tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti f’azzjonijiet dwar kuntratti, lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri jew ftehimiet ta' bejgħ bi kreditu u delitti huwa ta’ €38,092.14.

Is-Circuit Court għandha ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-probate, u kwistjonijiet li jirrigwardaw it-titolu għal jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli meta l-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-€253.95. Is-Circuit Court għandha l-ġuriżdizzjoni fuq proċeduri tal-liġi tal-familja inklużi s-separazzjoni ġudizzjarja, id-divorzju, l-annullament u l-appelli mill-Qorti tad-Distrett.

Il-kawżi ċivili quddiem is-Circuit Court jinstemgħu minn imħallef li jippresjedi mingħajr ġurija. Din il-qorti taġixxi bħala qorti tal-appell mill-Qorti tad-Distrett kemm f’materji kriminali kif ukoll ċivili. Fl-appell, il-kawża tinstema' mill-ġdid u d-deċiżjoni tas-Circuit Court hija finali u ma tistax terġa' tiġi appellata.

Is-Circuit Court għandha ġuriżdizzjoni wkoll fil-każijiet kollha ta’ applikazzjoni għal liċenzji ġodda għall-bejgħ tal-alkoħol għall-konsum fuq il-post, u għandha ġuriżdizzjoni fl-appell mid-deċiżjonijiet ta’ tribunali bħad-Direttur tal-Investigazzjonijiet dwar l-Ugwaljanza.

Il-Qorti tad-Distrett

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tad-Distrett għandha ġuriżdizzjoni lokali u limitata. Fi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja għandha s-setgħa sabiex tagħti ordnijiet dwar il-manteniment, ta' tkeċċija, ta' kustodja, tal-aċċess u l-filjazzjoni.

Il-Qorti tad-Distrett għandha ġuriżdizzjoni biex tisma' kawżi ċivili msejsa fuq kuntratt, ftehim ta' lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri jew ta’ bejgħ bi kreditu, id-delitti, in-nuqqas ta' ħlas tal-kera jew iż-żamma illegali tal-merkanzija, fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx is-€6,348.69. Għandha wkoll ġuriżdizzjoni b’rabta mal-infurzar ġenerali tas-sentenzi ta’ kwalunkwe qorti dwar id-dejn, ġuriżdizzjoni f’rabta ma’ għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet dwar il-liċenzji eż. relatati mal-bejgħ tax-xorb alkoħoliku, u ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ talbiet għad-danni malizzjużi meta l-ammont mitlub ma jaqbiżx is-€6,348.69.

Il-Qorti tad-Distrett tippresjedi f’postijiet madwar il-pajjiż f’24 Distrett. Ġeneralment, il-post li fih tkun qed tinstema’ l-kawża jiddependi minn fejn sar il-kuntratt, jew fejn ikun joqgħod il-konvenut jew imexxi n-negozju tiegħu, jew f'kawżi dwar liċenzji, fil-post fejn jinstab il-bini liċenzjat.

Il-Qrati Kriminali

Il-Qorti Suprema

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema tisma' l-appelli mill-Qorti Kriminali tal-Appell fejn jitqajjem punt ta' liġi ta' importanza pubblika eċċezzjonali.

Il-Qorti Kriminali tal-Appell

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali tal-Appell tisma' l-appelli ta' persuni misjuba ħatja mis-Circuit Court, mill-Qorti Kriminali Ċentrali jew mill-Qorti Kriminali Speċjali.

Il-Qorti Kriminali Speċjali

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Speċjali kienet imwaqqfa biex jinstemgħu r-reati kriminali fejn jiġi stabbilit illi l-qrati ordinarja mhux adattati biex jiksbu l-amministrazzjoni effettiva tal-ġustizzja u l-protezzjoni tal-paċi u l-ordni pubbliku. Il-qorti tippresjedi bi tliet imħallfin mingħajr ġurija.

Il-Qorti Kriminali Ċentrali

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Ċentrali hija t-taqsima kriminali tal- High Court. Din il-qorti tisma' l-kawżi dwar delitti serji, inkluż l-omiċidju, l-istupru, it-tradiment u l-piraterija u l-proċessi kriminali taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni, 2002. Il-qorti tippresjedi bi tliet imħallfin u ġurija.

Il-Qorti Kriminali tas-Circuit

Il-Qorti Kriminali tas-Circuit tisma' l-kawżi għajr dawk li jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali Ċentrali. Il-qorti tippresjedi b'imħallef u ġurija. Hija tisma' l-appelli mill-Qorti tad-Distrett.

Il-Qorti tad-Distrett

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tad-Distrett tisma' r-reati sommarji (il-biċċa l-kbira ta' natura statutorja) u ċerti reati li jwasslu għal att ta' akkuża. Il-qorti tiġi ppreseduta minn imħallef biss.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/03/2017