Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati ordinarji - Latvja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fil-Latvja.


Qrati b'ġuriżdizzjoni ġenerali: Introduzzjoni

Fir-Repubblika tal-Latvja, is-setgħa ġudizzjarja tiġi eżerċitata mill- qrati distrettwali (tal-bliet), mill-qrati reġjonali u mill-qorti Suprema.

Il-proċedimenti ċivili u kriminali fil-Latvja jistgħu jinstemgħu minn 40 qorti differenti, li huma maqsuma fi tliet gradi: 34 qorti distrettwali (tal-belt), ħames qrati reġjonali u l-Qorti Suprema.

Il-qrati distrettwali (tal-belt) fil-Latvja huma:

  1. Fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali ta' Kurzeme:
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Kuldīga;
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Liepāja;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Saldus;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Talsi;
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Ventspils;
  1. Fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali ta' Latgale:
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Balvi;
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Daugavpils;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Krāslava;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Ludza;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Preiļi;
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Rēzekne;
  1. Fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali ta' Riga:
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Jūrmala;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Ogre;
  • Il-Qorti Distrettwali Ċentrali tal-Belt ta' Riga;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Kurzeme tal-Belt ta' Riga;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Latgale tal-Belt ta' Riga;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Vidzeme tal-Belt ta' Riga;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Zemgale tal-Belt ta' Riga;
  • Il-Qorti Distrettwali tat-Tramuntana tal-Belt ta' Riga;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Riga;
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Sigulda;
  1. Fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali ta' Riga:
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Alūksne;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Cēsis;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Gulbene;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Limbaži;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Madona;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Valka;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Valmiera;
  1. Fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali ta' Zemgale:
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Aizkraukle;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Bauska;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Dobele;
  • Il-Qorti tal-Belt ta' Jelgava;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Jēkabpils;
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Tukums.

Il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu:

  • mill-Qorti Distrettwali Amministrattiva;
  • mill-Qorti Reġjonali Amministrattiva;
  • mid-Dipartiment għall-Affarijiet Amministrattivi tas-Senat tal-Qorti Suprema.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva u l- Qorti Distrettwali Amministrattiva tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Latvja. Il-Qorti Distrettwali Amministrattiva għandha ħames binjiet tal-qorti, waħda għal kull reġjun ġudizzjarju: waħda f'kull waħda minn Riga, Jelgava, Rēzekne, Valmiera u Liepāja.

Il-ġuriżdizzjoni skont is-suġġett

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-proċedura kriminali, qorti distrettwali (tal-belt) tisma' l-proċedimenti kriminali kollha bħala qorti tal-ewwel istanza. Il-Qorti Distrettwali ta' Vidzeme tal-Belt ta' Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-ewwel istanza fuq proċedimenti kriminali bi proċessi li jinkludu oġġetti b'sigriet tal-Istat. Appell skont il-proċedura għall-appelli minn sentenza ta' qorti distrettwali jew tal-belt jinstema' minn qorti reġjonali bħala qorti tal-appell. Is-sentenza appellata fil-kassazzjoni ta' kull qorti tiġi eżaminata mis-Senat tal-Qorti Suprema bħala qorti tal-appell fuq punt tal-liġi. Fil-qrati distrettwali jew tal-belt, il-proċedimenti kriminali jinstemgħu minn imħallef wieħed. Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu partikolarment kumplessi, il-president tal-qorti tal-ewwel istanza jista' jiddeċiedi illi l-proċess jinstema' minn bord ta' tlieta mill-imħallfin ta' dik il-qorti. Il-proċessi kriminali quddiem il-qorti tal-appell jew tar-rinviju jitmexxew minn bord ta' mħallfin.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Proċedurali Ċivili, il-proċedimenti taħt il-ġuriżdizzjoni ta' qorti jinstemgħu fl-ewwel istanza minn qorti distrettwali jew tal-belt, ħlief għal dawk li bil-liġi jridu jinstemgħu minn qorti reġjonali. Ir-rikorsi għall-irkupru mhux kontest ta' dejn u t-talbiet għall-irkupru tad-dejn fi proċedimenti ta' talbiet għal ħlas jiġu trattati mir-reġistru tal-qorti distrettwali jew tal-belt rilevanti. Il-qrati reġjonali jisimgħu il-kawżi li ġejjin bħala qrati tal-ewwel istanza:

  • kawżi dwar id-dritt ta' sjieda ta' propjetà immobbli, bl-eċċezzjoni tal-qsim tal-propjetà matrimonjali bejn il-miżżewġin;
  • proċedimenti ġejjin mil-liġi dwar l-obbligi, jekk l-ammont tat-talba ma jaqbiżx LVL 150 000;
  • kawżi li jikkonċernaw il-ħarsien tad-drittijiet tal-privattivi, marki kummerċjali u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;
  • kawżi li jikkonċernaw l-insolvenza u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Skont il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, jekk il-kawża tikkonsisti f'aktar minn talba waħda, li wħud minnhom jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti distrettwali jew tal-belt, filwaqt li oħrajn jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti reġjonali, jew f'każ fejn qorti distrettwali jew tal-belt taċċetta kontrotalba li taqa' fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti reġjonali, il-kawża tinstema' mill-qorti reġjonali. Il-Qorti Reġjonali ta' Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-ewwel istanza f'kawżi ċivili li għandhom oġġett b'sigriet tal-Istat. Quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, il-kawżi ċivili jinstemgħu minn imħallef wieħed, filwaqt li quddiem qorti tal-appell jew tar-rinviju jinstemgħu minn bord.

Il-kawżi dwar ksur tal-liġi amministrattiva jinstemgħu minn qrati distrettwali jew tal-belt u mill-qrati reġjonali li għandhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kriminali. Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Latvjan dwar Ksur tal-Liġi Amministrattiva, deċiżjoni adottata minn awtorità ogħla tista' tiġi appellata quddiem qorti distrettwali jew tal-belt. Sentenza ta' mħallef tal-qorti distrettwali jew tal-belt tista' tiġi appellata quddiem qorti reġjonali, jekk ikun hekk previst mill-Kodiċi Latvjan dwar Ksur tal-Liġi Amministrattiva. Sentenza ta' qorti tal-appell fi proċedimenti dwar ksur tal-liġi amministrattiva ma tistax tiġi appellata u ssir eżegwibbli fil-ġurnata li fiha tingħata.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Proċedurali Amministrattiva, il-kawżi amministrattivi fl-ewwel istanza jinstemgħu f'awla ġewwa l-Qorti Distrettwali Amministrattiva, sakemm il-liġi ma tipprovdix xort'oħra. Jekk il-kawża tinstema' mill-Qorti Amministrattiva Distrettwali bħala qorti tal-ewwel istanza u jkollha bżonn tivverifika informazzjoni li tinvolvi kwistjoni ta' sigriet tal-Istat, il-kawża tinstema' fl-awla tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva f'Riga. Jekk il-liġi tipprovdi illi l-kawżi amministrattivi għandhom jinstemgħu fl-ewwel istanza minn Qorti Reġjonali Amministrattiva jew mid-Dipartiment tal-Affarijiet Amministrattivi tas-Senat tal-Qorti Suprema minflok Qorti Distrettwali Amministrattiva, ir-rikors rilevanti tal-qorti jrid jiġi ppreżentat lill-Qorti Reġjonali Amministrattiva jew lis-Senat tal-Qorti Suprema. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista' tressaq appell kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-ewwel istanza, sakemm il-liġi ma tipprovdix illi dik is-sentenza ma tkunx tista' tiġi appellata, jew li tkun tista' tiġi appellata fuq punt ta' liġi. Sentenza ta' Qorti Distrettwali Amministrattiva li tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ tista' tiġi appellata quddiem Qorti Reġjonali Amministrattiva. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista' tressaq appell fuq punt ta' liġi kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-appell, jekk il-qorti tkun kisret xi regoli sostantivi jew proċedurali jew eżerċitat is-setgħat tagħha "ultra vires" matul il-proċedimenti. Quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, il-kawżi amministrattivi jinstemgħu minn imħallef wieħed jew minn bord ta' mħallfin, filwaqt li quddiem qorti tal-appell jew tar-rinviju jinstemgħu minn bord.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Privattivi, il-Qorti Reġjonali ta' Riga tisma' l-kawżi li ġejjin li jikkonċernaw il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet fi proċedimenti ċivili bħala qorti tal-ewwel istanza:

  • kawżi dwar it-twaqqif mill-ġdid ta’ drittijiet għal privattivi;
  • kawżi dwar id-dikjarazzjoni ta' privattiva bħala nulla;
  • kawżi dwar id-drittijiet ta' użu minn qabel;
  • kawżi dwar il-ksur ta' privattiva;
  • kawżi dwar id-dikjarazzjoni ta' ksur ta' privattiva li tkun nulla u bla effett;
  • kawżi dwar l-għoti ta' liċenzja, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta' liċenzja jew il-konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet;
  • kawżi dwar id-dritt għal kumpens minħabba li privattiva ma tistax tintuża pubblikament.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar id-Disinji, il-Qorti Reġjonali ta' Riga tisma' l-kawżi li ġejjin li jikkonċernaw il-protezzjoni legali tad-disinji bħala qorti tal-ewwel istanza:

  • tilwim dwar ir-rikonoxximent ta' drittijiet għal disinn;
  • tilwim dwar ir-rikonoxximent tar-reġistrazzjoni ta' disinn bħala null;
  • tilwim dwar l-użu illegali ta' disinn (vjolazzjoni ta' disinn);
  • tilwim dwar l-għoti ta' liċenzja, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta' liċenzja jew il-konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

Il-Qorti Suprema hija ffurmata minn Senat, li għandu tliet diviżjonijiet (Id-Diviżjoni tal-Kawżi Ċivili, id-Diviżjoni tal-Kawżi Kriminali u d-Diviżjoni tal-Kawżi Amministrattivi) u żewġ awli (l-Awla tal-Kawżi Ċivili u l-Awla tal-Kawżi Kriminali). L-awli huma qrati tal-appell f'kawżi li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-ewwel istanza. Is-Senat huwa l-qorti ta' referenza għall-kawżi kollha li jinstemgħu mill-qrati distrettwali jew tal-belt u l-qrati reġjonali, u huwa l-qorti tal-ewwel istanza għall-kawżi marbuta ma' deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55 tal-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat. Il-kawżi jinstemgħu f'kull awla minn bord iffurmat minn tliet imħallfin. Fis-Senat tal-Qorti Suprema, il-kawżi jinstemgħu minn bord ta' tliet senaturi jew, f'ċerti każijiet stabbiliti bil-liġi, f'kompożizzjoni estiża.

Bażijiet tad-dejta legali

Isem u URL tal-bażi tad-dejta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Il-kontenut tal-bażi tad-dejta fil-qosor

Il-Portal tal-Qrati Nazzjonali fih kampjun imħallat ta' sentenzi wara proċedimenti ċivili u kummerċjali tal-qrati b'ġuriżdizzjoni ġenerali, kif ukoll sentenzi tal-qrati amministrattivi. L-informazzjoni tista' tinkiseb fit-taqsimiet "Tiesu nolēmumi" ("Sentenzi tal-Qorti") u "E-Pakalpojumi" ("Servizzi elettroniċi").

Il-Portal tal-Qorti Suprema għandu arkivju ta' sentenzi tal-ġurisprudenza li għandhom kemm sentenzi topiċi tas-Senat u l-ġabriet tal-ġurisprudenza. L-informazzjoni tinsab fit-taqsima "Tiesu informācija" ("Informazzjoni ġudizzjarja").

Sfond

L-informazzjoni ppubblikata fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali, u s-sentenzi tas-Senat u l-kumpilazzjoni tal-ġurisprudenza ppubblikata fil-Portal tal-Qorti Suprema għalissa hija disponibbli biss bil-Latvjan.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/06/2015