Zapri

BETA RAZLIČICA PORTALA JE ZDAJ NA VOLJO!

Obiščite BETA različicoevropskega portala ePravosodje in opišite svojo izkušnjo!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati ordinarji - Olanda

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fin-Netherlands.


Il-qrati distrettwali

Il-biċċa l-kbira tal-proċedimenti legali jibdew f’qorti distrettwali (rechtbank). Hemm 11-il qorti distrettwali fin-Netherlands.

Kull qorti hija komposta minn numru ta’ sezzjonijiet:

  • Il-liġi ċivili (kontroversji bejn iċ-ċittadini)
  • Il-liġi amministrattiva (ċittadin kontra gvern)
  • Il-liġi kriminali (reati)
  • Il-każijiet lokali (kantonzaken, relatati pereżempju ma’ kirjiet, dejn, appelli minn multi tat-traffiku, kontroversji dwar l-impjiegi, u reati minuri)

Appelli

Parti li ma taċċettax is-sentenza tal-qorti distrettwali tista’ tappella. Il-kawżi kriminali u ċivili jinstemgħu minn waħda mill-erba’ qrati tal-appell (gerechtshoven). F’każijiet amministrattivi, skont is-suġġett, l-appell jista’ jinstema’ minn:

  • Qrati tal-appell
  • Il-Qorti tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep)
  • Il-Qorti tal-Appelli Kummerċjali u Industrijali (College van Beroep voor het Bedrijfsleven)
  • Il-Kunsill tal-Istat (Raad van State), sezzjoni tal-kontroversji amministrattivi (Afdeling bestuursrechtspraak)

Il-Qorti Suprema (Hoge Raad)

Il-Qorti Suprema tan-Netherlands hija l-ogħla qorti fin-Netherlands fil-liġi ċivili, kriminali u fil-liġi ta’ tassazzjoni. Il-Qorti Suprema tista’ tannulla sentenzi, b’mod partikolari dawk tal-qrati tal-appell (li s-sentenzi tagħhom jistgħu jkunu kkontestati fil-Qorti Suprema dwar punti ta’ liġi, proċess magħruf bħala cassatie). Il-Qorti Suprema hija responsabbli wkoll biex tiżgura l-uniformità legali u l-iżvilupp tal-liġi Olandiża.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar kif tiġi organizzata s-sistema ġudizzjarja fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl.

Bażijiet tad-data legali

Il-qrati jippubblikaw parti kbira mid-deċiżjonijiet mogħtija. Dawn id-deċiżjonijiet u s-sentenzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-inklużjoni fil-bażi tad-data dwar is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sistema ġudizzjarja Olandiża u l-Qorti Suprema tan-Netherlands

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Olandiża (bl-Ingliż)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 25/02/2020