Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dokumenti pubbliċi - Danimarka


L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet Daniżi huma obbligati biss li jaċċettaw dokumenti pubbliċi bid-Daniż u għalhekk jistgħu jirrikjedu li dawn id-dokumenti jiġu tradotti jekk ma jkunux bid-Daniż.

Madankollu, skont il-Konvenzjoni Nordika dwar il-Lingwi, ċerti dokumenti jistgħu jiġu aċċettati bil-Finlandiż, bl-Iżlandiż, bin-Norveġiż u bl-Iżvediż. Dan japplika b’mod partikolari għaċ-ċertifikati tal-bidla tal-isem, għall-permess għall-użu ta’ isem, għall-approvazzjoni ta’ isem, għaċ-ċertifikati taż-żwieġ, għaċ-ċertifikati tal-unjoni ċivili, għaċ-ċertifikati ta’ stat ċivili, għad-digrieti ta’ divorzju, għall-ordnijiet ta’ separazzjoni u għas-sentenzi relatati mad-divorzju, is-separazzjoni jew l-annullament taż-żwieġ, u għas-sentenzi li jiddikjaraw li żwieġ jew unjoni ċivili rreġistrata hija rikonoxxuta bħala li ma għadhiex teżisti. Barra minn hekk, dokumenti relatati mal-ipproċessar ta’ każijiet li jikkonċernaw isem persuna jistgħu jiġu aċċettati bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

Id-dokumenti li jikkonfermaw in-nuqqas ta’ fedina penali jistgħu jiġu aċċettati bl-Ingliż ukoll.

F’każijiet speċifiċi, madankollu, awtorità tista’ tippermetti dokumenti f’lingwi oħra, iżda mhija obbligata li tirrikonoxxi l-ebda lingwa oħra għajr dawk elenkati hawn fuq.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-awtoritajiet Daniżi identifikaw dawn li ġejjin bħala dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:

  • in-nuqqas ta’ fedina penali;
  • il-prova ta' residenza;
  • ir-rekord individwali ta’ persuna fir-Reġistru tal-Popolazzjoni Ċentrali (personattest);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-magħmudija (fødsels- og dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat taż-żwieġ;
  • iċ-ċertifikat ta’ benedizzjoni għaż-żwieg;
  • iċ-ċertifikat tal-magħmudija (dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid (fødselsattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-isem (fødsels- og navneattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
  • iċ-ċertifikat tal-isem (navneattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
  • iċ-ċertifikat tal-mewt u tal-funeral (jinħarġu biss f’ċerti każijiet meta jkun meħtieġ ċertifikat għal ċittadin li miet qabel l-1 ta’ April 1968, jiġifieri dakinhar li nħoloq ir-Reġistru Ċentrali tal-Popolazzjoni);
  • iċ-ċertifikat tal-bidla fl-isem;
  • il-permess għall-użu ta’ isem;
  • l-approvazzjoni ta’ isem;
  • iċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili;
  • ċertifikati tal-istat ċivili;
  • id-digriet tad-divorzju;
  • l-ordni tas-separazzjoni;
  • sentenza
    • li tiddikjara divorzju;
    • li tiddikjara separazzjoni;
    • li tiddikjara annullament taż-żwieġ;
    • li tagħti l-effett li żwieġ jiġi rikonoxxut bħala li m’għadux jeżisti;
    • li tagħti l-effett li unjoni ċivili rreġistrata tiġi rikonoxxuta bħala li m’għadhiex teżisti.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Din li ġejja hija lista tad-dokumenti Daniżi li jista’ jiġi mehmuż anness lingwistiku magħhom bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni:

  • in-nuqqas ta’ fedina penali;
  • il-prova ta' residenza;
  • ir-rekord individwali ta’ persuna fir-Reġistru tal-Popolazzjoni Ċentrali (personattest);
  • iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-magħmudija (fødsels- og dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat taż-żwieġ;
  • iċ-ċertifikat ta’ benedizzjoni għaż-żwieg;
  • iċ-ċertifikat tal-magħmudija (dåbsattest);
  • iċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili;
  • iċ-ċertifikati tal-istat ċivili.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fid-Danimarka ma hemm l-ebda lista ta’ tradutturi/interpreti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew id-dokument tista’ f’ċerti każijiet toħroġ kopja konfermatorja. Barra minn hekk, awtorità li tkun ħadet f’idejha l-kompitu tal-awtorità emittenti tista’ f’ċerti każijiet toħroġ ukoll kopja konfermatorja.

Nutar fil-qrati Daniżi jista’ wkoll joħroġ kopja konfermatorja taċ-ċertifikat jew tad-dokument.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Normalment kopja konfermatorja turi liema awtorità tkun ikkonfermat il-kopja, jew permezz ta’ timbru minn muniċipalità jew permezz ta’ ċertifikazzjoni notarili.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

F’xi każijiet, kopja konfermatorja jkollha “KOPJA” stampata fuqha.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/09/2019