Dokumenti pubbliċi

Polonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Polonja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Pollakk

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

1) ċertifikat tat-twelid imqassar;

2) ċertifikat tat-twelid sħiħ;

3) deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi l-kontenut ta’ fajl ta’ Uffiċċju tar-Reġistru;

4) ċertifikat notarizzat li persuna għadha ħajja;

5) ċertifikat tal-mewt imqassar;

6) ċertifikat tal-mewt sħiħ;

7) sentenza tal-qorti dwar preżunzjoni ta’ mewt;

8) sentenza tal-qorti li tħassar id-deċiżjoni dwar preżunzjoni ta’ mewt;

9) sentenza tal-qorti dwar dikjarazzjoni ta’ mewt;

10) sentenza tal-qorti li tħassar id-deċiżjoni dwar dikjarazzjoni ta’ mewt;

11) deċiżjoni tal-kap tal-Uffiċċju tar-Reġistru dwar tibdil fl-isem u l-kunjom;

12) ċertifikat taż-żwieġ imqassar;

13) ċertifikat taż-żwieġ sħiħ;

14) ċertifikat tal-istat ċivili;

15) ċertifikat li ma hemm l-ebda impediment għaż-żwieġ skont il-liġi Pollakka;

16) sentenza tal-qorti li tawtorizza mara taħt it-tmintax li tiżżewweġ;

17) sentenza tal-qorti li tippermetti persuna diżabbli mentalment jew persuna diżabbli intellettwalmentjew qraba bi żwieġ fil-linja diretta biex jidħlu għaż-żwieġ;

18) sentenza tal-qorti li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ żwieġ;

19) sentenza tal-qorti li tistabbilixxi n-nuqqas ta’ żwieġ;

20) sentenza tal-qorti fuq divorzju;

21) sentenza tal-qorti fuq separazzjoni legali;

22) sentenza tal-qorti fuq it-tmiem ta’ separazzjoni legali;

23) sentenza tal-qorti dwar annullament taż-żwieġ;

24) sentenza tal-qorti dwar adozzjoni;

25) sentenza tal-qorti dwar it-tmiem ta’ adozzjoni;

26) sentenza tal-qorti dwar paternità;

27) sentenza tal-qorti dwar maternità;

28) sentenza tal-qorti dwar iċ-ċaħda tal-paternità;

29) sentenza tal-qorti dwar iċ-ċaħda tal-maternità;

30) sentenza tal-qorti dwar filjazzjoni ineffettiva ta’ wild;

31) sentenza tal-qorti li tħassar il-filjazzjoni ta’ wild;

32) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza permanenti;

33) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza temporanja;

34) ċertifikat ta’ soġġorn f’post speċifiku;

35) deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent bħala ċittadin Pollakk;

36) deċiżjoni dwar l-għoti mill-ġdid taċ-ċittadinanza Pollakka;

37) deċiżjoni li tikkonferma ċ-ċittadinanza Pollakka;

38) deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ ripatrijazzjoni;

39) ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali fir-Reġistru Kriminali Nazzjonali maħruġ fuq talba tal-parti interessata;

40) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet muniċipali lil ċittadini Pollakki li jgħixu fi Stati Membri oħra li jesprimu x-xewqa li jivvutaw jew li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jew l-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni li joqgħodu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p.34-38) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 20 Volum 001 p.7- 11) u d-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f'elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini ta' l-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini (ĠU L 368, 31.12.1994, p.38).

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

1) ċertifikat tat-twelid imqassar;

2) ċertifikat taż-żwieġ imqassar;

3) ċertifikat tal-mewt imqassar;

4) ċertifikat tal-istat ċivili;

5) ċertifikat li ma hemm l-ebda impediment għaż-żwieġ skont il-liġi Pollakka;

6) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza permanenti;

7) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza temporanja;

8) ċertifikat ta’ soġġorn f’post speċifiku;

9) ċertifikat notarizzat li persuna għadha ħajja;

10) ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali fir-Reġistru Kriminali Nazzjonali maħruġ fuq talba tal-parti interessata.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Fil-Polonja, il-persuna li huma kkwalifikati biex jagħmlu traduzzjonijiet iċċertifikati huma t-tradutturi ġuramentati fil-lista ta’ tradutturi ġuramentati tal-Ministeru għall-Ġustizzja. Il-lista hija disponibbli fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej): https://bip.ms.gov.pl/pl/rejestry-i-ewidencje/tlumacze-przysiegli/lista-tlumaczy-przysieglych/search.html).

Dan joħroġ mid-dispożizzjonijiet tal-Att tal-25 ta’ Novembru 2004 dwar il-professjoni tat-traduttur ġuramentat (Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, partita 1505).

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Fil-Polonja, in-nutara huma l-awtoritajiet awtorizzati li jiċċertifikaw il-konformità ta’ kopji uffiċjali, estratti u kopji mhux uffiċjali mad-dokumenti li jkunu ġew ippreżentati lilhom. Dan joħroġ mill-Att dwar in-Nutara tal-14 ta’ Frar 1991 (Ġurnal tal-Liġijiet 2017, partita 2291; 2018, partiti 398, 723 u 1496).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

a) karatteristiċi ta’ traduzzjonijiet iċċertifikati: Id-dokument li fih it-traduzzjoni għandu stampa tas-siġill tat-traduttur ġuramentat bl-isem u l-kunjom it-traduttur fit-tarf, u indikazzjoni tal-lingwa li t-traduttur huwa awtorizzat jittraduċi minnha u lejha, kif ukoll in-numru tat-traduttur fil-lista ta’ tradutturi ġuramentati. It-traduzzjonijiet iċċertifikati kollha jrid ikollhom ukoll in-numru li bih ġew irreġistrati fir-reġistru tat-traduttur ġuramentat (repertorium). Barra minn hekk, traduttur ġuramentat irid jispeċifika wkoll jekk traduzzjoni ċċertifikata speċifika saritx mid-dokument oriġinali, minn traduzzjoni jew kopja u jekk din it-traduzzjoni jew kopja ġietx iċċertifikata u minn min.

b) karatteristiċi ta’ veru kopji iċċertifikati - ċertifikazzjoni notarili ta’ konformità ta’ kopja ma dokument ippreżentat lin-nutar issir fl-għamla ta’ klawsola mehmuża mad-dokument permezz ta’ timbru jew skrizzjoni stampata, jew provduta fuq karta separata. Jekk il-klawsola ta’ ċertifikazzjoni hija mehmuża bħala karta separata, din il-karta għandha tkun mehmuża b’mod permanenti mad-dokument: trid tkun mehmuża fuq wara tad-dokument u mhux fuq quddiem, u fejn jingħaqdu l-karti irid ikun hemm stampa tas-siġill uffiċjali tan-nutar. Il-klawsola tista’ titqiegħed ukoll fuq l-istess karta bħal l-kopja tad-dokument li qiegħed jiġi iċċertifikat, sakemm ikun ċar li l-kontenut tal-klawsola huwa separat mill-kontenut tad-dokument. Jekk id-dokument li se jiġi ċċertifikat għandu karatteristiċi speċjali (pereżempju noti, korrezzjonijiet, danni), in-nutar irid iniżżel nota xierqa fil-klawsola ta’ ċertifikazzjoni. Kull klawsola ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li tispeċifika d-data li fiha u l-post fejn saret iċ-ċertifikazzjoni, indikazzjoni tal-uffiċċju tan-nutar, jenħtieġ li jkollha s-siġill u l-firma tan-nutar, u jenħtieġ ukoll li tispeċifika l-ħin li fih sar l-att notarili fejn meħtieġ.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Karatteristiċi ta’ veru kopji iċċertifikati - ċertifikazzjoni notarili ta’ konformità ta’ kopja ma dokument ippreżentat lin-nutar issir fl-għamla ta’ klawsola mehmuża mad-dokument permezz ta’ timbru jew skrizzjoni stampata, jew provduta fuq karta separata. Jekk il-klawsola ta’ ċertifikazzjoni hija mehmuża bħala karta separata, din il-karta għandha tkun mehmuża b’mod permanenti mad-dokument: trid tkun mehmuża fuq wara tad-dokument u mhux fuq quddiem, u fejn jingħaqdu l-karti irid ikun hemm stampa tas-siġill uffiċjali tan-nutar. Il-klawsola tista’ titqiegħed ukoll fuq l-istess karta bħal l-kopja tad-dokument li qiegħed jiġi iċċertifikat, sakemm ikun ċar li l-kontenut tal-klawsola huwa separat mill-kontenut tad-dokument. Jekk id-dokument li se jiġi ċċertifikat għandu karatteristiċi speċjali (pereżempju noti, korrezzjonijiet, danni), in-nutar irid iniżżel nota xierqa fil-klawsola ta’ ċertifikazzjoni. Kull klawsola ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li tispeċifika d-data u l-post fejn saret iċ-ċertifikazzjoni u jenħtieġ li tindika l-uffiċċju tan-nutar; jenħtieġ li jkollha s-siġill u l-firma tan-nutar, u jenħtieġ ukoll li tispeċifika l-ħin li fih sar l-att notarili fejn meħtieġ.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.