Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali onlajn mill-pajjiżi tal-UE

Avviż uffiċjali huwa l-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali ġudizzjarji u governattivi li mhumiex ta’ natura leġiżlattiva u li lanqas mhuma f’xi sens ieħor regoli vinkolanti, u li jiġu ppubblikati f’forma elettronika f’Gazzetti tal-Gvern u/jew f’Ġurnali Uffiċjali.

Ħafna pajjiżi tal-UE jpoġġu l-avviżi uffiċjali tagħhom għad-dispożizzjoni onlajn. Madankollu, l-oqsfa legali u l-prassi ta’ kif isir dan ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Din it-taqsima tiġbor l-informazzjoni dwar kif kull pajjiż tal-UE jippubblika l-avviżi uffiċjali tiegħu onlajn bħala għajnuna biex dawn il-pubblikazzjonijiet isiru aktar aċċessibbli

Il-kontenut tal-paġni nazzjonali jirrifletti s-sitwazzjoni f’pajjiż speċifiku tal-UE.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex issib l-informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 15/05/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Danimarka

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiddaħħlu fl-iStatstidende u jiġu ppubblikati f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk/.

Sal-14 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende kien ippubblikat ukoll fuq karta.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi obbligatorji speċifiċi b'effett legali għaċ-ċittadini, l-impriżi u l-awtoritajiet, kif ukoll ċerti avviżi mhux obbligatorji, jiġu ppubblikati fl-iStatstidende.
Fost affarijiet oħra, jiġu ppubblikati avviżi li jikkonċernaw patrimonji ta' persuni deċeduti (eż. reklamar għall-kredituri), patrimonji falluti (eż. ordnijiet ta' falliment), riorganizzazzjonijiet tal-kumpaniji, ċitazzjonijiet u taħrikiet simili tal-qorti, bejgħ b'ordni tal-qorti u elezzjonijiet u referenda.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Jiġu ppubblikati avviżi minn qrati, minn avukati, minn istituzzjonijiet pubbliċi u minn impriżi privati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess kemm għal tiftixiet ta' darba u kemm għal tiftixiet permanenti huwa bla ħlas (ara taħt).

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Hemm tliet alternattivi ta' tiftix:

  • Tiftixa skont in-numru tal-avviż.
  • Tiftixa sempliċi: test liberu (eż. tip ta' avviż jew isem il-persuna kkonċernata), flimkien mad-data/perjodu tal-avviż.
  • Tiftixa avvanzata: restrizzjoni ta' kategorija ta' avviżi (eż. "Patrimonji ta' Persuni Deċeduti" jew "Bejgħ b'Ordni tal-Qorti" u subkategorija assoċjata) u tiftixa dwar kriterji varji skont il-kategorija magħżula (eż. l-isem, in-numru tas-CPR/CVR (in-numru ta' reġistrazzjoni personali/tan-negozju) u/jew l-indirizz tal-persuna kkonċernata mill-avviż jew mill-persuna li tkun daħlet in-notifika).

Avviżi li jkun fihom data personali li f'kuntest ieħor titqies li tkun kunfidenzjali ma tistax titfittex billi tuża l-isem jew forma oħra ta' identifikazzjoni personali bħala kriterji tat-tiftix wara sena.
L-avviżi kollha jitħassru minn statstidende.dk wara 5 snin.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-iStatstidende ilu jiġi ppubblikat elettronikament mill-2000. Mill-15 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende jiġi ppubblikat f'forma elettronika biss.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Jistgħu jiġu stabbiliti tiftixiet permanenti. Dan hu bla ħlas, imma jirrikjedi reġistrazzjoni bħala utent. Fil-prinċipju jistgħu jiġu stabbiliti sa 25 tiftixa permanenti.
Avviżi li jaqblu mal-tiftixa permanenti jingħataw bil-posta elettronika fil-format html dakinhar stess li jiġu ppubblikati.
Huwa possibbli wkoll li tabbona għall-verżjoni pdf tal-iStatstidende tal-ġurnata. B'hekk, fil-ġranet meta jkun ippubblikat l-iStatstidende, tirċievi ittra elettronika bl-iStatstidende tal-ġurnata f'format pdf.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Id-data miftuħa hija disponibbli għal kulħadd permezz tat-tiftixa REST fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk. Bħallissa għaddej xogħol ta' aġġornament tekniku tal-iStatstidende. Qed jiġi kkunsidrat jekk din l-alternattiva għandhiex tibqa' tiġi pprovduta f'din il-konnessjoni l-ġdida.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ġermanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Peress li l-Ġermanja hija stat federali, huma l-Länder li jippubblikaw l-avviżi uffiċjali tagħhom. Huma ħolqu l-paġni web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu fIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni li ġejja hija relatata biss mal-pubblikazzjonijiet tal-Gvern Federali:

Pubblikazzjoni Ambitu tal-pubblikazzjoni
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger)

Taqsima uffiċjali; Taqsima ġudizzjarja
(f'format elettroniku biss)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata

Liema avviżi huma ppubblikati?

Pubblikazzjoni Tipi ta' avviżi
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, notifiki u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht)
Il-Gazzetta Federali Ordinanzi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof)
Il-Gazzetta tat-Trasport Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u dokumenti ta' reġistrazzjoni

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Pubblikazzjoni Korp tal-pubblikazzjoni
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali L-awtoritajiet Federali
Il-Gazzetta Federali L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-ministeri federali, l-awtoritajiet regolatorji fil-Länder

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Pubblikazzjoni Aċċess bla ħlas
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Iva (qari biss)
Il-Gazzetta Federali Iva
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Għall-werrej biss
Il-Gazzetta tat-Trasport It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut)

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Pubblikazzjoni Tipi ta' tiftixiet
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Bla ħlas: mhux disponibbli

Bi ħlas:
tiftix tat-test sħiħ, tiftix bi kwotazzjoni, titolu, abbrevjazzjoni, id-data tal-ħruġ, is-sena tal-promulgazzjoni u l-parti

Il-Gazzetta Federali Terminu, parti, data tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja)
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tal-ordinanza

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Pubblikazzjoni Id-data disponibbli
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; Il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999

Huwa possibbli li tfittex l-edizzjonijiet kollha ppubblikati mit-23 ta' Mejju 1949 'il quddiem

Il-Gazzetta Federali

Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem
Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta' April 2012 'il quddiem

Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Pubblikazzjoni Tiftix awtomatiku Data miftuħa
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Le Le
Il-Gazzetta Federali Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss Le
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Le Le
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss Le
Il-Gazzetta tat-Trasport Le Le

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Estonja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi pubbliċi importanti jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali). F'xi każijiet, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi wkoll il-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti.

Il-pubblikazzjoni onlajn uffiċjali Ametlikud Teadaanded ilha tiġi ppubblikata f'format elettroniku biss mill-1 ta' Lulju 2003. Hija wkoll bażi ta’ data inkorporata fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Istat. Ametlikud Teadaanded huwa disponibbli għal kulħadd bla ħlas fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Notifiki, stediniet u avviżi li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi jew skont regolament tal-Gvern tar-Repubblika jew regolament ministerjali.

Fl-Ametlikud Teadaanded jiġu ppubblikati żewġ tipi ta' avviżi:

  1. l-avviżi maħsuba biex jinfurmaw persuna partikolari u li, għal finijiet ta' privatezza, ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. L-avviżi ta' din ix-xorta huma soġġetti għal termini taż-żmien għall-pubblikazzjoni fl-Ametlikud Teadaanded u għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess wara li ma tibqax issir il-pubblikazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-użu mill-ġdid ma japplikawx għal avviżi ta' din ix-xorta;
  2. avviżi maħsubin biex jinfurmaw lil kulħadd u li jentħieġ li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid f'format li jinqara mill-magni.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi meħtieġa għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet Statali u lokali u tar-rappreżentanti tal-professjonijiet liberi (eż. nutara u bailiffs) jiġu ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded. L-avviżi ta' entitajiet ġuridiċi privati li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi u li jkunu ppubblikati għal finijiet ta' interess pubbliku, jiġifieri li jkunu maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali (eż. qsim u xoljiment ta' kumpaniji), jiġu ppubblikati wkoll.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded huwa bla ħlas.

Irid isir ħlas lill-Istat biex tippubblika avviż fl-interess ta' individwu privat, pereżempju, avviż ta' telfien ta' dokument.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-avviżi ppubblikati jistgħu jitfittxu bit-tip, bit-titolu, bil-pubblikatur u biż-żona ta' influwenza jew bl-użu tal-funzjoni ta' tiftix tat-test sħiħ.

Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" (Minu Ametlikud Teadaanded) jippermetti li persuna tinkiteb biex tirċievi bosta tipi ta' avviżi fl-indirizz elettroniku tagħha u biex tara avviżi arkivjati li jirrigwardawha, u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx baqgħet issir. Il-pubblikazzjoni ta' avviż maħsub għal persuna partikolari ma jibqax isir u l-avviż jiġi arkivjat ladarba l-pubblikazzjoni tkun laħqet l-għan tagħha. Il-pubblikazzjoni ta' dan it-tip ta' avviż ma tibqax issir lanqas meta l-persuna tikkonferma li rċeviet l-avviż bil-karta tal-identità tagħha, bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi".

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-1 ta' Lulju 2003. Is-sit tal-Ametlikud Teadaanded jinkludi wkoll avviżi ppubblikati qabel fuq karta u maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Persuna tista' tinkiteb biex tirċievi l-avviżi kollha bil-posta elettronika u tissejvja l-avviżi bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi". L-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jitlob l-awtentikazzjoni mal-karta tal-identita tal-persuna jew mal-mobile ID. Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jippermetti li persuna tara avviżi tal-Ametlikud Teadaanded arkivjati li jikkonċernawha u tara min iktar qara l-avviżi arkivjati li jikkonċernawha.

Huwa possibbli wkoll li jintużaw URIs għat-tiftix u l-ksib tal-avviżi fl-Ametlikud Teadaanded. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF.

L-URIs ta' avviżi jippermettu li jinfetħu avviżi disponibbli għall-pubbliku li ma jkunux maħsubin biex ikunu magħrufa minn persuna partikolari u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx twaqqfet milli tkompli ssir.

Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

Iktar istruzzjonijiet dettaljati dwar tiftix ibbażat fuq URI jinsab fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/avalik/uriotsing.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi li ma jkunux maħsubin biex jgħarrfu lil persuni fiżiċi partikolari, jiġifieri avviżi maħsubin bħala informazzjoni għall-pubbliku ġenerali, huma disponibbli bħala data miftuħa. L-avviżi li ma għadhomx jiġu ppubblikati u li ġew arkivjati mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

Data miftuħa tista' titniżżel f'ħin reali bħala URIs. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF. Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Greċja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar (Ethnikó Typografeía): l-avviżi jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern (Efimerída tis Kyvérnisis).
Korpi li jkollhom affarijiet stampati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar iħallsu tariffa għall-ispejjeż rilevanti jew jipprovdu l-oġġetti konsumabbli użati. L-ispejjeż ikunu ddeterminati minn kumitat permanenti bi tliet membri ta’ uffiċjali tal-Uffiċċju mwaqqaf għal dan l-għan; il-membri jinħatru mis-Segretarju Speċjali tal-Uffiċċju.

"Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTrasparenza" (Diávgeia)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema (Áreios Págos)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías)

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: L-Artikolu 7 tal-Liġi 3469/2006.

Trasparenza: L-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010.

Il-Qorti Suprema: sentenzi tal-qorti ċivili u l-qorti kriminali deċiżi fl-2007 jew wara.

Il-Kunsill tal-Istat: sentenzi tal-qorti amministrattiva.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat, wara talba ta' korp pubbliku jew korp fis-settur pubbliku usa'.

Trasparenza: L-avviżi msemmija fl-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010 jiġu ppubblikati fuq l-internet mingħajr dewmien mill-korp li jagħmel l-avviż.

Il-Qorti Suprema: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

Il-Kunsill tal-Istat: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tiftix għal termini, kliem jew frażijiet ewlenin, numri ta' reġistrazzjoni, numri tas-sentenzi, numri tal-ħarġiet, temi, kategoriji, tipi, korpi, dati.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: 1997

Trasparenza: 2010

Il-Qorti Suprema: 2007

Il-Kunsill tal-Istat: 2016

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Iva.
Kull korp huwa responsabbli għall-funzjonament u l-kontenut tal-bażi tad-data ta' avviżi uffiċjali li jġestixxi. Għalhekk ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika jinżammu mill-korpi rilevanti fil-bażijiet ta' data interni.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Spanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-gazzetti uffiċjali varji li jikkorrispondu għal-livelli differenti tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali li jiffurmaw l-Amministrazzjoni ta' Spanja.

Il-gazzetti kollha għandhom verżjonijiet uffiċjali awtentiċi ppubblikati elettronikament, u jipprovdu servizzi ta' bażi ta' data li jistgħu jintużaw biex jinstabu avviżi ppubblikati.

Is-siti huma dawn li ġejjin:

L-Istat: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/

17-il komunità awtonoma u 2 bliet awtonomi: is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/legislacion/enlaces/boletines_autonomicos.php

L-awtoritajiet lokali (gazzetti uffiċjali provinċjali): is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/legislacion/enlaces/boletines_provinciales.php

Liema avviżi huma ppubblikati?

  • atti amministrattivi (kwistjonijiet ta’ persunal, deċiżjonijiet amministrattivi, deċiżjonijiet li jagħmlu bosta azzjonijiet amministrattivi pubbliċi)
  • avviżi ta' sejħiet għal offerti pubbliċi
  • avviżi ta' notifikazzjonijiet li ma rnexxewx
  • ċerti avviżi ppubblikati mill-qrati.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha, kull waħda minnhom fil-gazzetta uffiċjali korrispondenti tagħha.

Il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

  • test liberu (inklużi ismijiet ta' individwi)
  • tip
  • l-organizzazzjoni tal-ħarġa
  • id-data tal-ħarġa
  • id-data tal-pubblikazzjoni
  • in-numru uffiċjali.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Il-liġi li tippermetti l-pubblikazzjoni elettronika tal-gazzetti uffiċjali ġiet adottata fl-2007.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva, għall-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjola u l-parti l-kbira tal-gazzetti uffiċjali għall-komunitajiet u l-bliet awtonomi. Il-funzjoni mhix disponibbli b'mod ġenerali għall-gazzetti uffiċjali provinċjali.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju jew l-informazzjoni?

Il-politika tad-data miftuħa tiddependi minn kull gazzetta uffiċjali li xi wħud minnhom għandhom data miftuħa u format xml.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - il-Kroazja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja u fuq l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja. L-avviżi uffiċjali kollha huma disponibbli pubblikament f'forma elettronika, imma l-verżjoni stampata tad-dokument biss għandha validità legali, jiġifieri effett legali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/ (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e-oglasna.pravosudje.hr/ (il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi li jirrigwardaw akkwist pubbliku, irkanti elettroniċi, konċessjonijiet, kompetizzjonijiet, pożizzjonijiet vakanti, notifikazzjonijiet dwar kumpaniji, avviżi minn kmamar, deċiżjonijiet dwar il-bidu ta' proċedimenti ta' falliment u proċedimenti mqassra ta' falliment, deċiżjonijiet dwar inkapaċità ġuridika, likwidazzjonijiet, avviżi pubbliċi ġudizzjarji u notarili, entrati f'reġistru tal-qorti, eċċ. jiġu ppubblikat fl-avviżiera elettronika.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • Narodne novine d.d. (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja);
  • L-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tinkludi wkoll deċiżjonijiet differenti magħmula mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn fi proċedimenti ta' falliment (deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, sejħiet għal seduti); il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa kompetenti għaż-żamma tas-sistema tal-IT neċessarja għall-funzjonament tal-avviżiera elettronika;

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Huwa possibbli li tfittex fis-siti tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja billi tuża terminu, id-data tal-avviż, it-tip tal-avviż jew qasam speċifiku tal-avviż (eż. ir-rata tal-kambju);

Huwa possibbli li tfittex fl-avviżiera elettronika billi tuża marka tal-fajl, isem tal-kopja, is-suġġett tal-avviż jew PIN.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Minn Jannar 2014, l-avviżi bdew jiġu ppubblikati f'forma elettronika fuq is-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-applikazzjoni tas-softwer tal-avviżiera elettronika ġiet stabbilita, jiġifieri ġiet ikkummissjonata, fl-1 ta' Novembru 2014.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja stabbiliet sistema ta' notifikazzjoni għall-avviżi pubbliċi li tirreferi għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku (għodda għall-avviżi ta' akkwist pubbliku elettroniku) – in-notifikazzjonijiet għall-utenti finali jintbagħtu fl-indirizz elettroniku jew f’kaxxa postali elettronika personalizzata.

Ma ġiet stabbilita l-ebda sistema ta’ notifikazzjoni għall-avviżi li jkunu ppubblikati fl-avviżiera elettronika. L-eċċezzjonijiet huma d-Dipartiment tat-Taxxa (Porezna uprava) u l-Aġenzija Finanzjarja (Financijska agencija; FINA), li l-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa servizz web għalihom li permezz tiegħu dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jniżżlu data mill-avviżiera elettronika (bosta drabi) kuljum.

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ċipru

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati f’format ta’ kopja stampata, li huwa l-format b'effett legali u fuq l-internet, aċċessibbli liberament fl-indirizz http://www.mof.gov.cy/gpo

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati: pożizzjonijiet vakanti fis-settur pubbliku, sejħiet għall-offerti pubbliċi, esproprjazzjonijiet u rekwiżizzjonijiet, ħatriet, promozzjonijiet u konfermi u revoki ta' ħatriet, irtirar, ħatriet ta' viċijiet tal-uffiċjali, riżenji, ħatriet ta' ministri, avviżi ta' mwiet, wasliet, tluq u deputizzazzjonijiet għall-President tar-Repubblika, ħatriet tal-President tar-Repubblika, deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Parlament, abbozzi tal-gvern u tal-membri privati, ftehimiet internazzjonali, organigrammi dipartimentali, u ħatriet skont il-liġi, eż. skont l-Att dwar il-Kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • L-Istat
  • L-organizzazzjonijiet semigovernattivi
  • L-awtoritajiet lokali
  • Individwi (avukati) fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kumpaniji

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-kontenut kollu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Ċipru (Epísimi Efimerída)

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-10 ta' Diċembru 2004

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa fuq is-sit tal-Uffiċċju tal-Istampar tal-Gvern (Kyvernitikó Typografeío): http://www.mof.gov.cy/gpo

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Latvja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Fil-Latvja, l-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLatvijas Vēstnesis, il-gazzetta uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Il-kategoriji ta' avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali:

  • Rapport tal-attività
  • Irkantijiet
  • Sentenzi tal-qorti
  • Teżijiet tad-dottorat
  • Informazzjoni dwar wirt
  • Informazzjoni dwar privatizzazzjoni
  • Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-intrapriżi
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-partiti politiċi
  • Informazzjoni dwar kompetizzjonijiet għal karigi
  • Sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
  • Avviżi dwar ippjanar territorjali
  • Avviżi lill-kredituri
  • Avviżi għas-saldu tal-obbligazzjonijiet
  • Avviżi lill-azzjonisti u l-membri
  • Revoka ta' setgħat
  • It-Teżor tal-Istat
  • Taħrikiet
  • Ordnijiet ta' eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u provvista
  • Irtirar ta' dokumenti u ta’ timbri uffiċjali
  • Avviżi mixxellanji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-gazzetta uffiċjali tippubblika avviżi uffiċjali ppreżentati minn awtoritajiet u istituzzjonijiet jew minn individwi (entrati fir-reġistri pubbliċi, notifiki, avviżi jew informazzjoni minn entitajiet pubbliċi u l-uffiċjali tagħhom u minn individwi) meta l-pubblikazzjoni uffiċjali ta' dawn l-avviżi tkun stipulata fil-liġi.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta' liġijiet u regolamenti li jipprevedu pubblikazzjoni uffiċjali.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftixa tista' ssir billi ddaħħal test liberu.
Ir-riżultati jistgħu jkunu ffiltrati skont is-sena tal-pubblikazzjoni u l-kategorija tal-avviż.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.vestnesis.lv il-verżjonijiet elettroniċi tal-ħarġiet kollha tal-gazzetta uffiċjali huma disponibbli mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri mill-25 ta' Frar 1993.
Għal dokumenti li dehru sal-1 ta' Lulju 2012, il-pubblikazzjoni uffiċjali hija dik tal-verżjoni stampata tal-gazzetta.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Le, imma l-avviżi uffiċjali huma disponibbli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIktar dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Malta

Fuq liema sit/i web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppublikati fuq is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.doi.gov.mt

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi ppublikati huma s-segwenti:

Notifikazzjonijiet tal-Gvern

Notifikazzjonijiet pubbliċi

Notifikazzjonijiet tas-saħħa

Avviżi tal-Pulizija

Avviżi lill-baħħara

Skemi ta' akkomodazzjoni soċjali

Avviżi tal-Bank Ċentrali

Notifikazzjonijiet ta' riżultati ta' eżamijiet

Avviżi tal-Qorti

Avviżi tal-Kunsilli Lokali

Mil-liema organizzazzjoni/jiet jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppublikati mill-Ministeri, entitajiet pubbliċi, mill-Qrati tal-Ġustizzja u mill-Kunsilli Lokali

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali huwa bla ħlas

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Free text

Mil-liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-avviżi uffiċjali ilhom disponibbli fil-format elettroniku minn Ġunju 2003

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Dan is-servizz m'huwiex disponibbli

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/03/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Olanda

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://officielebekendmakingen.nl. Tista' tfittex għal avviżi antiki fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://zoek.officielebekendmakingen.nl.

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi kollha li jidhru fis-seba’ ġurnali uffiċjali tan-Netherlands jiġu ppubblikati fis-siti ta' hawn fuq. Leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda tiġi ppubblikata fl-iStaatsblad (il-Bulletin tal-Atti u d-Digrieti). L-iStaatscourant (il-Gazzetta tal-Gvern) tintuża biex tippubblika r-regolamenti, kif ukoll avviżi minn organizzazzjonijiet governattivi jekk l-inklużjoni tagħhom f’din il-pubblikazzjoni tkun rikjesta mil-liġi. Trattati u ftehimiet internazzjonali oħrajn li n-Netherlands hija parti fihom jiġu ppubblikati fit-Tractatenblad (Ġabra tat-trattati u l-konvenzjonijiet), filwaqt li l-Provinciaal blad (il-Gazzetta Provinċjali), il-Gemeenteblad (il-Gazzetta Muniċipali) u l-Waterschapsblad (il-Gazzetta tal-Awtorità tal-Ilma) jintużaw għall-pubblikazzjoni ta' regolamenti u avviżi tal-awtoritajiet provinċjali, muniċipali u tal-ilma rispettivament. Finalment, il-Blad gemeenschappelijke regelingen (il-Gazzetta tal-Arranġamenti tal-Awtorità Lokali Konġunta) tintuża biex jiġu ppubblikati r-regolamenti u l-avviżi tas-sħubijiet bejn awtoritajiet pubbliċi differenti.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-organizzazzjonijiet kollha li huma meħtieġa mil-liġi li jippubblikaw l-avviżi tagħhom.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva, l-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' ssib l-avviżi tal-ġurnata fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://officielebekendmakingen.nl. Hawnhekk tista' tiffiltra t-tiftixa tiegħek skont l-isem tal-pubblikazzjoni biss.

F'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://zoek.officielebekendmakingen.nl tista' tfittex għal kliem fit-titlu jew fit-test u tiffiltra t-tiftix tiegħek skont id-data tal-pubblikazzjoni, isem il-pubblikazzjoni, l-organizzazzjoni tal-pubblikazzjoni u s-suġġett (li hemm lista fissa ta’ opzjonijiet għalih).

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

1995.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Kulħadd jista’ jirreġistra għal servizz ta’ notifikazzjoni bla ħlas. Jeżistu żewġ tipi ta' servizzi.

Is-servizz ta' notifikazzjoni standard li jippermetti lill-utenti jissejvjaw talba għal tiftixa. Imbagħad jintbagħtu ittra elettronika b'ħolqa għal kull dokument ġdid li jissodisfa l-kriterji tat-tiftixa.

Hemm ukoll servizz imsejjaħ "Berichten over uw buurt" ("Avviżi dwar il-viċinat tiegħek"), li jippermetti liċ-ċittadini jirċievu ittra elettronika kuljum b'ħarsa ġenerali lejn l-avviżi kollha ppubblikati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali li jkunu rilevanti għall-viċinat tagħhom. Huma jistgħu jiddefinixxu l-"viċinat tagħhom" billi jdaħħlu l-kodiċi postali tagħhom u radjus (f'mijiet ta’ metri).

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa permezz tal-interfaċċa SRU (SRU = Search/Retrieve via URL).

Il-manwal (u l-indirizz) għal dan is-servizz web jinsab f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.koopoverheid.nl/documenten/instructies/2018/03/24/handleiding-open-data-webservice-van-overheid.nl---sru (bl-Olandiż biss).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2019

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Awstrija

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ediktsdatei.justiz.gv.at

Liema avviżi huma ppubblikati?

It-tipi ta’ avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/:

  • Rapporti
  • Perizji
  • Opinjonijiet
  • Evalwazzjonijiet
  • Ċirkulari
  • Linji gwida
  • Testi għal konsultazzjoni
  • Statuti
  • Statistika
  • Manwali
  • Avviżi ta’ postijiet vakanti
  • Pubblikazzjoni tal-ħatriet

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.edikte.justiz.gv.at/ (Ediktsdatei – "Fajl tal-editt"):

  • Każijiet ta' insolvenza (fallimenti, riorganizzazzjonijiet, saldi ta' djun)
  • Bejgħ u lokazzjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza
  • Irkantijiet ordnati mill-qorti
    • Proprjetà
    • Beni mobbli
  • Riċevitura ġudizzjarja
  • Irkanti volontarji
  • Editti u avviżi fi proċedimenti kriminali
    • Avviżi mill-qrati kriminali
    • Proċedura ta’ rkupru kriminali
    • Notifiki ta’ konsenja fi proċedimenti kriminali
    • Terminazzjoni tal-investigazzjonijiet
  • Avviżi pubbliċi
    • Amministraturi maħtura mill-qorti u notifiki permezz ta’ avviż pubbliku
    • Kanċellazzjoni ta' titoli
    • Ċertifikati tal-mewt/prova ta’ kawża tal-mewt
    • Editti fi proċedimenti tas-suċċessjoni
    • Editti skont l-Att dwar il-Kustodja u s-Sekwestru (Verwahrungs- und Einziehungsgesetz)
    • Rappreżentanza tar-residenti skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar id-Djar tal-Kura (Heimaufenthaltsgesetz)
    • L-ombudsmen tal-pazjenti skont l-Artikolu 13 tal-Att dwar l-Ospitalizzazzjoni (Unterbringungsgesetz)
    • Notifika b'avviż pubbliku lil persuni ġuridiċi
    • Notifika b'avviż pubbliku mill-Qrati Kummerċjali (Firmenbuchgerichte)
    • Avviżi mill-Qrati Kummerċjali
    • Editti mill-Qrati tar-Reġistru tal-artijiet (Grundbuchsgerichte)
    • Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prattiki Restrittivi (Kartellgericht)
  • Pubblikazzjonijiet mill-kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregolamentazzjoni u l-Ġustizzja

Mill-qrati, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati u n-nutara

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/) toffri tiftixa sempliċi bil-kliem li tiċċekkja d-dokumenti kollha fis-sit.

Il-kategoriji kollha fis-sit Ediktsdatei (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.edikte.justiz.gv.at/) joffru l-għażla ta' tiftixa bil-kliem. Barra minn hekk, għal bosta kategoriji ta' avviżi, l-utenti jistgħu jfittxu skont in-numru tal-fajl. Għall-irkantijiet hemm ukoll tiftixa skont l-oġġett. Dawn huma biss xi eżempji tat-tipi ta' tiftix peress li hemm varjetà tant kbira ta' għażliet tat-tiftix fil-kategoriji differenti.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Is-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/) u s-sit Ediktsdatei (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.edikte.justiz.gv.at/) ilhom onlajn mill-2000.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi fis-sit Ediktsdatei huma disponibbli liberament u jistgħu jiġu pproċessati sussegwentement bħala fajls HTML (ma hemm l-ebda protezzjoni mill-ikkupjar). Tista’ tinkiseb ukoll liċenzja skont l-Att dwar l-Użu mill-Ġdid ta' Informazzjoni Pubblika (Informationsweiterverwendungsgesetz – IWG). Bħalissa d-data mhix disponibbli f'format ta' data miftuħa.

Il-pubblikazzjonijiet f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/ huma predominantement relatati ma' dokumenti eżistenti f'format PDF. Hemm xi dokumenti MS Word, imma dawn rari. Kollha kemm huma huma ppubblikati bħala parti mid-WCMS (Web Content Management System) u huma disponibbli liberament f'paġni HTML. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu mill-paġni HTML.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Portugall

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Portugiża, id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida(Diário da República Eletrónico).

X'avviżi jiġu ppubblikati?

Seba' tipi ta' avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fid-Diário da República:

1. AVVIŻI UFFIĊJALI TAL-GVERN IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

2. AVVIŻI UFFIĊJALI TAL-GVERN IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

3. AVVIŻI ĠUDIZZJARJI UFFIĊJALI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

4. AVVIŻI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

5. SENTENZI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI U TAL-QORTI TAL-AWDITURI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali; il-verżjoni kkonsolidata bl-Ingliż tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk)
  • Il-Liġi Nru 98/97 (l-Organizzazzjoni u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Awdituri).

6. SENTENZI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI, TAL-QORTI SUPREMA TAL-ĠUSTIZZJA, TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA SUPREMA U TAL-QORTI TAL-AWDITURI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

7. AVVIŻI TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA SUPREMA, TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA ĊENTRALI TAT-TRAMUNTANA U L-QORTI AMMINISTRATTIVA ĊENTRALI TAN-NOFSINHAR (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Avviżi uffiċjali ġudizzjarji u tal-gvern jiġu ppubblikati mis-seba' tipi ta' organizzazzjonijiet pubbliċi elenkati hawn taħt:

1. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI):

Avviżi uffiċjali tal-gvern ippubblikati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u relatati mal-istrumenti inklużi fil-Ftehimiet u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali, skont l-Artikolu 119(1)(b), is-segment finali, tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża, l-Artikolu 3(2)(b), is-segment finali, u l-Artikolu 8(1)(s) tal-Liġi Nru 43/2014.

2. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI):

  • Avviżi uffiċjali tal-gvern ippubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali u relatati mal-proċeduri amministrattivi, skont il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku) u l-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 145-A/2011.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-bidla fil-pożizzjoni tar-rimunerazzjoni għall-pożizzjoni tas-salarji immedjatament wara l-kategorija oriġinali rispettiva permezz tal-eżerċizzju kontinwu tal-funzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni pubblika, skont il-Liġi Nru 2/2004 (l-Istatut għall-persunal maniġerjali tas-servizzi u tal-korpi tal-amministrazzjoni ċentrali, reġjonali u lokali tal-istat).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern li jikkonċernaw il-ftuħ ta' proċedimenti dixxiplinari fil-konfront ta' impjegat tas-settur pubbliku, li ħadd ma jaf fejn hu, biex jippreżenta d-difiża tiegħu u biex tiġi sussegwentement applikata l-piena dixxiplinarja skont il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku).
  • Avviżi tal-gvern uffiċjali relatati mar-riorganizzazzjoni ta' korpi jew servizzi permezz tax-xoljiment, il-fużjoni u r-ristrutturazzjoni, skont Il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku) u d-Digriet Amministrattiv Nru 200/2006 (sistema ġenerali għax-xoljiment, il-fużjoni u r-ristrutturar tas-servizzi u r-razzjonalizzazzjoni tal-persunal).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-pubblikazzjoni tal-istatuti tal-kumitati tax-xogħlijiet tal-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika, skont il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mas-sistema għas-salvagwardjar ta' wirt kulturali intanġibbli, inklużi miżuri ta' salvagwardja u proċeduri ta' protezzjoni legali skont id-Digriet Amministrattiv Nru 149/2015.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatata mal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali (skont il-Liġi Nru 107/2001) u s-sistema għall-klassifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' proprjetà mobbli ta' valur kulturali kif ukoll u r-regoli applikabbli għall-esportazzjoni, it-trasport, l-importazzjoni u l-ammissjoni ta' proprjetà kulturali mobbli (skont id-Digriet Amministrattiv Nru 148/2015).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-proċedura għall-klassifikazzjoni ta' proprjetà immobbli ta' valur u s-sistema ta' żoni protetti u pjan ta’ salvagwardja dettaljat, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 309/2009).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mas-sistema għall-użu tar-riżorsi tal-ilma, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 226-A/2007.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mas-sjieda tar-riżorsi tal-ilma u l-proċedura għad-demarkazzjoni tar-riżorsi tal-ilma pubbliku, skont il-Liġi Nru 54/2005 (kif emendat mil-Liġi Nru 78/2013 u mil-Liġi Nru 34/2014 u d-Digriet Amministrattiv Nru 353/2007.
  • L-avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-għażla, ir-reklutaġġ ta' għalliema preskolastiċi u għalliema tal-primarja u tas-sekondarja, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 83-A/2014.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-awtonomija, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-istabbilimenti pubbliċi għat-tagħlim preskolastiku u għat-tagħlim primarju u sekondarju, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 137/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-obbligu li jikkonċerna l-konsultazzjoni pubblika għal abbozzi ta' regolamenti għall-ġbir ta' suġġerimenti u kontribuzzjonijiet skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 4/2015.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati ma' atti ta' delega u sottodelega ta' setgħat tal-korp li qed jiddelega jew jissottodelega lill-korp delegat jew sottodelegat, skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 4/2015.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-ħruġ ta' liċenzji għal stallazzjonijiet elettriċi għall-produzzjoni, it-trasport, il-konverżjoni u d-distribuzzjoni jew l-użu tal-enerġija elettrika, skont ir-Regolament dwar il-Ħruġ ta' Liċenzji għall-Istallazzjoni Elettrika, approvati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 26852 tat-30 ta' Lulju 1936.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Korporattiv (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas) u l-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Personali (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-maniġment superjuri tas-servizzi u l-korpi tal-Amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali, Reġjonali u Lokali, skontil-Liġi Nru 2/2004.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-maniġment superjuri tal-bordijiet tad-diretturi ta' istituzzjonijiet pubbliċi ta' amministrazzjoni statali indiretta, skont il-Liġi Nru 3/2004 (il-Liġi Qafas dwar l-Istituti Pubbliċi).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-organizzazzjoni, l-istruttura u l-funzjonament tal-amministrazzjoni statali diretta, skont il-Liġi Nru 4/2004.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-għadd ta' votanti rreġistrati fir-reġistru elettorali, skont il-Liġi Nru 13/99 (regoli tal-liġi applikabbli għar-reġistri elettorali).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mas-settur tan-negozju tal-istat, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 133/2013.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mar-rikonoxximent u x-xoljiment ta' fondazzjonijiet Portugiżi u fondazzjonijiet barranin li jwettqu l-attività tagħhom fit-territorju nazzjonali, skont il-Liġi Nru 24/2012 (il-Liġi qafas dwar il-Fondazzjonijiet).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-qafas legali li l-istituzzjonijiet tal-uffiċjali tal-gvern ikunu suġġetti għalihom, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 11/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kompożizzjoni, l-istruttura organizzattiva u l-qafas legali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 12/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-awtorizzazzjoni tal-werrieta għas-sussidji konċessi lill-membri tal-Fond tas-Sigurtà tal-Forzi Armati, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 42945 tas-26 ta' April 1960, kif emendat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 44331 tal-10 ta' Mejju 1962 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 434-G/82 tad-29 ta' Ottubru 1982.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-Istatut tar-Riforma Pubblika, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 498/72.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-konċessjoni ta' drittijiet u dmirijiet ugwali liċ-ċittadini Brażiljani li jgħixu l-Portugall, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 154/2003.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kontroll metroloġiku tal-istrumenti tal-kejl u metodi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, fiskali jew tal-pagi, jew li jintużaw fl-oqsma tas-saħħa, tas-sikurezza, jew tal-iffrankar enerġetiku, kif ukoll ta' bankijiet tat-test, skontIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 291/90 tal-20 ta' Settembru 1990, u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 962/90 tad-9 ta' Ottubru 1990.

3. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Komunikazzjonijiet ġudizzjarji uffiċjali dwar kwistjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-qrati, u ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali ġudizzjarji relatati mat-taħrik tal-partijiet interessati (jew kontra partijiet interessati) mill-qorti amministrattiva u fiskali (tribunal administrativo e fiscal) fi proċedimenti mibdija mill-attur u ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-Kodiċi ta' Proċedura tal-Qrati Amministrattivi.
  • Avviżi ġudizzjarji uffiċjali relatati mal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, u ppubblikati fis-serje 2 tal-gazzetta uffiċjali, skont il-Liġi Nru 19/2012 (qafas legali dwar il-kompetizzjoni).

4. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Komunikazzjonijiet ġudizzjarji uffiċjali relatati mal-obbligu li jiġu ppubblikati l-istqarrijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fis-serje 1 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali; il-verżjoni kkonsolidata bl-Ingliż tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk) u l-Liġi Nru 43/2014 (il-pubblikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-forma tal-atti legali).

5. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti tal-Awdituri li l-liġi tordna li jiġu ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali) u l-Liġi Nru 98/97 (l-Organizzazzjoni u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Awdituri).

6. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

7. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Avviżi tal-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Qorti Amministrattiva Ċentrali tat-Tramuntana u l-Qorti Amministrattiva Ċentrali tan-Nofsinhar, li jridu jiġu ppubblikati fis-serje 1 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-prinċipju tal-forom paralleli u identiċi ta' pubblikazzjoni, previsti fl-Artikolu 81 tal-Kodiċi ta' Proċedura tal-Qrati Amministrattivi: l-att tat-taħrik tal-partijiet interessati (jew kontropartijiet interessati) irid jiġi ppubblikat fl-istess serje tal-Gazzetta Uffiċjali li l-att ikkontestat kien ippubblikat fiha.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Skont l-Artikoli 1 u 3 tad-Digriet Amministrattiv Nru 83/2016 (li japprova s-servizz pubbliku ta' aċċess universali b’xejn għad-Diário da República).

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-utenti jistgħu jirriċerkaw liberament il-kontenut kollu ppubblikat fis-serje 1 u 2 tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDiário da República. L-utenti għandhom żewġ kriterji ta’ tiftix li jistgħu jużaw:

  • Tiftixiet ġeneriċi (eż. Google), billi jittajpjaw it-test fil-kaxxa tat-tiftix;
  • Tiftixiet avvanzati, bl-użu tal-kaxxi tat-tiftix magħżula mill-utent.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-1 ta' Lulju 2006 'il quddiem, l-edizzjoni elettronika tad-Diário da República hija awtentika, u l-pubblikazzjoni ta' atti fiha huma validi għal finijiet legali, skont l-Artikolu 1(5) tal-Liġi Nru 74/98 tal-11 ta' Novembru 1998 (kif emendat u ppubblikat mill-ġdid mil-Liġi Nru 43/2014 tal-11 ta' Lulju 2014).

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva. L-utenti jistgħu jaċċessaw Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit tal-gazzetta uffiċjali u jabbonaw bla ħlas għall-bullettin ta' kuljum, billi jagħżlu kliem ewlieni jew pubblikazzjonijiet fil-kaxxi tat-tiftix biex jirċievu informazzjoni li tissodisfa l-kriterji tagħhom.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa minħabba li għadna ma pprovdejniex repożitorju bl-informazzjoni kollha f'format strutturat għall-użu mill-ġdid.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2018

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Rumanija

L-informazzjoni f'din il-paġna tikkonċerna l-avviżi uffiċjali maħruġa minn istituzzjonijiet pubbliċi (notifiki, atti proċedurali, eċċ.) li mhumiex leġiżlattivi fin-natura tagħhom jew li ma jistabbilux obbligi applikabbli b’mod ġenerali imma li jkunu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew f'pubblikazzjonijiet oħrajn, u li huma disponibbli onlajn f'forma elettronika, skont il-liġi applikabbli. Għalhekk, la l-atti leġiżlattivi u lanqas is-sentenzi tal-qorti ma jkunu kkunsidrati, ħlief dawk li jridu jiġu ppubblikati biex jiksbu ċertu effett legali (eż. sentenzi tal-qorti relatati ma' insolvenza).

Il-materjali mhux eżawrjenti, peress li tindirizza ċerti każijiet mill-perspettiva ta' pubblikazzjoni ta' avviżi uffiċjali, b'mod iktar speċifiku: atti ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, atti ppubblikati fil-portal u s-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (Oficiul Național al Registrului Comerțului) jew fil-Bullettin tal-Insolvenza, u atti ppubblikati fil-Portal tal-Qrati.

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Il-Kumpanija Awtonoma "Monitorul Oficial" tippubblika l-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija kemm f'format stampat u kemm f’format elettroniku. Għal dettalji dwar l-atti ppubblikati u dwar id-disponibbiltà onlajn tagħhom, jekk jogħġbok ara t-taqsimiet li ġejjin.

Il-prodott elettroniku (e-Monitor) jinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf'dan l-indirizz.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Qabel ma jibdew l-attività ekonomika tagħhom, il-professjonisti għandhom l-obbligu japplikaw għal reġistrazzjoni / elenkar fir-reġistru kummerċjali, u waqt l-operat tan-negozju tagħhom jew wara t-tmiem tan-negozju, iridu jitolbu ż-żieda ta’ noti mar-reġistru kummerċjali fir-rigward tal-atti u l-fatti rikjesti mil-liġi.

Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali tfisser pubblikazzjoni legali mill-ONRC: ir-reġistrazzjonijiet, id-data u l-atti rreġistrati jkollhom effett fuq terzi mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew fis-sit web / fil-portal tas-servizzi tal-ONRC skont il-liġi.

Ir-reġistrazzjoni u n-noti jkollhom effett fuq terzi mid-dħul tagħhom fir-reġistru kummerċjali jew mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, fil-Parti IV jew VII, jew f'pubblikazzjoni oħra, meta jkun previst mil-liġi.

b) L-ONRC jippubblika wkoll il-Bullettin tal-Insolvenza f'format elettroniku: it-taqsima li tipprovdi s-servizz pubbliku tan-notifika tad-dokumenti lill-partijiet, tal-komunikazzjoni tas-sentenzi u tal-konvokazzjoni u n-notifika ta' atti proċedurali maħruġa mill-qrati / amministraturi tal-insolvenza / likwidaturi maħtura mill-qorti / persuni awtorizzati oħrajn skotn il-proċedimenti tal-insolvenza b'konformità mal-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, u t-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" (Debitori - persoane fizice cu obligații ce nu decurg din exploatarea unei întreprinderi) b'konformità mal-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi.

Għall-professjonisti koperti mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, l-atti proċedurali nnotifikati / mibgħuta mill-qrati, minn ħaddiema fil-qasam tal-insolvenza (amministraturi tal-insolvenza / likwidaturi maħtura mill-qorti), u minn persuni awtorizzati oħrajn skont il-liġi jiġu ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza, pubblikazzjoni aċċessibbli fuq il-portal tas-servizzi onlajn tal-ONRC.

Is-sentenza li tiżgura l-pjan ta' riorganizzazzjoni tad-debitur (il-professjonist), bħala att proċedurali, skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, tiġi ppubblikata fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija.

Għall-persuni fiżiċi koperti mil-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi, l-atti proċedurali nnotifikati / ikkonsenjati mill-bord tal-insolvenza, l-amministratur proċedurali, il-likwidatur u l-awtoritajiet tal-qorti huma ppubblikati fit-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza, pubblikazzjoni aċċessibbli mis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bpi.ro/.

III. Il-Portal tal-Qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Qrati huwa amministrat mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Kull qorti fir-Rumanija għandha sit web fuq dan il-portal. L-informazzjoni fuq dawn is-siti tiddaħħal u tiġi aġġornata direttament mill-persunal tal-qorti, ħlief informazzjoni dwar każijiet u laqgħat, li tittieħed awtomatikament mis-sistema elettronika ta’ ġestjoni tal-każijiet użata fil-livell tal-qorti.

Biex taċċessa sit web ta' qorti partikolari Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-paġna ewlenija tal-Portal tal-Qrati, trid tagħżel ir-reġjun li l-qorti tappartjeni lilu (iż-żona ġuriżdizzjonali ta' qorti tal-appell) u mbagħad dik il-qorti mil-lista.

Liema avviżi huma ppubblikati?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

F'termini ta' avviżi uffiċjali, skont il-Liġi Nru 202 tad-9 ta' Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, kif ippubblikata mill-ġdid:

  • Dawn li ġejjin jiġu ppubblikati fil-Parti III, fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali: atti legali, dokumenti, notifiki, avviżi u oħrajn simili (eż. avviżi ta' reklutaġġ ta' persunal; kompetizzjonijiet għal postijiet tax-xogħol pubbliċi battala; sentenzi li jikkonċernaw il-kanċellazzjoni ta' kambjala / ċekk; ir-rapport tal-attività regolari tal-awtoritajiet pubbliċi; notifiki dwar il-kompetizzjoni tad-dħul għall-Istitut tal-Maġistratura Nazzjonali (Institutul Național al Magistraturii), l-eżami ta' kompetenza għall-maġistrati u l-lista ta' postijiet battala għall-maġistrati; in-notifika għal kompetizzjoni għal postijiet tax-xogħol battala għal assistenti maġistrati fil-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja eċċ.);
  • Fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali, l-atti legali li jikkonċernaw l-operaturi ekonomiċi u kategoriji oħrajn ta' persuni ġuridiċi, kif ukoll atti oħrajn stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet legali, jiġu ppubblikati fil-Parti IV (pereżempju id-deċiżjoni għar-rikonoxximent fir-Rumanija ta' persuni ġuridiċi bla skop ta' qligħ barranin; sentenzi li japprovaw il-modifika ta' statut ta' partit politiku; id-deċiżjoni tat-tribunal li jiftaħ proċediment ta' falliment; notifiki ta' bejgħ fl-irkant ta’ oġġetti; tmiem il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu u d-deċiżjoni tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni; id-deċiżjonijiet tad-direttur ġenerali tal-Uffiċċju Rumen tad-Drittijiet tal-Awtur biex jiġu rtirati u sospiżi ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, eċċ.)
  • il-ftehim kollettiv konkluż fil-livell nazzjonali u tal-fergħa, il-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u atti oħrajn stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet legali, jiġu ppubblikati fil-Parti V;
  • notifiki tal-għoti ta' kuntratt ta' akkwist pubbliku u notifiki tal-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi u ta' konċessjoni tas-servizzi, kuntratti ta' konċessjoni ta' provvista publlika u notifiki oħrajn stabbiliti skont dispożizzjonijiet legali (eż. notifiki skont il-Liġi Nru 350/2005 dwar is-sistema tal-għotjiet; konċessjonijiet - avviżi ta' kuntratt skont l-Ordni ta' Emerġenza Nru 54/2006 dwar is-sistema ta' kuntratti ta' konċessjoni ta' provvista pubblika).

Nota: skont il-Liġi Nru 98/2016 dwar l-akkwist pubbliku, in-notifiki jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali permezz tas-sistema ta' akkwist pubbliku elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSEAP, li tintuża għall-fini tal-applikazzjoni tal-proċedura ta' għoti b'mezzi elettroniċi.

  • Fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali, l-atti legali li jikkonċernaw il-kooperattivi u kategoriji oħrajn ta' persuni ġuridiċi stabbiliti minn kooperattivi, u atti oħrajn relatati ma' kooperazzjoni, kif stabbilit skont id-dispożizzjonijiet legali (eż. il-konklużjoni għar-reġistrazzjoni tal-imħallef delegat tal-kooperattiva fir-reġistru kummerċjali, l-att tal-ħatra tal-likwidaturi, u kull att ieħor li jista’ jwassal għal bidliet għall-personalità tagħhom, eċċ.) jiġu ppubblikati fil-Parti VII.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali:

  • l-estratt tar-riżoluzzjoni / ir-riżoluzzjoni tar-reġistrazzjoni (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, il-Parti IV jew VII);
  • atti li jemendaw l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u n-notifiki dwar il-preżentazzjoni tal-istrument aġġornat ta' inkorporazzjoni (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija);
  • sentenzi, għall-każijiet previsti mil-liġi (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija);
  • deċiżjonijiet tal-qorti li jiddeċiedu dwar xoljiment (fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija u fuq is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fuq il-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • riżoluzzjonijiet ta' ħatra ta' likwidatur skont l-Artikolu 237(6) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fuq is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali u fuq il-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • proġetti ta' amalgamazzjoni / qsim (fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew, b'għażla tal-applikant, fuq is-sit web tiegħu stess, u f'dak il-każ ir-reġistru kummerċjali fejn tkun irreġistrata l-kumpanija jippubblika l-proġett ta' amalgamazzjoni jew qsim fuq is-sit web tiegħu stess bla ħlas);
  • ir-riżoluzzjonijiet li jiċħdu l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u r-reġistrazzjonijiet li ma jirriżultawx fl-emenda tal-istrument ta’ inkorporazzjoni (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fuq il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għax-xoljiment tagħhom skont l-Artikolu 237(2) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (is-sit jew il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għat-tneħħija tagħhom skont l-Artikolu 237(9) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għat-tneħħija tagħhom skont l-Artikolu 260(7) tal-Liġi Nru 31/1990 tittella' fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fil-portal tas-servizzi onlajn;
  • id-deċiżjonijiet tat-tribunal li jiddeċiedu dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 237(10) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fil-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • id-deċiżjonijiet tat-tribunal li jiddeċiedu dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 260(8) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali u fil-portal tas-servizzi onlajn tiegħu).

b) Għall-professjonisti koperti mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, l-atti proċedurali maħruġa mill-qrati, minn ħaddiema fil-qasam tal-insolvenza (l-amministratur tal-insolvenza / il-likwidatur maħtur mill-qorti), u minn persuni awtorizzati oħrajn li ġejjin jiġu ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza skont il-liġi:

  • taħrikiet, notifiki u sentenzi;
  • konvokazzjonijiet u notifiki;
  • atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi.

Għall-persuni fiżiċi koperti mil-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi, l-atti proċedurali nnotifikati / ikkonsenjati mill-bord tal-insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza, il-likwidatur u l-awtoritajiet tal-qorti li ġejjin jiġu ppubblikati fit-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza:

  • deċiżjonijiet tal-bord tal-insolvenza;
  • notifiki;
  • sentenzi;
  • atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi.

III. Il-Portal tal-Qrati

Skont l-Artikolu 167 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (il-Liġi Nru 134/2010), meta l-attur jallega, fuq bażi motivata, li, għalkemm għamel kulma seta', ma setax isib id-domiċilju tal-konvenut jew post ieħor fejn dan seta' jiġi nnotifikat skont il-liġi, il-qorti tkun tista’ tapprova n-notifika tad-dokumenti fir-rigward ta' dak il-konvenut b'taħrika ppubblikata. Taħrikiet ippubblikati jikkonsistu fil-wiri taċ-ċitazzjoni fuq bieb il-qorti, fuq il-portal tal-qorti kompetenti u fl-aħħar domiċilju magħruf tal-persuna li qed tiġi nnotifikata. Meta jidhrilha li jkun hemm bżonn, il-qorti tordna u tippubblika ċ-ċitazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew f'gazzetta ċentrali b'ċirkolazzjoni kbira.

F'dan ir-rigward, fil-Portal tal-Qorti hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima ġenerali ddedikata għat-taħrikiet ippubblikati. Barra minn hekk, is-sit ta' kull qorti jospita wkoll taqsima ddedikata għat-taħrikiet ippubblikati (ara pereżempju, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit tat-Tribunal ta' Bucharest).

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għal kull tip ta' avviż, mill-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew mill-istituzzjonijiet emittenti.

Fir-rigward tal-każijiet partikolari ppreżentati fuq: Ir-Reġistru Kummċerċjali Nazzjonali, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

L-atti ppubblikati fil-Partijiet III-VII tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija huma aċċessibbli bla ħlas fuq l-internet u huma aċċessibbli f'forma li tinqara għal għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni tagħhom.

Il-prodotti f'forma elettronika disponibbli onlajn għal korrispettiv (Expert-Monitor u Autentic-monitor), inklużi t-tariffi applikati mill-Kumpanija Awtonoma “Monitorul Oficial”, huma deskritti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit dwarhom.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Iva, l-avviżi relatati mal-professjonisti rreġistrati mar-Reġistru Kummerċjali fil-portal tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali.

b) L-aċċess għall-Bullettin tal-Insolvenza, il-pubblikazzjoni onlajn b'atti proċedurali ppubblikati ta' professjoni li deħlin fi proċedimenti ta' insolvenza skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, jingħata b'abbonament bi ħlas.

L-aċċess għat-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza jingħata bla ħlas lid-debitur, lill-kredituri, lill-amministratur tal-insolvenza / lil-likwidatur, lill-bord tal-insolvenza, u lill-qorti f'każijiet fejn ikollhom dak ir-rwol.

Il-portal tas-servizzi onlajn ONRC juri sensiela ta' informazzjoni bla ħlas dwar il-persuni ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza.

III. Il-Portal tal-Qrati

L-aċċess għall-Portal tal-Qrati huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Fil-verżjoni bla ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Monitor) ma jista' isir l-ebda tiftix awtomatiku ta' atti ppubblikati. Għalhekk, l-utenti għandhom biss il-possibbiltà li jagħżlu, permezz ta' kalendarju, id-data tal-pubblikazzjoni u n-numru tal-Gazzetta Uffiċjali (għal kull Parti).

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, it-tiftix jista’ jsir skont wieħed mill-kriterji ta’ tiftix li ġejjin jew taħlita massima tagħhom:

  • In-numru tar-reġistru kummerċjali
  • Il-kontea
  • Isem il-kumpanija
  • Id-data tal-pubblikazzjoni
  • Il-kodiċi fiskali
  • Is-sena tal-karta bilanċjali

b) Fir-rigward tad-debituri fil-proċedimenti ta' insolvenza, it-tiftix jista' jsir fit-Taqsima "Servizzi Onlajn tal-Bullettin tal-Insolvenza (BPI)" (Servicii online BPI), fis-sottotaqsimiet "Persuni ppubblikati fil-BPI" (Persoane publicate in BPI) u "Sommarju tan-Numru BPI" (Sumar număr BPI), bl-użu tal-kriterji tal-għażla li ġejjin:

  • il-persuna ppubblikata fil-BPI;
  • in-numru tal-bullettin;
  • in-numru tal-każ;
  • in-numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa;
  • in-numru tan-negozju rreġistrat;
  • il-perjodu ta’ pubblikazzjoni;
  • is-sena tal-pubblikazzjoni fil-BPI.

III. Il-Portal tal-Qrati

Iċ-ċitazzjonijiet tista' tfittixhom fil-Portal tal-Qrati skont l-isem (l-isem u l-kunjom jew wieħed minn dawn l-elementi) tal-parti mħarrka.

Jekk tintuża Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-taqsima ġenerali tal-Portal tal-Qrati, ir-riżultati ta' tiftix ikunu ċitazzjonijiet ippubblikati mill-qrati kollha, u jekk tintuża taqsima ddedikata lil qorti partikolari (eż. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidait-Tribunal ta' Bucharest), ir-riżultati tat-tiftix ikunu ċitazzjonijiet ippubblikati minn dik il-qorti biss.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Monitor – 2008

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, 2012.

b) Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali ppubblika l-ewwel ħarġa tal-Bullettin tal-Insolvenza f'format elettroniku fl-1 ta' Awwissu 2006, u din tista' tiġi aċċessata mill-portal tas-servizzi onlajn tal-ONRC.

III. Il-Portal tal-Qrati

Il-faċilità li tirrigwarda taħrikiet ippubblikati ilha disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Portal tal-Qrati minn Marzu 2013.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Mhux applikabbli

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u / jew l-informazzjoni?

Il-Portal tal-Qrati jippermettu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaċċess skedat għal settijiet ta' data li jirrigwardaw atti tal-kawżi u laqgħat, mhux għal taħrikiet ippubblikati. L-informazzjoni dwar dawn tal-aħħar tinsab f'format HTML biss.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/03/2019

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Finlandja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Kuulutusrekisteri (reġistru tal-avviżi)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVirallinen lehti (Il-Gazzetta Uffiċjali)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar l-avviżi bbażati fuq id-deċiżjonijiet mill-qrati jew mill-awtoritajiet dwar:

  1. taħrikiet pubbliċi:
  2. provi ta' dejn f'falliment;
  3. il-bidu ta' proċedimenti ta' riorganizzazzjoni;
  4. fużjoni, separazzjoni ta' fużjoni jew qsim ta' fondi ta' kumpanija b'ishma konġunti, jew miżura jew deċiżjoni msemmija fil-leġiżlazzjoni dwar il-komunitajiet u l-fondazzjonijiet, li jridu jitħabbru fil-Gazzetta Uffiċjali; jew
  5. avviżi tal-uffiċjal ġudizzjarju.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn li jkunu meħtieġa biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali b'att, digriet jew deċiżjoni oħra maħruġa minn qorti inferjuri.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar taħrikiet pubbliċi maħruġa mill-qrati distrettwali, kif ukoll provi ta' dejn f'falliment jew riorganizzazzjoni. Avviżi magħmula minn awtoritajiet oħrajn li jiżdiedu mar-reġistru jinkludu taħrikiet pubbliċi maħruġa minn awtoritajiet tar-reġistru kummerċjali, avviżi ta' fużjonijiet u ħall ta' fużjonijiet ta' kumpaniji u avviżi relatati mal-bejgħ ta' beni maqbuda ppubblikati mill-awtoritajiet tal-qbid: diskussjoni dwar il-qsim tal-beni, l-iffurmar tal-ftehimiet tal-kredituri u korrispondenza mal-kredituri.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika notifikazzjonijiet, avviżi u dokumenti oħrajn maħruġa minn diversi organizzazzjonijiet.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Reġistru tal-avviżi: iva

Il-Gazzetta Uffiċjali: Il-kopji PDF ilhom b'xejn mill-2011. Bażi ta' data miżmuma minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCredita hija suġġetta għal ħlas:

Utent wieħed, prezz għal kull liċenzja: EUR 185 pa, 2–5 utenti, prezz għal kull liċenzja: EUR 135 pa, iktar minn 5 utenti, prezz għal kull liċenzja: EUR 115 pa

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' tfittex l-entrati fir-reġistru tal-avviżi permezz tal-parametri li ġejjin:

It-tip ta' avviż

Is-suġġett tal-avviż

L-ID tan-negozju / id-data tat-twelid / is-sena tat-twelid

Id-data ta' maturità

Id-domiċilju

In-numru tal-każ maħruġ mill-qorti distrettwali

Fil-bażi ta’ data bil-ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali hemm ukoll il-possibbiltà ta' tiftix skont kelma ewlenija mingħajr restrizzjoni.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Ir-reġistru tal-avviżi: mill-1 ta' April 2004

Il-Gazzetta Uffiċjali: mill-2011

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Ir-reġistru tal-avviżi: le

Il-Gazzetta Uffiċjali: It-tiftix jista' jiġi ssejvjat u n-notifikazzjonijiet jaslu fil-posta elettronika meta tintuża l-bażi ta' data bi ħlas.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.