Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ċipru


Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati f’format ta’ kopja stampata, li huwa l-format b'effett legali u fuq l-internet, aċċessibbli liberament fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mof.gov.cy/gpo

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati: pożizzjonijiet vakanti fis-settur pubbliku, sejħiet għall-offerti pubbliċi, esproprjazzjonijiet u rekwiżizzjonijiet, ħatriet, promozzjonijiet u konfermi u revoki ta' ħatriet, irtirar, ħatriet ta' viċijiet tal-uffiċjali, riżenji, ħatriet ta' ministri, avviżi ta' mwiet, wasliet, tluq u deputizzazzjonijiet għall-President tar-Repubblika, ħatriet tal-President tar-Repubblika, deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Parlament, abbozzi tal-gvern u tal-membri privati, ftehimiet internazzjonali, organigrammi dipartimentali, u ħatriet skont il-liġi, eż. skont l-Att dwar il-Kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • L-Istat
  • L-organizzazzjonijiet semigovernattivi
  • L-awtoritajiet lokali
  • Individwi (avukati) fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kumpaniji

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-kontenut kollu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Ċipru (Epísimi Efimerída)

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-10 ta' Diċembru 2004

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa fuq is-sit tal-Uffiċċju tal-Istampar tal-Gvern (Kyvernitikó Typografeío): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mof.gov.cy/gpo


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2019