Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ġermanja


Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Peress li l-Ġermanja hija stat federali, huma l-Länder li jippubblikaw l-avviżi uffiċjali tagħhom. Huma ħolqu l-paġni web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu fIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni li ġejja hija relatata biss mal-pubblikazzjonijiet tal-Gvern Federali:

Pubblikazzjoni Ambitu tal-pubblikazzjoni
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger)

Taqsima uffiċjali; Taqsima ġudizzjarja
(f'format elettroniku biss)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata

Liema avviżi huma ppubblikati?

Pubblikazzjoni Tipi ta' avviżi
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, notifiki u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht)
Il-Gazzetta Federali Ordinanzi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof)
Il-Gazzetta tat-Trasport Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u dokumenti ta' reġistrazzjoni

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Pubblikazzjoni Korp tal-pubblikazzjoni
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali L-awtoritajiet Federali
Il-Gazzetta Federali L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-ministeri federali, l-awtoritajiet regolatorji fil-Länder

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Pubblikazzjoni Aċċess bla ħlas
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Iva (qari biss)
Il-Gazzetta Federali Iva
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Għall-werrej biss
Il-Gazzetta tat-Trasport It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut)

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Pubblikazzjoni Tipi ta' tiftixiet
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Bla ħlas: mhux disponibbli

Bi ħlas:
tiftix tat-test sħiħ, tiftix bi kwotazzjoni, titolu, abbrevjazzjoni, id-data tal-ħruġ, is-sena tal-promulgazzjoni u l-parti

Il-Gazzetta Federali Terminu, parti, data tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja)
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tal-ordinanza

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Pubblikazzjoni Id-data disponibbli
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; Il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999

Huwa possibbli li tfittex l-edizzjonijiet kollha ppubblikati mit-23 ta' Mejju 1949 'il quddiem

Il-Gazzetta Federali

Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem
Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta' April 2012 'il quddiem

Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Pubblikazzjoni Tiftix awtomatiku Data miftuħa
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Le Le
Il-Gazzetta Federali Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss Le
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Le Le
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss Le
Il-Gazzetta tat-Trasport Le Le

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018