Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Estonja


Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi pubbliċi importanti jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali). F'xi każijiet, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi wkoll il-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti.

Il-pubblikazzjoni onlajn uffiċjali Ametlikud Teadaanded ilha tiġi ppubblikata f'format elettroniku biss mill-1 ta' Lulju 2003. Hija wkoll bażi ta’ data inkorporata fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Istat. Ametlikud Teadaanded huwa disponibbli għal kulħadd bla ħlas fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Notifiki, stediniet u avviżi li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi jew skont regolament tal-Gvern tar-Repubblika jew regolament ministerjali.

Fl-Ametlikud Teadaanded jiġu ppubblikati żewġ tipi ta' avviżi:

  1. l-avviżi maħsuba biex jinfurmaw persuna partikolari u li, għal finijiet ta' privatezza, ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. L-avviżi ta' din ix-xorta huma soġġetti għal termini taż-żmien għall-pubblikazzjoni fl-Ametlikud Teadaanded u għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess wara li ma tibqax issir il-pubblikazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-użu mill-ġdid ma japplikawx għal avviżi ta' din ix-xorta;
  2. avviżi maħsubin biex jinfurmaw lil kulħadd u li jentħieġ li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid f'format li jinqara mill-magni.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi meħtieġa għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet Statali u lokali u tar-rappreżentanti tal-professjonijiet liberi (eż. nutara u bailiffs) jiġu ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded. L-avviżi ta' entitajiet ġuridiċi privati li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi u li jkunu ppubblikati għal finijiet ta' interess pubbliku, jiġifieri li jkunu maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali (eż. qsim u xoljiment ta' kumpaniji), jiġu ppubblikati wkoll.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded huwa bla ħlas.

Irid isir ħlas lill-Istat biex tippubblika avviż fl-interess ta' individwu privat, pereżempju, avviż ta' telfien ta' dokument.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-avviżi ppubblikati jistgħu jitfittxu bit-tip, bit-titolu, bil-pubblikatur u biż-żona ta' influwenza jew bl-użu tal-funzjoni ta' tiftix tat-test sħiħ.

Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" (Minu Ametlikud Teadaanded) jippermetti li persuna tinkiteb biex tirċievi bosta tipi ta' avviżi fl-indirizz elettroniku tagħha u biex tara avviżi arkivjati li jirrigwardawha, u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx baqgħet issir. Il-pubblikazzjoni ta' avviż maħsub għal persuna partikolari ma jibqax isir u l-avviż jiġi arkivjat ladarba l-pubblikazzjoni tkun laħqet l-għan tagħha. Il-pubblikazzjoni ta' dan it-tip ta' avviż ma tibqax issir lanqas meta l-persuna tikkonferma li rċeviet l-avviż bil-karta tal-identità tagħha, bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi".

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-1 ta' Lulju 2003. Is-sit tal-Ametlikud Teadaanded jinkludi wkoll avviżi ppubblikati qabel fuq karta u maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Persuna tista' tinkiteb biex tirċievi l-avviżi kollha bil-posta elettronika u tissejvja l-avviżi bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi". L-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jitlob l-awtentikazzjoni mal-karta tal-identita tal-persuna jew mal-mobile ID. Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jippermetti li persuna tara avviżi tal-Ametlikud Teadaanded arkivjati li jikkonċernawha u tara min iktar qara l-avviżi arkivjati li jikkonċernawha.

Huwa possibbli wkoll li jintużaw URIs għat-tiftix u l-ksib tal-avviżi fl-Ametlikud Teadaanded. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF.

L-URIs ta' avviżi jippermettu li jinfetħu avviżi disponibbli għall-pubbliku li ma jkunux maħsubin biex ikunu magħrufa minn persuna partikolari u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx twaqqfet milli tkompli ssir.

Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

Iktar istruzzjonijiet dettaljati dwar tiftix ibbażat fuq URI jinsab fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/avalik/uriotsing.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi li ma jkunux maħsubin biex jgħarrfu lil persuni fiżiċi partikolari, jiġifieri avviżi maħsubin bħala informazzjoni għall-pubbliku ġenerali, huma disponibbli bħala data miftuħa. L-avviżi li ma għadhomx jiġu ppubblikati u li ġew arkivjati mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

Data miftuħa tista' titniżżel f'ħin reali bħala URIs. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF. Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019