Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Greċja


Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar (Ethnikó Typografeía): l-avviżi jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern (Efimerída tis Kyvérnisis).
Korpi li jkollhom affarijiet stampati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar iħallsu tariffa għall-ispejjeż rilevanti jew jipprovdu l-oġġetti konsumabbli użati. L-ispejjeż ikunu ddeterminati minn kumitat permanenti bi tliet membri ta’ uffiċjali tal-Uffiċċju mwaqqaf għal dan l-għan; il-membri jinħatru mis-Segretarju Speċjali tal-Uffiċċju.

"Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTrasparenza" (Diávgeia)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema (Áreios Págos)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías)

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: L-Artikolu 7 tal-Liġi 3469/2006.

Trasparenza: L-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010.

Il-Qorti Suprema: sentenzi tal-qorti ċivili u l-qorti kriminali deċiżi fl-2007 jew wara.

Il-Kunsill tal-Istat: sentenzi tal-qorti amministrattiva.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat, wara talba ta' korp pubbliku jew korp fis-settur pubbliku usa'.

Trasparenza: L-avviżi msemmija fl-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010 jiġu ppubblikati fuq l-internet mingħajr dewmien mill-korp li jagħmel l-avviż.

Il-Qorti Suprema: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

Il-Kunsill tal-Istat: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tiftix għal termini, kliem jew frażijiet ewlenin, numri ta' reġistrazzjoni, numri tas-sentenzi, numri tal-ħarġiet, temi, kategoriji, tipi, korpi, dati.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: 1997

Trasparenza: 2010

Il-Qorti Suprema: 2007

Il-Kunsill tal-Istat: 2016

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Iva.
Kull korp huwa responsabbli għall-funzjonament u l-kontenut tal-bażi tad-data ta' avviżi uffiċjali li jġestixxi. Għalhekk ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika jinżammu mill-korpi rilevanti fil-bażijiet ta' data interni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/07/2019