Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Finlandja


Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Kuulutusrekisteri (reġistru tal-avviżi)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVirallinen lehti (Il-Gazzetta Uffiċjali)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar l-avviżi bbażati fuq id-deċiżjonijiet mill-qrati jew mill-awtoritajiet dwar:

  1. taħrikiet pubbliċi:
  2. provi ta' dejn f'falliment;
  3. il-bidu ta' proċedimenti ta' riorganizzazzjoni;
  4. fużjoni, separazzjoni ta' fużjoni jew qsim ta' fondi ta' kumpanija b'ishma konġunti, jew miżura jew deċiżjoni msemmija fil-leġiżlazzjoni dwar il-komunitajiet u l-fondazzjonijiet, li jridu jitħabbru fil-Gazzetta Uffiċjali; jew
  5. avviżi tal-uffiċjal ġudizzjarju.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn li jkunu meħtieġa biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali b'att, digriet jew deċiżjoni oħra maħruġa minn qorti inferjuri.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar taħrikiet pubbliċi maħruġa mill-qrati distrettwali, kif ukoll provi ta' dejn f'falliment jew riorganizzazzjoni. Avviżi magħmula minn awtoritajiet oħrajn li jiżdiedu mar-reġistru jinkludu taħrikiet pubbliċi maħruġa minn awtoritajiet tar-reġistru kummerċjali, avviżi ta' fużjonijiet u ħall ta' fużjonijiet ta' kumpaniji u avviżi relatati mal-bejgħ ta' beni maqbuda ppubblikati mill-awtoritajiet tal-qbid: diskussjoni dwar il-qsim tal-beni, l-iffurmar tal-ftehimiet tal-kredituri u korrispondenza mal-kredituri.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika notifikazzjonijiet, avviżi u dokumenti oħrajn maħruġa minn diversi organizzazzjonijiet.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Reġistru tal-avviżi: iva

Il-Gazzetta Uffiċjali: Il-kopji PDF ilhom b'xejn mill-2011. Bażi ta' data miżmuma minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCredita hija suġġetta għal ħlas:

Utent wieħed, prezz għal kull liċenzja: EUR 185 pa, 2–5 utenti, prezz għal kull liċenzja: EUR 135 pa, iktar minn 5 utenti, prezz għal kull liċenzja: EUR 115 pa

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' tfittex l-entrati fir-reġistru tal-avviżi permezz tal-parametri li ġejjin:

It-tip ta' avviż

Is-suġġett tal-avviż

L-ID tan-negozju / id-data tat-twelid / is-sena tat-twelid

Id-data ta' maturità

Id-domiċilju

In-numru tal-każ maħruġ mill-qorti distrettwali

Fil-bażi ta’ data bil-ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali hemm ukoll il-possibbiltà ta' tiftix skont kelma ewlenija mingħajr restrizzjoni.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Ir-reġistru tal-avviżi: mill-1 ta' April 2004

Il-Gazzetta Uffiċjali: mill-2011

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Ir-reġistru tal-avviżi: le

Il-Gazzetta Uffiċjali: It-tiftix jista' jiġi ssejvjat u n-notifikazzjonijiet jaslu fil-posta elettronika meta tintuża l-bażi ta' data bi ħlas.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018