Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali

Jekk inti suspettat jew jekk ġejt akkużat li wettaqt reat kriminali, dawn l-iskedi informattivi se jispjegawlek il-proċess kriminali u l-istadji differenti involuti. Hawn issib spjegazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tiegħek f’kull stadju, mill-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali sal-proċess innifsu u anki wara li dan jintemm. L-iskedi informattivi jipprovdu wkoll informazzjoni dwar kif jiġu trattati r-reati minuri, bħar-reati tat-traffiku fit-triq.


Jekk inti suspettat jew jekk ġejt akkużat li wettaqt delitt, inti għandek ċerti drittijiet garantiti mil-liġi li jridu jiġu rispettati. Jeħtieġ li tkun taf x’inhuma dawn id-drittijiet u li tkun infurmat kompletament dwar dak li jkun qed jiġri matul l-istadji differenti tal-proċess kriminali.   L-iskedi informattivi jkopru oqsma prinċipali, inkluż liema hija l-awtorità li twettaq l-investigazzjonijiet, kif tikseb parir legali, ir-rwoli u d-drittijiet ta' entitajiet u uffiċjali differenti kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe skadenzi li jistgħu japplikaw waqt il-proċess u l-għajnuna li tista’ tingħatalek. Għandek issib ukoll informazzjoni dwar l-obbligi tiegħek waqt il-proċess.

Peress li s-sitwazzjoni minn pajjiż għal ieħor hija differenti, huwa importanti li tifhem il-proċess u li tkun kompletament konxju tad-drittijiet u l-obbligi tiegħek. Waqt li taqra dawn l-iskedi informattivi, ħu nota tar-rwoli u ta’ xi skadenzi li japplikaw.

L-iskedi informattivi li ġejjin se jiggwidawk fl-istadji l-iktar importanti tal-proċeduri kriminali f'kull Stat Membru, billi jispjegawlek id-drittijiet tiegħek u r-regoli bażiċi li trid issegwi biex tkun tista' teżerċitahom.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Din l-informazzjoni ma tissostitwix il-parir legali u hija maħsuba biex isservi biss ta’ gwida. Jekk teħtieġ l-għajnuna, dejjem ivverifika ma’ avukat jew ma' xi espert ieħor biex tistabbilixxi x'inhuma l-fatti li japplikaw għas-sitwazzjoni partikolari tiegħek.

F'dawn l-iskedi informattivi hu meqjus li kwalunkwe referenza għal persuna ta' sess maskil hija wkoll referenza għal persuna ta’ sess femminil u viċe versa, sakemm il-kuntest ma jkunx jindika biċ-ċar mod ieħor.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Belġju

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiżl-Olandiż diġà ġew tradotti.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw dak li jiġri meta wieħed ikun issuspettat b’reat ittrattat permezz ta’ proċess quddiem qorti. Għal tagħrif dwar kontravenzjonijiet minuri bħal kontravenzjonijiet tat-traffiku li normalment ikunu punibbli b’piena fissa bħal multa, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-iskeda informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ xi reat, inti tista’ ssib tagħrif sħiħ dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Il-proċedura kriminali fil-qosor

Hawn taħt ser issib tagħrif fil-qosor dwar l-istadji normali ta’ proċedura kriminali

Il-qrati istruttorji

Il-Kamra tal-Kunsill u x-chambre des mises en accusation (fuq appell) huma qrati istruttorji. Dawn jivverifikaw il-legalità tal-mandat ta’ arrest, jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-arrest preventiv, jassiguraw il-kontroll tal-investigazzjoni u jiddeċiedu dwar ir-rinviju eventwali quddiem qorti kompetenti.

Proċedura quddiem il-Kamra tal-Kunsill:

  • taħrika permezz ta’ ittra rreġistrata;
  • konsultazzjoni tal-atti tal-proċess;
  • talba sabiex jitlesta x-xogħol addizzjonali qabel is-seduta;
  • smigħ dwar l-eżistenza ta’ provi suffiċjenti sabiex wieħed jiġi akkużat;
  • il-każ jiġi ddeliberat u tiġi ffissata l-ġurnata tal-qari tas-sentenza;
  • qari tas-sentenza tar-rinviju. Ħlief f’każ ta’ eċċezzjoni legali, l-akkużat m’għandu l-ebda dritt li jappella kontra din id-deċiżjoni.

Il-qrati kriminali

Jekk inti tiġi akkużat b’delitt (reat punibbli b’multa ta’ mill-inqas 26 Euro u/jew bi priġunerija ta’ tmint ijiem sa 5 sena), inti titressaq quddiem il-qorti kriminali li tistabbilixxi jekk intix ħati tal-fatti attribwiti lilek, tippronunzja l-liberazzjoni jew il-kundanna tiegħek, u eventwalment tistabbilixxi l-ammont ta’ flus li għandu jingħata bħala kumpens għad-danni lill-vittmi. Il-qorti kriminali tista' ttik piena massima ta' 20 sena priġunerija għal delitt imnaqqas bil-liġi għal-livell ta' reat serju.

Proċedura quddiem il-qrati kriminali:

  • taħrika mill-marixxall;
  • konsultazzjoni tal-atti tal-proċess;
  • smigħ quddiem il-qorti;
  • deliberazzjoni tal-imħallef għal xahar;
  • qari tas-sentenza;
  • dritt ta' appell.

Il-Qorti Kriminali (cour d'assises)

Jekk inti tiġi akkużat b’reat (vjolazzjoni punibbli bil-piena massima ta’ priġunerija għal għomrok), inti titressaq quddiem il-Qorti Kriminali. Ġurija kkostitwita minn 12-il ġurat magħżula minn fost il-pubbliku tiddeċiedi jekk intix ħati tal-akkużi. Flimkien mal-qorti, li tkun magħmula minn tliet imħallfin, dawn il-ġurati jiddeċiedu liema piena se tieħu, jekk inti tinstab ħati. Madankollu hija l-qorti li tiddeċiedi l-kumpens u l-interessi għad-danni li għandhom jingħataw lill-vittmi, jekk dawn jitolbuhom.

Proċedura quddiem il-Qorti Kriminali:

  • sentenza ta’ rinviju tax-chambre des mises en accusation, u taħrika mill-marixxall;
  • konsultazzjoni tal-atti tal-proċess (tista’ titlob kopja bla ħlas);
  • smigħ preliminari: issir il-lista tax-xiehda, u dik tal-ġurati bil-polza;
  • smigħ tal-kawża;
  • diskussjoni dwar il-ħtija, imbagħad eventwalment dwar is-sentenza, u wara dwar l-interessi ċivili;
  • l-ebda appell (possibbiltà ta’ appell fil-qorti tal-Kassazzjoni).

Inti tista’ ssib dettalji dwar dawn l-istadji kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Dan it-tagħrif m’għandux jieħu post il-konsultazzjoni ma’ avukat u għandu jservi biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk tixtieq tilmenta. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek kif għandek tressaq l-ilment tiegħek u quddiem min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Konsultazzjoni ma’ avukat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta

  • Arrest u interrogatorju mill-pulizija
  • Il-fajl tal-informazzjoni
  • Il-fajl tal-investigazzjoni
  • Każ partikolari: l-arrest preventiv
  • L-għeluq tal-investigazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Kontravenzjonijiet tat-traffiku u kontravenzjonijiet minuri oħrajn


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

1 – Konsultazzjoni ma’ avukat

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.

Huwa importanti ħafna li tikseb pariri indipendenti mingħand avukat meta b’xi mod tkun involut fi proċedura kriminali. L-iskedi ta’ informazzjoni jgħidulek meta u f’liema ċirkostanzi għandek id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll kif jgħinek l-avukat. Din l-iskeda ta’ informazzjoni ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-kontijiet tal-avukat jekk inti m’intix f’kundizzjoni li tħallashom.


Kif issib avukat?

Kull avukat Belġjan jiddependi mill-Avukatura tad-distrett ġudizzjarju fejn jinsab l-uffiċċju tiegħu. Fi Brussell, din hija magħmula minn żewġ ordnijiet, waħda li tiġbor fiha lill-avukati li jitkellmu bil-Franċiż, u l-oħra li tiġbor fiha l-avukati li jitkellmu bl-Olandiż.

Il-Kulleġġ tal-Avukati Frankofoni u Ġermanofoni (Ordre des Barreaux francophones et germanophone - O.B.F.G) jinkludi lill-avukati tar-reġjun tal-Vallonja u lill-avukati Franċiżi ta’ Brussell (ordre français bruxellois).

L-ordni Olandiża tal-kapitali u l-avukati Fjammingi huma miġbura fl-“Orde van de Vlaamse Balies” (O.V.B.)

Il-lista tal-avukati tinsab fuq id-direttorju jew fil-Yellow Pages, jew fuq l-Internet (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://avocats.be/fr jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.advocaat.be/). Tista’ tfittex avukat li normalment jiddefendi persuni mħarrka quddiem il-qrati kriminali billi tfittex taħt “termini preferenzjali” (‘voorkeurmaterië” bl-Olandiż), titlu “liġi kriminali” (“strafrecht” bl-Olandiż).

Tista’ wkoll issib avukat qrib tiegħek, billi tagħmel tfittxija skont il-belt jew id-distrett ġudizzjarju.

Is-segretarjat ta’ kull avukatura jista’ wkoll jagħtik il-lista tal-avukati tagħha.

Tista’ wkoll tikkuntattja direttament avukat li ġie rrakkomandat lilek, permezz tal-posta elettronika, ta' ittra jew bit-telefown.

Kif tħallas lill-avukat?

Normalment inti trid tħallas lill-avukat. Jista’ jitolbok depożitu qabel kwalunkwe intervent. Il-liġi ma tistabbilixxix l-ammont tad-drittijiet tal-avukat. Madankollu, l-avukat għandu jinfurmak dwar kif ser jitħallas: jew ħlas bis-siegħa skont il-ħin li tieħu d-difiża tiegħek jew somma fissa skont l-azzjoni meħtieġa (konsultazzjoni, qari tal-każ, difiża, …).

Ma’ dawn jiżdiedu l-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċju tiegħu u  l-ispejjeż tal-ġudikatura.

Jekk m’għandekx ir-riżorsi meħtieġa biex tħallas lill-avukat tiegħek, tista’ titlob għajnuna legali bla ħlas lill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali li minnu jiddependi l-avukat tiegħek. Il-lista tal-uffiċċju ta’ kull distrett hija disponibbli fuq l-Internet:

Jekk inti tirċievi għajnuna soċjali mħallsa mis-C.P.A.S (Ċentru Pubbliku tal-Għajnuna Soċjali), dħul garantit lill-anzjani, benefiċċji ta’ sostituzzjoni ta’ dħul għall-persuni b’diżabilità, għandek xi tfal dipendenti  minnek li jirċievu benefiċċji tal-familja, inti inkwilin ta’ dar soċjali, għadek taħt l-età, għandek xi dejn (aġġudikazzjoni kollettiva), int ħabsi, akkużat imħarrek b’multa jew għandek xi mard mentali, inti tingħata għajnuna legali ta’ avukat bla ħlas.

Dan japplika wkoll jekk inti tgħix waħdek u għandek dħul fix-xahar ta’ inqas minn €860, jew jekk inti tgħix ma’ xi ħadd ieħor u t-total tad-dħul tal-adulti li jgħixu miegħek huwa ta’ inqas minn €1.104 (flimkien ma’ €145,16  għal kull persuna dipendenti).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta u l-investigazzjoni u qabel il-każ jitressaq quddiem il-qorti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Għalfejn isiru l-inkjesta u l-investigazzjoni kriminali?

Dawn iservu sabiex jinġabru l-provi li jistabbilixxu r-reat, u sabiex ikunu vverifikati l-elementi li jistgħu jeżoneraw lill-persuna ssuspettata jew li permezz tagħhom jintwera li ma seħħx reat.

X’inhuma l-istadji tal-inkjesta u tal-investigazzjoni? Min iwettaq kull stadju?

Il-pulizija tinvestiga r-reati, min iwettaqhom u tiġbor il-provi.

Meta hija tissuspetta l-eżistenza ta’ xi reat, hija tavża lill-Prosekutur tal-Kuruna, li jiddeċiedi:

  • jew li ma jieħu l-ebda azzjoni;
  • jew li jkompli l-inkjesta huwa stess (informazzjoni);
  • jew li jitlob lil xi maġistrat inkwerenti jagħmel inkjesta dwar xi fatt speċifiku, u mhux dwar xi persuna partikolari (investigazzjoni).

Il-Prosekutur tal-Kuruna għandu inqas setgħat mill-maġistrat inkwerenti. Il-maġistrat inkwerenti jew il-Prosektur tal-Kuruna jmexxi l-inkjesta u jagħti struzzjonijiet lill-pulizija li jwettqu d-dmirijiet investigattivi bil-mod stipulat (intervisti, perkwiżizzjonijiet, ġbir ta’ kampjuni tad-DNA,…).

Meta tintemm l-inkjesta

Jekk il-każ qiegħed għall-informazzjoni, il- Prosekutur tal-Kuruna jista’:

  • ma jieħux azzjoni;
  • jipproponi patteġġament: iwaqqaf l-azzjoni pubblika (ebda prosekuzzjoni) u titħallas somma flus (il-proċedura klassika f’każ ta’ reati tat-traffiku);
  • jipproponi medjazzjoni kriminali, għar-reati minuri: l-ebda prosekuzzjoni, iżda min iwettaq ir-reat ikollu jikkumpensa lill-vittma u, jekk ikun meħtieġ, jingħata kura jew taħriġ;
  • iħarrek direttament lis-suspettat quddiem il-qorti li tiddeċiedi dwar il-mertu;
  • iħarrek l-akkużat biex jidher quddiem qorti permezz ta’ proċess verbali: it-taħrika tingħata lill-akkużat meta jiġi arrestat (għal mhux aktar minn 24 siegħa), jew jippreżenta ruħu quddiem il-Prosekutur tar-Re, sabiex titħaffef il-proċedura.

Jekk il-każ qiegħed għall-investigazzjoni, il-każ jiġi kkomunikat lill-prosektur li jagħmel is-sottomissjonijiet finali. Wara, l-akkużat jista’ jaqra l-fajl tiegħu. Dan jissejjaħ quddiem il-Kamra tal-Kunsill li, wara li tkun semgħet ir-rapport tal-inkjesta tal-maġistrat inkwerenti, il-parti(jiet) ċivili eventwali (vittmi), l-akkuża tal-Prosekutur u d-dikjarazzjoni tad-difiża, jista’:

  • jew jibgħat il-każ għand il-maġistrat inkwerenti għal aktar investigazzjoni;
  • jew, jekk l-inkjesta tkun lesta:
  • jiddifferixxi s-sentenza jekk smigħ pubbliku jista' jikkawża ħsara lill-akkużat;
  • jippronunzja t-tqegħid f’istituzzjoni ta’ difiża soċjali, jekk il-persuna tkun wettqet reat fi stat gravi ta’ żbilanċ mentali li ma ħallewhiex tikkontrolla l-azzjonijiet tagħha fil-mument tal-fatti u għadha f’dan l-istat;
  • jirreferi l-kawża għal sentenza quddiem il-qorti kompetenti (tribunal tal-pulizija jew kriminali); jekk iqis li l-fatti jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali (Cour d’Assises), il-Kamra tagħti ordni li d-dokumenti jintbagħtu lill-Prosekutur Ġenerali, peress li x-Chambre des mises en accusation biss tista’ tirreferi l-każ quddim il-Qorti Kriminali (Cour d’Assises).

Id-dritt għall-appell tal-akkużat, ristrett għal ċerti kwistjonijiet ta’ proċedura, jista’ jiġi eżerċitat quddiem x-Chambre des mises en accusation.

Waqt l-inkjesta, l-imħallef inkwerenti jista’ joħroġ mandat ta’ arrest f'ċerti kundizzjonijiet:

  • l-eżistenza ta’ ħjiel serju ta’ ħtija;
  • fatti li huma jġorru piena ta' mill-inqas sena priġunerija;
  • u ħtieġa assoluta ta’ sigurtà pubblika.

Jekk il-massimu tal-piena applikabbli ma jaqbiżx il-ħmistax-il sena priġunerija, il-mandat jista’ jinħareġ biss jekk jeżistu raġunijiet serji li wieħed jinkwieta dwar riskju ta’ ħarba, reċidività, evażjoni mill-ġustizzja, għajbien ta’ provi jew kompliċità ma’ terzi persuni.

L-akkużat jidher quddiem il-Kamra tal-Kunsill fi żmien ħamest ijiem minn meta jinħareġ il-mandat, imbagħad kull xahar, sakemm tingħalaq l-investigazzjoni (kull tliet xhur jekk ir-reat ikun wieħed inqas gravi).

Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta u l-investigazzjoni

L-arrest u l-interrogazzjoni mill-pulizija (1)

F’liema każijiet u għal kemm żmien nista’ niġi mċaħħad mil-libertà mill-pulizija?

Inti tista’ tiġi mċaħħad mil-libertà f’każ ta’ delitt jew reat ovvju, jew fuq talba tal-Prosekutur tal-Kuruna jew tal-imħallef inkwerenti meta jkun hemm ħjiel serju ta’ ħtija. L-arrest mill-pulizija ma jistax idum iktar minn 24 siegħa.

Nista’ niġi mfittex?

Iva, waqt l-arrest tiegħek jew jekk ikun hemm suspett li għandek xi arma jew oġġett perikoluż, jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku.

Il-pulizija tista’ tidħol għandi?

Iva, f’każ ta’ delitt ovvju jew bil-kunsens tiegħek.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fl-uffiċċju jew fil-karozza tiegħi?

Iva, bħal fil-każ tad-dar. Madankollu ċerti postijiet huma invjolabbli u oħrajn huma speċifikament protetti: it-tiftix fihom jitlob proċedura partikolari (uffiċċju ta’ diplomatiku, ta’ membru parlamentari, postijiet ta’ kustodja tas-sigriet professjonali, …).

Il-karozza tiegħek tista’ tiġi perkwiżita jekk ikun hemm suspett li din intużat f’xi reat, li ġarret persuni mfittxija, provi jew evidenza, jew oġġetti ta’ periklu għall-ordni pubbliku.

Nista’ nikkuntattja xi membru tal-familja, ħabib, tabib, jew xi membru tal-ambaxxata tiegħi?

Inti tiġi eżaminat minn tabib jekk il-pulizija jqisu li hemm il-ħtieġa jew fuq talba. F’dan l-istadju, il-pulizija jiddeċiedu jekk iħallukx iċċempel jew le. Jekk inti taħt l-età, il-pulizija huma obbligati li jinformaw bil-miktub jew verbalment lill-ġenituri, lit-tutur tiegħek jew lil min jieħu ħsiebek mill-aktar fis possibbli.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt l-interrogazzjoni tal-pulizija?

Inti għandek dritt li ma tgħid xejn sabiex ma tinkriminax lilek innifsek, jiġifieri li ma tikkollaborax fil-ġbir ta’ provi kontrik.

Qabel ma tibda l-interrogazzjoni, għandek tiġi infurmat:

  • li tista’ titlob li l-mistoqsijiet kollha li jkunu sejrin isirulek u t-tweġibiet li tagħti jitniżżlu eżattament kif ikunu ntqalu;
  • li tista’ titlob li jsir ċertu att ta’ informazzjoni jew ta' smigħ;
  • li l-istqarrijiet tiegħek jistgħu jintużaw bħala provi fil-qorti.

Tista’ tuża d-dokumenti fil-pussess tiegħek, mingħajr ma dan iwassal għall-posponiment tal-interrogatorju. Waqt l-interrogatorju jew wara, inti tista’ titlob li dawn id-dokumenti jiġu inklużi mal-proċess verbali tas-smigħ jew ippreżentati fir-Reġistru.

Meta tintemm l-intervista, il-proċess verbali jingħatalek biex taqrah, sakemm ma titlobx li jaqrawhulek. Jistaqsuk ukoll jekk tridx tirranġa jew iżżid xi ħaġa mal-istqarrija tiegħek.

Jekk tixtieq tesprimi ruħek f’lingwa differenti minn dik tal-proċedura, jissejjaħ interpretu marbut b’ġurament, l-istqarrija tiegħek tittieħed fil-lingwa tiegħek, jew tintalab tiktibha inti stess. Jekk l-interrogatorju jsir bl-għajnuna ta’ interpretu, l-identità u l-professjoni tiegħu jiġu msemmija.

Inti tiġi infurmat jekk tistax tingħata kopja tal-istqarrija tiegħek bla ħlas.

Tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-pulizija għandhom aċċess għall-uffiċċjuċentrali tal-kondotti.

Nista’ nkun assistit mill-avukat tiegħi?

L-avukat tiegħek ma jistax ikun preżenti waqt is-smigħ tiegħek u ma jistax jiltaqa’ miegħek sakemm tkun miżmum f’dawk l-24 siegħa.

Il-fajl tal-informazzjoni (2)

L-inkjesta titmexxa mill-Prosekutur tal-Kuruna. L-informazzjoni preliminari tkun inkwiżitorjali: sigrieta, miktuba u mhux kontenzjuża.

X’jista’ jagħmel il-Prosekutur tal-Kuruna waqt il-fażi ta’ informazzjoni?

Ħlief għal xi eċċezzjoni legali, l-atti ta’ informazzjoni ma jistgħux jinkludu atti ta’ ġegħil u lanqas jippreġudikaw id-drittijiet u l-libertajiet individwali. Il-konfiska tal-proprjetà tista’ ssir taħt ċerti kundizzjonijiet.

Il-Prosekutur tal-Kuruna jista’, inter alia:

  • imur fuq il-post fejn seħħ ir-reat,
  • jisma’ jew iqabbad lill-pulizija jisimgħu xi persuni ssuspettati jew xiehda,
  • jarresta lil xi ħadd (għajr f’każ ta’ delitt ovvju) għal 24 siegħa,
  • jitlob analiżi tad-DNA bil-kunsens tas-suspettat,
  • jinterċetta u jieħu l-posta (iżda ma jiftaħhiex),
  • jikseb tagħrif bankarju skont ċerti kundizzjonijiet,
  • jagħmel perkwiżizzjonijiet f’każ ta’ delitt ovvju jew bil-kunsens ta’ sid il-post,
  • jara li jsiru metodi ta’ riċerka partikolari li jistgħu jkunu intrużivi ħafna.

X’nista’ nagħmel jekk att ta’ żvelar ta' informazzjoni jikser id-drittijiet tiegħi?

Tista’ titlob li jitneħħa permezz ta’ talba mmotivata, is-sommarju kriminali, pereżempju jekk il-proprjetà tiegħek tinqabad bħala prova. Il-Prosekutur tal-Kuruna ikollu 15-il ġurnata biex jiddeċiedi. F’każ li ma tingħatax tweġiba, jew li tingħata tweġiba negattiva, inti tista’ tippreżenta rikors quddiem x-Chambre des mises en accusation.

Tista’ wkoll, f’dan il-każ, titlob lill-Prosekutur tal-Kuruna biex jawtorizza lill-Uffiċċju ċentrali għall-Qbid u l-Konfiska jbiegħ il-proprjetà, jew li jirritornaha bl-għoti ta' garanzija.

Jista’ jkolli aċċess għall-fajl?

B’differenza mis-sistema ta’ investigazzjoni, m’hemm l-ebda regola partikolari li torganizza l-komunikazzjoni totali jew parzjali tal-fajl lill-partijiet involuti fl-istadju tal-informazzjoni. Inti tista’ titlob l-aċċess għall-fajl lill-Prosekutur tal-Kuruna li għandu s-setgħa diskrezzjonali li jaċċetta jew jirrifjuta.

Nista’ ninfluwenza l-eżitu tal-fajl?

Le. Il-Prosekutur tal-Kuruna jieħu deċiżjoni waħdu rigward jekk jieħux azzjoni, idaħħalx imħallef inkwerenti, iħarrkekx jew iħarrkekx permezz ta’ proċess verbali quddiem il-qorti, jew jipproponilekx alternattiva sabiex iwaqqaf l-azzjoni pubblika (ftehim jew medjazzjoni: f’dan il-każ ma jkunx hemm proċess jekk tħallas il-multa jew jekk tirrispetta l-kundizzjonijiet imposti waqt il-medjazzjoni).

Każ għall-investigazzjoni (3)

L-investigazzjoni titmexxa taħt id-direzzjoni u l-awtorità tal-maġistrat inkwerenti, imqabbad mill-Prosekutur tal-Kuruna, jew mill- allegata vittma ta’ reat permezz ta’ ilment fi proċedura ta’ azzjoni ċivili.

X’inhuma l-azzjonijiet li jista’ jitlob maġistrat inkwerenti?

Huwa jista’ juża l-atti kollha li jista’ juża l-Prosekutur tal-Kuruna, u mezzi ta’ koerzjoni importanti: joħroġ mandat ta’ arrest, jordna l-interċettazzjoni tat-telefonati, perkwiżizzjonijiet mingħajr kunsens, metodi aktar estensivi ta’ tiftix partikolari,…

Għandi ninstema’ mill-maġistrat inkwerenti?

L-interrogatorju mill-maġistrat inkwerenti huwa obbligatorju biss f’każ li jinħareġ mandat ta’ arrest.

Il-maġistrat għandu jgħidli li jeżisti każ?

Il-maġistrat fil-prinċipju għandu jakkużak jekk jeżistu provi serji kontrik. L-akkuża ssir wara smigħ jew permezz ta’ ittra, u tagħtik id-dritt li titlob l-aċċess għall-fajl kriminali u d-dritt li titlob miżuri ta’ investigazzjoni ulterjuri.

Il-maġistrat jista’ jordna li jinterċettawli t-telefonati li nagħmel jew li nirċievi?

Iva, filwaqt li jirrispetta ċerti kundizzjonijiet legali speċifiċi ħafna.

Nista’ noġġezzjona għal xi perkwiżizzjoni?

Id-dar tiegħek tista’ tiġi mfittxija jekk il-maġistrat jiffirma mandat ta’ tfittxija, u jekk it-tfittxija ssir bejn il-5:00 u d-9:00 ta’ filgħaxija, ħlief għal xi eċċezzjonijiet.

Il-maġistrat jista’ jobbligani fiżikament li jittieħidli kampjun tad-DNA?

Iva, taħt ċerti kundizzjonijiet.

X’nista’ nagħmel kontra xi att fl-investigazzjoni li jikser id-drittijiet tiegħi?

Tista’ tiftaħ proċedura sommarja kriminali (cf. Informazzjoni).

Jista’ jkolli aċċess għall-fajl waqt l-inkjesta?

Jekk inti akkużat mhux arrestat, tista’ titlob l-aċċess għall-fajl permezz ta’ talba indirizzata lill-maġistrat inkwerenti, li jista’ jirrifjutalek l-aċċess iżda għandu jiġġustifika r-rifjut tiegħu. F’każ li l-maġistrat ma jweġibx jew f’każ ta’ tweġiba negattiva, tista’ tappella quddiem x-Chambre des mises en accusation.

Nista’ nitlob li jsiru ċerti atti investigattivi?

Iva, kemm jekk tkun arrestat kif ukoll jekk le. Tista’ tagħmel dan permezz ta’ talba. Il-maġistrat inkwerenti jista’ jirrifjutaha jekk iqis li l-miżura m’hijiex meħtieġa biex tintwera l-verità jew li hija ta’ detriment għall-investigazzjoni. Teżisti l-possibbiltà ta’ appell.

Każ partikolari: l-arrest preventiv (4)

Kif għandha ssir l-interrogazzjoni quddiem l-imħallef?

Interrogazzjoni qabel il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest għandha sseħħ fi żmien 24 siegħa miċ-ċaħda tal-libertà taħt piena ta’ nullità tal-mandat ta’ arrest. L-interrogazzjoni għandha tirrigwarda b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ mandat u l-fatti allegati.

L-avukat tiegħek ma jistax ikun preżenti.

Nista’ ninstema’ mill-imħallef aktar tard?

Tista’ titlob interrogazzjoni rikapitulattiva. Din hija l-unika interrogazzjoni fejn l-avukat tiegħek jista’ jkun preżenti.

Meta nista’ nara lill-avukat tiegħi?

Wara l-ewwel smigħ tiegħek mill-maġistrat inkwerenti.

Nista’ nikkontesta l-legalità jew ir-raġunijiet tal-mandat ta’ arrest?

Ma tistax tappella d-deċiżjoni ta’ tqegħid taħt mandat ta’ arrest.

Fi żmien ħamest ijiem minn meta joħroġ il-mandat, inti tidher quddiem il-Kamra tal-Kunsill. Lejliet, jngħatalek aċċess għall-fajl tiegħek. L-avukat tiegħek jew inti stess tistgħu titolbu r-rilaxx tiegħek.

L-avukat tiegħek jista’ jqajjem irregolarità fil-mandat biss waqt din l-ewwel dehra quddiem il-Kamra tal-Kunsill (u fl-appell). Jekk jiġi kkonfermat il-mandat ta’ arrest, inti għandek id-dritt tal-appell. Fi żmien 15-il ġurnata għandek tidher quddiem x-Chambre des mises en accusation. F’każ li din l-iskadenza ma tiġix irrispettata, inti tinħeles minnufih.

Il-konferma tal-arrest hija valida għal xahar (jew tliet xhur). Inti tista’, f’kull seduta, tikkontesta l-adegwatezza tal-mandat ta’ arrest u/jew l-evidenza ta’ ħtija. Il-fajl ikun għad-dispożizzjoni tiegħek jumejn qabel kull seduta.

Nista’ nkellem lil terzi persuni fil-ħabs?

Dejjem tista’ tkellem lill-avukat tiegħek.

Iżda l-maġistrat inkwerenti jista’ ma jħallikx tkellem lil kwalunkwe persuna oħra għal massimu ta’ tlett ijiem.

Meta nista’ ninħeles?

Fi kwalunkwe ħin mill-maġistrat inkwerenti, jew fuq deċiżjoni tal-qrati istruttorji waqt is-smigħ tiegħek. Il-libertà tista’ tkun kundizzjonata jew b’garanzija.

Jien ċittadin ta’ pajjiż ieħor. Għandi nkun preżenti waqt il-kumpilazzjoni?

Jista’ jinħareġ mandat ta’ arrest jekk ikun hemm riskju ta’ evażjoni mill-ġustizzja. Il-maġistrat inkwerenti jew il-qrati istruttorji jistgħu jagħtuk il-libertà fuq garanzija. Inti tista’ tiġbor lura s-somma ta’ flus imħallsa jekk tidher f’kull stadju tal-proċedura.

Jekk tinħeles, inti tintalab tidher għas-smigħ, u fil-prinċipju quddiem qorti tal-prim’istanza. Il-maġistrat inkwerenti jista’ jordnalek, permezz ta’ ordni ta’ libertà kundizzjonata, sabiex ma titlaqx mill-pajjiż. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu estiżi għal perjodu ta’ tliet xhur. Inti tista’ tikkontestahom quddiem il-Kamra tal-Kunsill.

Għeluq tal-istruttorja (5)

X’nista’ nagħmel jekk l-inkjesta ddum?

Wara sena, tista’ tagħmel talba mmotivata lix-Chambre des mises en accusationli tikkontrolla l-andament tal-inkjesta.

Il-kapi ta’ akkuża/ta’ ħtija jistgħu jitbiddlu qabel il-proċess?

Il-Prosekutur tal-Kuruna jaqra l-każ mibgħut mill-imħallef u jispeċifika l-akkużi li għalihom l-akkużat għandu jwieġeb quddiem il-qorti. Jista’ wkoll jagħmel talba għal rinunzja għall-kawża, jew inkella jitlob lill-imħallef jagħmel ċerti investigazzjonijiet ulterjuri. Il-piena tista’ wkoll titbiddel mill-Prosekutur tal-Kuruna f’din l-okkażjoni, jew mill-Kamra tal-Kunsill li jiddeċiedi l-futur tal-kawża.

 

Nista’ nwieġeb ħati tal-akkużi kollha jew xi wħud minnhom qabel il-proċess?

Le, inti titqies innoċenti sal-kundanna definittiva tiegħek minn qorti tal-prim’istanza.

Kif isir l-għeluq tal-kawża?

Il-Kamra tal-Kunsill tiddeċiedi wara li tkun semgħet ir-rapport tal-maġistrat inkwerenti, il-parte civile, il-prosekutur u d-difiża:

  • li tirreferi lill-akkużat quddiem il-qorti kompetenti;
  • li tiddikjara r-rinunzja għall-kawża;
  • li tagħti d-differiment tas-sentenza: il-fatti jiġu ddikjarati stabbiliti, iżda ma tingħata l-ebda piena. L-imħallef jistabbilixxi terminu ta’ prova, li jista’ jkun jinkludi xi kundizzjonijiet li għandhom ikunu rrispettati;
  • li timplimenta l-Att tal-Protezzjoni Soċjali (l-irkupru).

X’inhuma d-drittijiet tiegħi f’din il-fażi?

Tista’ taqra l-fajl tiegħek u tieħu kopji tad-dokument qabel is-seduta quddiem il-Kamra tal-Kunsill. Tista’ wkoll titlob inkjesti addizzjonali permezz ta’ mozzjoni. Jekk il-maġistrat inkwerenti jirrifjuta li jwettaqhom, inti għandek id-dritt li tappella quddiem ix-Chambre des mises en accusation.

Nista’ nappella?

Ma tistax tressaq appell kontra ordni ta’ rinviju, ħlief f’każ ta’ irregolarità, ta’ ommissjoni jew ta’ invalidità li jaffettwa att investigattiv, il-kisba tal-provi jew l-ordni ta’ rinviju, jekk tinvoka raġuni għall-inammissibbiltà jew it-terminazzjoni tal-azzjoni pubblika,

Nista’ niġi akkużat b’reat li nkun ġejt  mixli bih fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

Fil-prinċipju le.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

3 – Id-drittijiet tiegħi quddiem it-tribunal/il-qorti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Olandiż diġà ġew tradotti.


Fejn isir il-proċess?

  • It-tribunal tal-pulizija jittratta r-reati l-inqas serji (reati punibbli b’multa ta’ 1 sa 25 Euro (ksur tal-kodiċi rurali, …) u l-ksur kollu tal-liġi tat-traffiku (inċidenti fatali, …);
  • It-tribunal korrettiv jittratta d-delitti jew ir-reati korrettivi (dawk li għalihom setgħu jiġu ammessi immedjatament xi ċirkostanzi mitiganti);
  • Il-Qorti bil-Ġurija tittratta r-reati l-aktar serji (dawk li għalihom ma jistgħux jew m’għandhomx jiġu aċċettati ċirkostanzi mitiganti).

Il-proċess ikun pubbliku?

Fil-prinċipju, il-proċess ikun pubbliku u jsir f’awla aċċessibbli għal kulħadd (spettaturi, ġurnalisti) ħlief jekk is-sigurtà ma tippermettix dan.

Meta inti tkun involut f’każ sesswali (stupru, …), tista’ titlob lill-qorti li tlaqqa’ s-seduta in camera, jiġifieri li tillimita l-aċċess fl-awla għall-persuni involuti fil-proċess.

Jekk il-każ jirrigwarda l-arrest ta’  kriminal li m’huwiex responsabbli tal-azzjonijiet tiegħu minħabba stat gravi ta’  mard mentali, dan jista’ jitlob li l-proċess isir fil-magħluq, u l-prosekutur pubbliku jista’ jopponi.

Min jiddeċiedi l-kawża?

Imħallfin professjonali quddiem it-tribunal tal-pulizija jew il-qorti kriminali. Iżda, fil-Qorti bil-Ġurija, 12-il ġurat jiddeċiedu huma waħedhom dwar il-ħtija tal-akkużat. Huma jiddeċiedu wkoll il-piena flimkien ma’ tliet maġistrati.

Il-kapi tal-akkuża jew preġudizzji jistgħu jinbidlu waqt il-proċess?

L-akkużi jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod differenti mill-prosekuzzjoni u mill-imħallef. Pereżempju, jekk inti kissirt il-ħġieġa ta’ karozza, il-prosekutur jista’ jfittxek għal attentat ta’ serq meta fil-fatt, inti kellek biss l-intenzjoni li tkisser. Il-qorti tista’ tiddeċiedi mod ieħor, u tistma li dan kien dannu. Madankollu għandek tiġi avżat mill-qorti dwar dan biex ikollok il-possibbiltà li tiddefendi ruħek fuq din il-bażi ġdida.

X’jiġri jekk inwieġeb ħati għall-kapi kollha tal-akkuża jew xi wħud minnhom waqt il-proċess?

Il-piena ma tiġix imnaqqsa awtomatikament.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess?

Għandi nkun preżenti waqt il-proċess? Għandi nkun preżenti waqt il-proċess kollu?

Dejjem tista’ tkun irrappreżentat minn avukat.  B’eċċezzjoni, inti jkollok tidher personalment meta l-qorti tiddeċiedi dan b’ordni li għandha tagħtik qabel is-seduta.

Jista’ jsir mingħajri?

Jekk ma tkunx preżenti jew irrappreżentat minn avukat sabiex twieġeb għall-akkużi, il-proċess isir mingħajrek u inti tiġi ġġudikat in absentia.

Jekk ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz tal-vidjow?

Le.

Inkun megħjun minn interpretu jekk ma nifhimx il-lingwa tal-imħallef?

Iva.

Għandi bżonn avukat?

Le, għajr quddiem il-qorti bil-ġurija.

Nista’ niġi pprovdut b’avukat?

Iva taħt ċerti kundizzjonijiet (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaskeda 1).

Nista’ nibdel l-avukat?

Iva, anki mingħajr raġuni.

Nista’ nesprimi ruħi waqt il-proċess?

Iva.

Fil-proċess ikolli nitkellem?

M’intix obbligat.

Xijkunu l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess?

Għandek id-dritt li ma tinkriminax lilek innifsek, u li tiżviluppa l-istrateġija ta’ difiża tiegħek kif tixtieq. Dan jinkludi wkoll id-dritt li tibqa' sieket.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi miġjuba kontrija?

Nista’ niċħad il-provi miġjuba kontrija?

Iva.

Kif?

Billi titlob lill-imħallef biex iwettaq investigazzjonijiet ulterjuri.

Għalfejn?

Sabiex turi l-improbabbiltà tal-akkuża.

Xi provi nista’ nġib favur il-kawża tiegħi?

Preżentazzjoni ta’ kwalunkwe dokument, talba għal opinjoni oħra, smigħ ta’ xhud ġdid, …

Nista’ nuża investigatur privat biex nikseb provi favur tiegħi?

Iva.

Provi bħal dawn ikunu ammissibbli?

Iva.

Nista’ nsejjaħ xhieda biex jitkellmu favur tiegħi?

Iva.

Jien jew l-avukat tiegħi nistgħu nistaqsu mistoqsijiet lix-xhieda l-oħrajn fil-każ?

Iva, permezz tal-pulizija jew l-imħallef.

Jien jew l-avukat tiegħi nistgħu nikkontestaw dak li jgħidu?

Iva.

Tiġi kkunsidrata informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva.

  • X’tip ta’ informazzjoni?

Il-kundanni preċedenti.

  • F’liema ċirkostanzi? F’liema stadju?

Dawn jistgħu jirduppjaw l-ammont tal-piena massima u jistgħu jostakolaw il-miżuri favur.

  • Kundanni preċedenti fi Stat Membru ieħor jiġu kkunsidrati?

Iva, dawn jistgħu jiġu mgħoddija lill-imħallef.

X’jiġri meta jintemm il-proċess?

X’inhuma l-eżiti possibbli tal-proċess?

  • L-inammissibbiltà tal-akkużi jekk regola importanti ma tkunx ġiet irrispettata. Jista’ jkun madankollu li jsir proċess ġdid;
  • Li tiġi lliberat, jekk ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ppruvata l-ħtija tiegħek mingħajr dubju dettat mir-raġuni;
  • Li tinstab ħati.

F’każ ta’ kundanna, l-imħallef għandu 5 għażliet, skont it-tip ta’ reat u l-passat legali tiegħek:

  • il-piena ta’ priġunerija;
  • il-piena ta’ xogħol: li fi żmien sena twettaq xogħol mingħajr ħlas għall-komunità b’riskju li tingħata piena ta’ priġunerija jew multa;
  • multa;
  • is-sospensjoni tal-kundanna jew is-sospensjoni tas-sentenza bi jew mingħajr kundizzjonijiet (ma twettaqx aktar reati, issegwi taħriġ, ma tiffrekwentax ċerti postijiet aktar, …) għal perjodu bejn 1 sa 5 snin;
  • sempliċi dikjarazzjoni ta’ ħtija.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess?

Din tista’ tagħti l-verżjoni tagħha dwar il-fatti li jirrigwardawha u titlob kumpens finanzjarju.

Kif?

Verbalment jew billi tippreżenta nota bil-miktub.

F’liema stadju?

Waqt is-smigħ, eżatt wara li tkun ġejt interrogat mill-imħallef.

Għal tagħrif aktar komplut, ara l-iskedi dwar id-drittijiet tal-vittmi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-indirizzi tal-qrati

Sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIndirizzi tal-ħabsijiet


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li tingħata d-deċiżoni mit-tribunal jew mill-qorti  

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Nista’ nappella?

Nista’ nappella missentenza/id-deċiżjoni fil-proċess kontra l-piena?

Is-sentenza mogħtija fl-assenza tiegħek jew meta ma tkunx ġejt irrappreżentat minn avukat tingħata awtomatikament. Jeżisti rikors speċifiku, biex id-deċiżjoni tiġi revokata, li huwa dejjem previst. Hemm ukoll possibbiltà ta' appell.

Jekk is-sentenza tingħata fil-preżenza tiegħek, id-deċiżjoni hija kontenzjuża. Ir-rimedju huwa l-appell, previst biss meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet minn tribunal. L-appell għalhekk ma jeżistix kontra s-sentenzi tal-qorti tal-appell u tal-qorti tal-ġurati.

Kif? Quddiem min?

Jekk inti qed tinżamm taħt arrest, ir-rikors u l-appell jistgħu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tal-ħabs. Jekk inti liberu, r-rikos isir permezz ta’ marixxall tal-ġustizzja, filwaqt li l-appell għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li ħadet id-deċiżjoni.

Kemm għandi żmien sabiex nagħmel dan?

Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum.

  • L-iskadenza għall-preżentata tar-rikors tibda tgħodd mill-għada li ssir taf dwar l-għoti bil-miktub (notifika) tad-deċiżjoni.
  • L-iskadenza għall-appell tibda mill-jum ta’ wara dak tas-smigħ li fih ingħata l-verdett.

X’inhuma r-raġunijiet għar-rikors?

Nuqqas ta’ ftehim dwar il-fatti ddikjarati stabbiliti jew fuq punti ta' liġi.

X’jiġri jekk nippreżenta rikors?

X’jiġri jekk inkun il-ħabs meta nippreżenta rikors?

Jekk ir-rikors jirrigwarda l-każ li għalih inti qed tkun miżmum u ġejt ikkundannat għal piena ta’ ħabs, inti tibqa’ l-ħabs sakemm ma tingħata deċiżjoni oħra. F’dan il-proċess il-ġdid tista’ ssir talba għal libertà provviżorja.

Jekk inti qed tkun miżmum minħabba każ ieħor, ir-rikors ma jkollu l-ebda effett fuq is-sitwazzjoni ta’ priġunerija tiegħek.

Kemm idum sabiex jinstema’ r-rikors?

Is-smigħ tar-rikors  isir fi żmien 15-il jum mill-preżentata tarrikors jekk tkun liberu, jew fi żmien 3 ijiem jekk inti qiegħed f'kustodja. L-appell ma jsirx aktar tard minn 60 jum mir-rikors.

Nista’ nressaq provi ġodda għar-rikors?

Iva.

X’inhuma r-regoli applikabbli?

L-istess regoli bħal dawk ta’ quddiem il-Prim’ Imħallef (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaskeda 3).

X’jiġri fl-udjenza tar-rikors?

L-ewwel l-imħallef jevalwa jekk ir-rikors tressaqx fil-ħin imbagħad jiġġudika mill-ġdid il-fatti mressqa u l-piena eventwali li għandha tingħata.

X’tista’ tkun id-deċiżjoni tat-tribunal/tal-qorti?

X’jiġri jekk ir-rikors jiġi aċċettat/irrifjutat?

Jekk ir-rikors għall-oġġezzjoni jew għall-appell jiġi aċċettat, hemm żewġ ipoteżijiet:

  • L-inammissibbiltà tal-prosekuzzjoni jew il-libertà, li tinvolvi l-ħelsien immedjat tiegħek jekk inti tkun miżmum;
  • kundanna għal sentenza iqsar.

Jekk ir-rikors jiġi rrifjutat,

  • fil-każ tal-oġġezzjoni, il-kundanna tiġi kkonfermata iżda qatt ma tiħrax;
  • fil-każ tal-appell, il-kundanna tista’ tkun ikkonfermata jew tiħrax.

Għandi dritt ta’ rikors kontra awtorità ogħla/awtorità oħra?

L-appell jista’ jsir kontra d-deċiżjoni fir-rikors ta' oġġezzjoni minn tribunal, quddiem il-qorti tal-appell.  Appell jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum quddiem il-Qorti tal-kassazzjoni kontra deċiżjoni fuq appell lill-marixxall tal-qorti. Dan ma jissospendix l-eżekuzzjoni tal-kundanna.

F’liema ċirkostanzi?

Ir-rikors fil-kassazzjoni huwa ġġustifikat biss f’każ ta’ ksur tal-liġi jew tal-proċedura.

Jekk l-ewwel deċiżjoni kienet żbaljata, niġi kkumpensat?

Iva, jekk inti kont arrestat f’dan il-każ.

B’xiex?

Permezz ta’ kumpens għad-dannu li tkun sofrejt minħabba l-arrest.

Kif?

Permezz ta’ applikazzjoni bil-miktub lill-Uffiċċju pubbliku federali tal-Ġustizzja.

Jekk ir-rikors tiegħi jiġi aċċettat, il-fatt li kont misjub ħati jibqa' fil-kondotta tiegħi?

Le.

Is-sentenza meta titqies definittiva?

Meta ma jitressaq l-ebda oġġezzjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tas-sentenza mogħtija in absentia.

Meta ma jsir l-ebda appell minnek jew mill-prosekuzzjoni fi żmien 25 jum mill-qari tas-sentenza.

Jien ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, nista’ nintbagħat lura wara l-proċess fil-Belġju?

Iva.

It-trasferiment huwa awtomatiku?

Le, dejjem għandu jkun hemm ftehim bejn il-Belġju u l-Istat l-ieħor.

F’liema ċirkostanzi?

  • l-ewwel każ: biex tiskonta f’pajjiżek is-sentenza mogħtija fil-Belġju, li ma tistax tkun appellata, ta’ piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 6 xhur (ara ukoll: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ġustizzja mill-A saż-Z

a) bil-kunsens tiegħek, jekk ikollok permess ta’ residenza fil-Belġju biss. Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni Ewropea.

b) mingħajr il-kunsens tiegħek jekk m’għandekx jew skadielek il-permess tar-residenza fil-Belġju (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni Ewropea)  jew jekk inti kont is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Belġju b’garanzija ta’ ritorn fil-pajjiż tal-oriġini.

  • it-tieni każ: mingħajr il-kunsens  tiegħek, sabiex tiġi ġġudikat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek fuq bażi ta’ mandat Ewropew maħruġ mill-pajjiż li inti ċittadin tiegħu. Jekk inti għadek trid tiskonta s-sentenza tiegħek hawnhekk, il-Belġju jista’ jistenna tmiem is-sentenza tiegħek sabiex jittrasferik lejn l-Istat tal-oriġini tiegħek, jew jista’ jibgħatek temporanjament sabiex tiġi ġġudikat hemmekk b’garanzija ta’ ritorn sabiex imbagħad tiskonta s-sentenza tiegħek fil-Belġju. Jekk inti għandek ir-residenza normali tiegħek hawnhekk, inti tista’ titlob lil-Belġju li jibgħatek lura bil-kundizzjoni li tmur lura sabiex tkun tista’ tiskonta s-sentenza tal-pajjiż l-ieħor fil-Belġju.
  • it-tielet każ: mingħajr il-kunsens tiegħek, sabiex tiskonta fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek sentenza mogħtija fuq bażi ta’ mandat Ewropew maħruġ mill-Istat li inti ċittadin tiegħu.  Jekk inti għadek trid tiskonta s-sentenza tiegħek hawnhekk, il-Belġju jistenna li tispiċċa s-sentenza tiegħek qabel jittrasferik lejn il-pajjiż tal-oriġini tiegħek. Jekk inti għandek ir-residenza normali tiegħek hawnhekk, inti tista’ titlob li l-Belġju jirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat sabiex tkun tista’ tiskonta s-sentenza fil-Belġju minflok fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek.

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni li nintbagħat lura?

Iva, sakemm ma tkun ingħatajt trasferiment volontarju.

Fil-każ tar-ritorn sabiex tiskonta l-piena mogħtija fil-Belġju fl-Istat tal-oriġini tiegħek (l-ewwel każ),  tista’ tressaq rikorsi għall-annullament u għas-sospensjoni fi żmien 60 jum quddiem il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll rikors ġudizzjarju quddiem il-president tal-qorti b’urġenza.

Fil-każ tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini tiegħek (it-2 u t-3 każ), il-maġistrat inkwerenti jwettaq verifika inizjali u reviżjoni fi żmien 15 il-jum mill-arrest mill-kamra tal-Kunsill. Jista’ jsir appell fi żmien 24 siegħa tal-pronunzja tal-ordni tal-kamra tal-Kunsill quddiem ix-chambre des mises en accusation (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaskeda 3). Jista’ jsir ukoll appell fi żmien 24 siegħa mid-deċiżjoni tax- chambre des mises en accusation quddiem il-Qorti tal-kassazzjoni.

Jekk niġi kkundannat fil-Belġju, nista’ nittella’ l-qorti mill-ġdid għall-istess reat?

Le.

Tagħrif dwar il-kapi ta’ akkuża/il-kundanna

It-tagħrif dwar il-kundanna u l-kapi ta’ akkuża relatati jitniżżel fil-kondotta tiegħi?

Iva.

Kif u fejn jinżamm dan it-tagħrif?

Dan jinżamm f’database imsejħa “Kondotti Ċentrali”, amministrat mill-Uffiċċju pubbliku federali tal-Ġustizzja.

Għal kemm żmien jinżamm?

Il-kundanni għal pieni tal-pulizija (1 sa 7 ijiem ta’ priġunerija, 1 sa 25 Euro f’multa, 20 sa 45 siegħa ta’ sentenza ta’ xogħol) jitneħħew mill-kondotta wara 3 snin.

Il-kundanni l-oħrajn jibqgħu miktuba b’mod permanenti. Madankollu dawn jistgħu jitneħħew permezz ta’ proċedura ta’ rijabilitazzjoni.

Jista’ jinżamm mingħajr il-kunsens tiegħi?

Iva

Nista’ noġġezzjona kontra ż-żamma ta’ dan it-tagħrif?

Le.

Min ikollu aċċess għall-kondotta tiegħi?

L-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija ikollhom aċċess mingħajr restrizzjoni.

Ma tridx issir konfużjoni bejn Il-kondotta u l- estratt tal-kondotta, mitlub minn ċerti amministrazzjonijiet pubbliċi jew ċerti individwi (min iħaddem, …), u li ma tkunx tinkludi l-informazzjoni kollha li tidher fil-kondotta. Pereżempju, l-istqarrijiet sempliċi ta’ ħtija, il-pieni ta’ mhux aktar minn 6 xhur ħabs, u multi ta’ mhux aktar minn 500 € jew li jingħataw minħabba ksur tar-regoli tat-traffiku mingħajr ma titlef il-liċenzja tas-sewqan għal iktar minn 3 snin ma jibqgħux jidhru wara 3 snin u 25 jum mid-data tal-għoti tas-sentenza. Is-sospensjoni tal-għoti tas-sentenza, sempliċi jew bi probation, qatt ma tissemma fuq il-kopja.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

5 – Kontravenzjonijiet minuri

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Kif jiġu ttrattati l-kontravenzjonijiet minuri tar-regoli tat-traffiku?

Jekk il-pulizija lokali tiskopri xi kontravenzjoni tat-traffiku, din tista’ tibgħat formola lil sid il-vettura inkwistjoni sabiex issir taf l-identità tas-sewwieq meta jkun seħħ il-każ.  Il-Prosekutur tal-Kuruna mbagħad jista’ jipproponilek ftehim li permezz tiegħu jaqgħu l-akkużi kriminali jekk tħallas, permezz ta’ trasferiment bankarju, somma flus lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tar-reġistrazzjoni tal-artijiet u tal-beni pubbliċi.

Bil-ħlas ta’ din is-somma inti tevita li tissejjaħ sabiex tidher quddiem it-tribunal tal-pulizija, u għalhekk li teħel multa akbar u li tħallas l-ispejjeż addizzjonali tal-qorti.

Il-ftehim madankollu jinvolvi r-rikonoxximent tal-ħtija u r-responsabbiltà tiegħek fir-rigward ta’ vittmi eventwali meta l-kontravenzjoni tiegħek tkun ikkawżat danni lil persuni oħrajn.

Min jittratta dawn il-kontravenzjonijiet?

Il-prosekuzzjoni tat-tribunal tal-pulizija li jkollu ġuriżdizzjoni tkun inkarigata li tagħmel dawn il-proposti. L-uffiċċju tal-multi kriminali fl-awtoritajiet ta' amministrazzjoni fiskali jamministra l-kontabilità tal-ħlasijiet li jsiru,  u jinforma lill-Prosekutur Pubbliku dwarhom.

Proċedura?

Il-proposta ta’ ftehim tintbagħat lill-awtur permezz ta’ ittra rreġistrata jew permezz ta’  twissija mogħtija minn aġent tal-pulizija.  Iż-żmien tal-ħlas ivarja bejn 15-il jum u 3 xhur, jew f’każijiet eċċezzjonali 6 xhur.

Sanzjonijiet?

Jekk tonqos milli tħallas jew jekk ma taċċettax il-proposta  ta’ ftehim, il-prosekuzzjoni ssejjaħ lill-awtur tal-kontravenzjoni quddiem it-tribunal tal-pulizija sabiex tikseb il-kundanna tiegħu u l-piena (multa, priġunerija, l-irtirar tal-liċenzja tas-sewqan) skont il-liġi.

Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn jitħarrku fuq kontravenzjonijiet bħal dawn?

Iva.

Kif?

Il-pulizija li jinnota l-kontravenzjoni jipproponi l-ftehim.

F’każ ta’ rifjut, jista’ jitolbok tħallas minnufih l-ammont tal-multa minima legali, inkella l-vettura mwaqqfa tiġi kkonfiskata.

Jekk il-ftehim ma jiġix aċċettat, l-ammont imħallas jista’ jingħata lura jew jitnaqqas wara d-deċiżjoni tat-tribunal tal-pulizija.

Kif jiġu ttrattati kontravenzjonijiet minuri oħrajn?

L-imġieba mhux ċivili (postijiet ta’ parkeġġ, l-indafa pubblika) hija ġestita mill-amministrazzjoni komunali. F’każ li ma tħallasx, inti tista’ titressaq quddiem il-maġistrat lokali.

Fi kwistjonijiet soċjali, fiskali, ta’ sigurtà waqt il-logħbiet tal-futbol, traffiku ferrovjarju u ta’ trasport pubbliku ieħor,hemm amministrazzjonijiet speċjalizzati tal-gvern huma awtorizzati li jiġbru l-multi amministrattivi. Hemm diversi rimedji legali li jingħataw mill-qorti ċivili.

Dawn il-kontravenzjonijiet jidhru fil-kondotta tiegħi?

Is-sentenzi tat-traffiku jitniżżlu fil-kondotta. Il-multi amministrattivi u dawk relatati mal-liġi dwar il-futbol ma jitniżżlux fil-kondotta.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Bulgarija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun suspettata jew akkużata b’delitt li jiġi ttrattat bi proċess quddiem qorti kriminali. Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku fit-triq, li s-soltu jiġu indirizzati b’penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk int vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċess kriminali

Il-proċess kriminali Bulgaru għandu żewġ stadji – qabel il-proċess u l-proċess quddiem qorti kriminali.

  • Il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess għandhom l-għan li jiġbru provi, permezz tal-investigazzjoni, li jew jikkonfermaw jew jiċħdu suppożizzjoni li ċerta persuna tkun ikkommettiet ċertu delitt. L-investigazzjoni hi mmexxija mill-maġistrati inkwirenti, jew mill-pulizija inkwirenti, taħt il-gwida ta’ prosekutur. L-għan hu li jippreparaw u jassistu lill-prosekutur fid-deċiżjoni tiegħu dwar jekk jippreżentax u jiġġustifikax akkużi fil-qorti kontra l-persuna akkużata jew jekk jitterminax il-proċedimenti.
  • Il-proċess quddiem qorti kriminali jibda meta l-prosekutur jippreżenta l-akkużi fil-qorti kontra persuna għal delitt imwettaq minn dik il-persuna. Il-proċedimenti tal-qorti jinvolvu partijiet opposti u l-prosekutur, il-konvenut u l-avukat difensur għandhom l-istess drittijiet proċedurali. Il-qorti teżamina l-provi miġjuba mill-prosekutur iżda tista’, fuq talba tal-partijiet, jew fuq l-inizjattiva tal-qorti stess, tiġbor u teżamina provi ġodda sabiex tinstab il-verità.

Il-kawża tintemm b’sentenza tal-qorti, li jew tikkundanna u timponi penali fuq il-konvenut, jew li tiddikjara lill-konvenut mhux ħati.

Dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess, u dwar id-drittijiet tiegħek, jistgħu jinstabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik jekk għandek xi lment. Dawn l-iskedi informattivi jipprovdu informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt

  • L-investigazzjoni (inkluż it-tressiq tal-akkużi u l-interrogazzjoni)
  • L-arrest (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew)
  • L-ewwel seduta tal-qorti
  • Detenzjoni jew liberazzjoni
  • It-tħejjija tal-prosekuzzjoni għall-proċess
  • It-tħejjija tad-difiża għall-proċess
  • Miżuri għall-prevenzjoni ta’ evażjoni tal-prosekuzzjoni
  • Projbizzjoni fuq it-tluq mill-Bulgarija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem qorti kriminali

  • Intervista lil xhud protett

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Reati minuri tat-traffiku fit-triq

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2017

1 - Kif tikseb parir legali

Il-kisba ta’ parir legali indipendenti hi ferm importanti meta tkun involut b’xi mod fi proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta, u f’liema ċirkustanzi, int tkun intitolat li tiġi rrappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x'jista' jagħmel għalik tali avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif l-ispejjeż tal-avukat se jitħallsu jekk ma tkunx tiflaħ tħallashom.


Kif issib avukat

Jekk taħseb li teħtieġ avukat iżda ma taf lil l-ebda wieħed, tista’ tagħżel fost l-avukati li jaħdmu mal-qorti distrettwali taż-żona fejn tgħix. Tista’ ssib ukoll id-dettalji biex tikkuntattja lis-27 Assoċjazzjoni tal-Avukati fil-Bulgarija fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati. Jekk int tinsab arrestat, int intitolat li tkellem lil avukat mill-mument tal-arrest tiegħek. Peress li, wara l-arrest, għandek id-dritt li tikkuntattja lil xi qarib jew ħabib, int tkun tista’ titlobhom isibulek avukat.

Il-ħlas għall-avukat

Jekk tagħżel l-avukat tiegħek, int tħallas għas-servizzi skont ftehim bil-miktub iffirmat bejnek u bejn l-avukat.

Jekk ma tiflaħx tħallas, iżda tixtieq li jkollok avukat, u dan ikun fl-interess tal-ġustizzja, int intitolat għal għajnuna legali bla ħlas. Din tista’ tkun ipprovduta jew fuq talba tiegħek jew skont il-liġi jekk għandu jkollok difiża. Skont l-istadju tal-proċess (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1), dik id-deċiżjoni għandha tittieħed jew mill-prosekutur (qabel il-proċess quddiem qorti kriminali) jew mill-qorti (matul il-proċess quddiem qorti kriminali) wara li ssir analiżi tal-istat tal-propjetà tiegħek.

Jekk teħtieġ parir legali, il-prosekutur jew il-qorti jibagħtu minnufih id-deċiżjoni tagħhom lill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati rispettiva sabiex jallokawlek avukat. Għandek tkun taf li jekk int tkun ikkundannat ikollok trodd lura s-somma mħallsa lill-avukat li jkun ġie allokat għalik.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Avukatura

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Għajnuna Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Awtorità Nazzjonali għas-Servizzi Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2017

2 - Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt (qabel ma l-każ jidher quddiem il-qorti)


X’inhu l-iskop ta’ investigazzjoni kriminali?

L-investigazzjoni tiġbor provi li jew jippruvaw jew jiċħdu allegazzjoni li persuna kkommettiet delitt. Investigazzjoni tista’ tkun ikkawżata minn lment lill-awtoritajiet inkwirenti dwar delitt li sar, jew bl-informazzjoni fil-pussess ta’ dawk l-awtoritajiet, li tkun timplika delitt. Jekk il-pulizija taqbad lil xi ħadd waqt li qed jagħmel delitt, din ukoll tista’ tkun raġuni biex tinbeda l-investigazzjoni.

Is-soltu, l-istadji kollha tal-investigazzjoni huma mmexxija mill-pulizija. Xi każi huma mmexxija minn maġistrati inkwirenti jew prosekuturi. Iżda prosekutur biss jista’ jiggwida u jikkontrolla investigazzjoni.

X’inhuma l-istadji ta’ qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

L-investigazzjoni (li tinkludi t-tressiq tal-akkużi u l-interrogazzjoni)

L-awtoritajiet inkwirenti għandhom l-għan li jiġbru l-provi li jippruvaw jew jiċħdu allegazzjoni li twettaq delitt. Jekk jiġbru provi biżżejjed li jsostnu l-allegazzjoni li persuna speċifika wettqet delitt, l-uffiċjal inkwirenti għandu jinnotifika lil dik il-persuna bil-miktub. Il-persuna għandha tiffirma dik in-notifika. Immedjatament wara dan, il-persuna akkużata tiġi interrogata.

L-arrest

Jekk il-pulizija ssib provi li jimplikaw li persuna wettqet delitt, il-pulizija tista’ tarresta u żżomm lil dik il-persuna, iżda għal mhux aktar minn 24 siegħa. Il-prosekutur biss jista’ jiddeċiedi jekk id-detenzjoni għandhiex tkun miżjuda, iżda għal mhux aktar minn 72 siegħa. Inkella, il-persuna miżmuma għandha tinħeles. L-għan tad-detenzjoni tal-pulizija hu li jiġi stabbilit jekk persuna għandhiex tkun akkużata jew le. Id-detenzjoni tal-prosekuzzjoni issir biex tiġi żgurata l-ewwel dehra tal-persuna akkużata quddiem il-qorti.

L-ewwel smigħ tal-qorti

Fil-prinċipju, il-prosekutur jiddetermina liema Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni għandha tkun imposta fuq il-konvenut. Iżda jekk il-prosekutur jiddeċiedi li l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni għandha tkun id-detenzjoni jew l-arrest domiċiljari, il-prosekutur jippreżenta tali talba lill-qorti u jiżgura li l-konvenut jidher quddiem il-qorti.

Detenzjoni jew liberazzjoni

Jekk il-konvenut jitressaq quddiem il-qorti, il-qorti biss tista’ tiddeċiedi jekk il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni hix se tkun id-detenzjoni jew l-arrest domiċiljari, jew jekk id-detenut għandux ikun illiberat.

Il-preparazzjoni tal-każ mill-prosekuzzjoni

Meta titlesta l-investigazzjoni, l-uffiċjal inkwirenti jibgħat il-provi miġbura lill-prosekutur. Il-prosekutur jeżamina l-provi u jiddeċiedi jekk l-allegazzjoni li twettaq delitt ġietx ippruvata mingħajr l-ebda dubju raġonevoli. Hawnhekk biss il-prosekutur jista’ jippreżenta akkuża l-qorti. Inkella, il-prosekutur iwaqqa’ l-każ.

It-tħejjija tal-każ mid-difiża

Meta jkunu informati bl-akkuża, il-konvenut u l-avukat difensur jistgħu jipprovdu provi favur il-konvenut. Wara tmiem l-investigazzjoni, jekk mitlub mill-konvenut u l-avukat difensur, l-uffiċjal inkwirenti għandu jagħmel il-provi kollha miġbura disponibbli għalihom u jagħtihom żmien biżżejjed biex jeżaminaw il-provi.

Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-istadji ta’ “arrest”, ta’ “l-ewwel smigħ tal-qorti” u ta’ “detenzjoni” huma possibbli iżda mhux neċessarji. Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issir taf aktar dwar id-drittijiet tiegħek f’kull stadju.

L-investigazzjoni (li tinkludi t-tressiq tal-akkużi u l-interrogazzjoni) (1)

X’nista’ nsir naf dwar dak li jkun qed jiġri?

Jekk jinstabu biżżejjed provi kontrik, l-uffiċjal inkwirenti jċempillek u jinnotifikak bil-miktub dwar id-delitt li qed jakkużak bih. Immedjatament wara dan, l-uffiċjal għandu javżak dwar id-drittijiet tiegħek matul l-investigazzjoni. Int tiffirma dokument li jiddikjara li int ġejt informat dwar id-drittijiet tiegħek.

Ikun hemm interpretu jekk ma nitkellimx bil-lingwa tal-pajjiż?

Iva. Tista’ tirrifjuta milli tiffirma l-karta li tinnotifikak dwar l-akkuża jekk ma ġejtx ipprovdut b’interpretu L-interpretu jassistik matul l-investigazzjoni kollha. Int m’għandekx tħallas għall-interpretu.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Meta jċempillek biex jinnotifikak dwar l-akkużi, l-uffiċjal inkwirenti għandu jgħidlek li miegħek tista’ ġġib avukat. L-uffiċjal inkwirenti għandu jagħtik żmien biżżejjed biex tikkuntattja avukat. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jistabbilixxi meta għandu jkollok difiża. Għall-għażla tiegħek ta’ avukat u d-dritt tiegħek għal parir legali bla ħlas, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Int intitolat li tiltaqa’ u titkellem mal-avukat tiegħek fil-privat. Jista’ jkollok interpretu jekk ma titkellimx bil-lingwa tal-pajjiż.

Nista’ nintalab nagħti xi informazzjoni? Għandi nagħti xi informazzjoni?

Kif tkun infurmat dwar l-akkużi, l-uffiċjal inkwirenti jinterrogak. Tista’ jew titkellem jew tibqa’ sieket b’konnessjoni mal-akkużi. Tista’ wkoll tipprovdi spjegazzjonijiet aktar tard meta trid matul l-investigazzjoni.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tippreġudika l-każ tiegħi?

L-istqarrija tiegħek tista’ twassal għal tnaqqis fil-penali tiegħek. Jekk tibqa’ sieket ma tistax tiggrava s-sitwazzjoni tiegħek. Il-qorti ma tistax tikkundannak fuq il-bażi tal-istqarrija tiegħek biss.

Jien minn pajjiż barrani. Għandi nkun preżenti matul l-investigazzjoni?

Peress li int il-konvenut, għandek tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet inkwirenti. Għal dan il-għan, miżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni tista’ tkun imposta fuqek. L-investigazzjoni tista’ sseħħ fin-nuqqas tiegħek meta:

  • il-post ta’ residenza tiegħek mhuwiex magħruf;
  • ma tistax tissejjaħ għas-smigħ għal raġunijiet oħra;
  • wara li tkun ġejt imsejjaħ għas-smigħ, int ma tmurx u/jew ma tagħti l-ebda raġuni valida għalfejn ma tkunx għamilt dan.

F’dawn il-każi, avukat difensur tal-għassa jkun allokat għalik skont il-proċedura spjegata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Tista’ tkun interrogat bl-użu ta’ kollegament bil-vidjow jekk qiegħed barra l-pajjiż u dan ma jxekkilx l-investigazzjoni. F’dik l-interrogazzjoni, int ikollok l-istess drittijiet bħal dawk spjegati aktar ’il fuq f’din l-iskeda informattiva.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Iva, iżda skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali. Ikollok bżonn parir mingħand avukat.

Ninżamm f’kustodja jew niġi lliberat?

Tista’ tinżamm f’kustodja. Għal informazzjoni aktar dettaljata ara L-ewwel smigħ fil-qorti (3) u Detenzjoni jew liberazzjoni (4).

Nista’ nitlaq mill-pajjiż matul l-investigazzjoni?

Tista’ jekk mintix miżmum f’kustodja iżda għandek tinforma lill-awtorità inkwirenti. Jekk jaħsbu li hemm riskju li int taħrab mill-investigazzjoni, tista’ tiġi pprojbit milli titlaq mill-pajjiż.

Nista’ nintalab nagħti l-marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (eż. xagħar, bżieq) jew fluwidi oħra tal-ġisem?

Tista’ tintalab tali kampjuni jekk ma jkunux jistgħu jinkisbu mod ieħor. Int għandek tipprovdihom. Jekk tirrifjuta, dawn jittieħdu bil-forza bil-permess tal-qorti. Jekk it-teħid tal-kampjun jirrekjedi penetrazzjoni tal-ġisem, dan jittieħed minn tabib. Għandek id-dritt li tkun infurmat dwar il-proċedura mill-uffiċjal inkwerenti.

Jista’ jkun hemm tfittxija fuq il-persuna?

L-uffiċjal inkwerenti jista’ jordna tfittxija fuq il-persuna sabiex jiġbor provi jew jieħu oġġetti li jistgħu jxekklu l-investigazzjoni jew li jistgħu jgħinuk taħrab. It-tfittxija fuq il-persuna għandha tkun sanzjonata minn mandat tal-qorti jew tkun tirrekjedi approvazzjoni sussegwenti mill-qorti. Int intitolat li tara kemm il-protokoll tat-tfittxija kif ukoll id-deċiżjoni tal-qorti.

Jista’ jkun hemm tiftix f’dari, fil-post tan-negozju tiegħi, fil-karozza tiegħi eċċ.?

It-tweġiba hi l-istess bħal ta’ fuqha.

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew għal uħud minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Tista’ twieġeb ħati matul l-ewwel interrogazzjoni wara li tisma’ għalxiex int akkużat. Dwar il-konfessjoni u d-drittijiet tiegħek f’dak il-kuntest, ara l-informazzjoni mogħtija aktar ’il fuq f’din l-iskeda informattiva.

Jistgħu jinbidlu l-akkużi qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk jinġabru provi ġodda, l-akkużi jistgħu jinbidlu. Għandek tkun innotifikat dwar kwalunkwe bidliet ġodda immedjatament u għandek tkun interrogat fir-rigward tagħhom.

Nista’ nkun akkużat b’reat li kont diġà akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Iva, sakemm mhux stipulat mod ieħor skont ftehim internazzjonali effettiv li fih hija involuta l-Bulgarija.

Tista’ tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva, anki jekk inti ma tixtieqx li dan iseħħ.

L-arrest (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew) (2)

X’nista’ nsir naf dwar dak li qed jiġri?

L-arrest (detenzjoni mill-pulizija) hu ordnat minn uffiċjal tal-pulizija. Ma tistax tinżamm għal aktar minn 24 siegħa. Ir-raġunijiet għad-detenzjoni huma speċifikati fil-mandat ta’ arrest. Għandek id-dritt li tkun taf ir-raġunijiet, tara l-mandat u tiffirmah. L-awtoritaijet tal-pulizija għandhom jilliberawk meta ma jkunx għad hemm raġuni għad-detenzjoni tiegħek.

Ikolli interpretu jekk ma nitkellimx bil-lingwa tal-pajjiż?

Jekk ma titkellimx bil-lingwa tal-pajjiż, int intitolat li tkun taf ir-raġunijiet għall-arrest tiegħek immedjatament. L-interpretu jkun ipprovdut bla ħlas.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Tista’ tikkuntattja avukat mill-mument tal-arrest tiegħek. Għal aktar dettalji ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Nista’ nintalab nagħti xi informazzjoni? Għandi nagħti informazzjoni?

Tista’ tintalab tagħti informazzjoni b’konnessjoni mad-detenzjoni. Tista’ iżda m’intix obbligat tipprovdi informazzjoni.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tippreġudika l-każ tiegħi?

F’dak l-istadju, kwalunkwe informazzjoni mogħtija minnek mhix aċċettata bħala prova. Għaldaqstant, ma tistax tintuża kontrik. L-informazzjoni li tagħti tista’ sservi bħala prova biss waqt l-interrogazzjoni li ssir ladarba inti tkun taf bl-akkużi tiegħek. Għal aktar dettalji ara L-investigazzjoni (li tinkludi t-tressiq tal-akkużi u l-interrogazzjoni) (1).

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew xi ħabib?

Tista’. L-uffiċjal tal-pulizija għandu jgħarraf immedjatament lil persuna magħżula minnek dwar l-arrest tiegħek.

Jista’ jkolli tabib jekk ikolli bżonn?

Int intitolat għal għajnuna medika f’każ ta’ bżonn. Il-pulizija ġġiblek tabib.

Nista’ nikkuntattja l-Ambaxxata tiegħi jekk jien barrani?

Tista’ tikkuntattja l-uffiċju konsulari ta’ pajjiżek. L-awtorità tad-detenzjoni għandha tgħidlek immedjatament b’dak id-dritt.

Jista’ jkun hemm tfittxija fuq il-persuna?

Wara li tkun arrestat, ikun hemm tfittxija fuq il-persuna. Aktar tard il-qorti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha dwar l-oġġetti personali misjuba fuqek biex jintużaw bħala provi. Għandek id-dritt li tara l-protokoll għat-tfittxija.

Nista’ nappella?

Tista’ tikkontesta l-legalità tad-detenzjoni tal-pulizija billi tappella quddiem il-qorti. Il-qorti għandha tiddeċiedi immedjatament dwar l-appell tiegħek.

X’jiġri jekk niġi arrestat b’Mandat ta’ Arrest Ewropew?

Jekk Stat Membru joħroġ Mandat ta’ Arrest Ewropew kontrik, int tista’ tinżamm fi Stat Membru ieħor u mgħoddi lill-Istat emittenti wara s-smigħ minn imħallef. Għas-smigħ, int intitolat għal avukat u għal interpretu, jekk ikollok bżonn wieħed.

L-ewwel smigħ tal-qorti (3)

Għalfejn iseħħ l-ewwel smigħ tal-qorti?

Meta tkun infurmat dwar l-akkużi kontrik bħala “konvenut”, il-prosekutur jista’ jitlob li int tinżamm taħt arrest preventiv, jew taħt arrest domiċiljari, bħala miżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni. Kull waħda minn dawn iż-żewġ miżuri hi imposta mill-qorti kif propost mill-prosekutur. Peress li tali miżura ma tistax titieħed fin-nuqqas tiegħek, għandek tittieħed il-qorti li se tiddeċiedi dwar il-miżura.

Min jiżvolġi liema rwol?

Ir-rwol tal-prosekutur hu li jiżgura li int tidher quddiem il-qorti. Meta tinżamm mill-pulizija, il-prosekutur jista’ jestendi d-detenzjoni tiegħek iżda mhux għal aktar minn 72 siegħa. L-uniku għan ta’ dik id-detenzjoni hu li jiżgura d-dehra tiegħek quddiem il-qorti f’dawk it-72 siegħa. Il-qorti tisimgħek, teżamina l-provi miġbura u tiddeċiedi, skont il-liġi, jekk iżżommokx jew tilliberakx.

X’nista' nsir naf dwar dak li jkun qed jiġri?

Għandek id-dritt li tkun mgħarraf mill-prosekutur bir-raġuni għalfejn int detenut u dwar meta tkun se titressaq il-qorti.

Ikolli interpretu jekk ma nitkellimx bil-lingwa tal-pajjiż?

Jekk ma titkellimx bil-lingwa tal-pajjiż, jista’ jkollok interpretu, bla ħlas, għas-smigħ tal-qorti.

F’liema stadju nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Tista’ tikkuntattja avukat qabel l-ewwel smigħ tal-qorti. Għall-għażla tiegħek ta’ avukat u d-dritt tiegħek għal parir legali bla ħlas, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Nista’ nintalab nagħti xi informazzjoni? Għandi nagħti informazzjoni?

Il-qorti se titolbok tikkonferma d-dettalji personali tiegħek. Għandek id-dritt li tinstema’ mill-qorti dwar jekk għandekx tinżamm jew għandekx tkun illiberat. L-avukat tiegħek jagħtik parir dwar x’għandek tgħid.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tippreġudika l-każ tiegħi?

F’dan l-istadju, kwalunkwe informazzjoni mogħtija minnek mhix aċċettata bħala prova. Għaldaqstant, kwalunkwe ħaġa li tgħid ma tistax tintuża kontrik.

Ningħata informazzjoni dwar il-provi miġjuba kontrija?

Kemm int kif ukoll l-avukat tiegħek għandkom id-dritt li taraw il-provi li fuqhom il-prosekutur ibbaża t-talba għad-detenzjoni tiegħek. Ikollok ħin biżżejjed biex teżamina l-provi qabel is-smigħ tal-qorti.

Nista’ nintalab nagħti xi informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-qorti titlob li tara l-kondotta tiegħek, irrispettivament minn dak li tixtieq inti.

Detenzjoni jew liberazzjoni (4)

X’nista’ nsir naf dwar dak li jkun qed jiġri?

Wara li l-qorti teżamina l-materjal miġbur u tisma’ lill-prosekutur, l-avukat tiegħek u int, tkunu tafu d-deċiżjoni tal-qorti fl-istess sessjoni tal-qorti.

Fl-ewwel smigħ, il-qorti tista’:

F’dak is-smigħ, il-qorti ma tiddeċidiex dwar kemm huma validi l-akkużi miġjuba kontrik.

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib?

Jekk il-qorti tordna li int tinżamm taħt arrest, il-familja tiegħek għandha tkun mgħarrfa immedjatament.

Jista’ jkolli tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Jekk int miżmum taħt arrest, int intitolat għal għajnuna medika meta jkollok bżonnha.

Nista’ nikkuntattja l-Ambaxxata tiegħi jekk jien barrani?

Jekk int detenut, il-qorti tordna li l-Ministeru Bulgaru għall-Affarijiet Barranin ikun mgħarraf immedjatament sabiex tkun tista’ tikkuntattja l-uffiċċju konsolari tal-pajjiż tiegħek.

Nista’ nappella?

Tista’ tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti dwar id-detenzjoni jew il-liberazzjoni tiegħek fi żmien 3 ijiem mill-ġurnata li tittieħed. Il-Qorti tal-Appell tikkonsidra l-appell tiegħek fi żmien 7 ijiem mill-għoti tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza. Id-deċiżjoni tagħha tkun finali.

It-tħejjija tal-każ mill-prosekuzzjoni (5)

X’inhu l-għan ta’ dan l-istadju?

Dan l-istadju jintlaħaq wara li l-investigazzjoni titlesta (għal aktar informazzjoni dwar l-investigazzjoni ara hawnhekk). L-għan ta’ dan hu sabiex il-prosekutur jeżamina l-provi miġbura u jiddeċiedi dwar jekk is-suppożizzjoni li twettaq delitt tkunx ġiet ippruvata mingħajr ebda dubju. Huwa biss f’dan il-mument li każ jista’ jittieħed il-qorti biex jinbeda proċess quddiem qorti kriminali.

Min għandu r-rwol ewlieni?

Il-prosekutur. F’dan l-istadju, il-prosekutur jiddeċiedi jekk jiħux il-każ il-qorti. Barra minn hekk, il-prosekutur jista’ jtemm il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess quddiem qorti kriminali meta dan ikun ipprovdut mil-liġi. B’hekk, il-każ ma jitressaqx il-qorti. Apparti dan, il-prosekutur jista’ jissospendi l-proċedimenti ta’ qabel il-proċess quddiem qorti kriminali jekk ikun permess mil-liġi sakemm ir-raġunijiet għal sospensjoni ma jkunux validi aktar u mbagħad il-proċedimenti jkunu jistgħu jitkomplew. Jekk il-prosekutur isib xi ħaġa mhux korretta fil-mod kif il-materjal tal-investigazzjoni ikun qed jiġi eżaminat mill-kovenut, il-prosekutur jista’ jirreferi lura l-każ lill-uffiċjal inkwirenti sabiex l-iżball ikun ikkoreġut jew jista’ jikkoreġih hu stess.

Kif nista’ nkun naf x’ikun qed jiġri?

Jekk l-akkużi kontrik huma ppreżentati fil-qorti, il-qorti tibgħatlek kopja tal-att tal-akkuża. Jekk il-prosekutur jtemm jew jissospendi l-proċedimenti, il-prosekutur jibgħatlek kopja tad-deċiżjoni.

Nista’ nappella?

Tista’ tappella, quddiem il-qorti, kontra d-deċiżjoni ta’ terminazzjoni mill-prosekutur fi żmien 7 ijiem mill-irċevuta tal-kopja. Il-qorti tal-ewwel istanza teżamina l-appell fi żmien 7 ijiem mid-data li jkun ġie ppreżentat. Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tkun appellata quddiem il-Qorti tal-Appell li tieħu d-deċiżjoni finali. Tista’ tappella wkoll, quddiem il-qorti, kontra d-deċiżjoni ta’ sospensjoni mill-prosekutur. Imbagħad id-deċiżjoni tal-qorti tkun finali.

Nista' ningħata informazzjoni ulterjuri?

Fejn il-prosekutur isib xi ħaġa ħażina fil-mod kif eżaminajt il-materjal tal-investigazzjoni u jirreferi l-każ lura lill-uffiċjal inkwirenti biex jikkoreġi l-irregolarità jew jikkoreġiha hu stess, għandek id-dritt li tkun infurmat b’dawn l-atti ulterjuri.

It-tħejjija tal-każ min-naħa tad-difiża (6)

X’inhu l-għan ta’ dan l-istadju?

L-għan tiegħu hu sabiex int u l-avukat tiegħek teżaminaw il-provi kollha miġbura matul l-investigazzjoni, wara li din titlesta, inkluż il-materjal li hu favurik. Għaldaqstant, int tkun taf xi provi se jsostnu lill-prosekutur meta jippreżenta l-akkużi kontrik fil-qorti. Dan ikun jista’ jgħin lilek u lill-avukat tiegħek sabiex torganizzaw id-difiża għal matul il-proċess quddiem qorti kriminali.

Kif inkun naf x’ikun qed jiġri?

Meta l-investigazzjoni titlesta u jekk int, jew l-avukat tiegħek, titolbu hekk, l-uffiċjal inkwirenti, qabel ma jibgħat il-materjal miġbur lill-prosekutur, jgħarraf lilek u lill-avukat tiegħek dwar il-post, id-data u l-ħin li fihom tkunu tistgħu teżaminaw il-provi. Int u l-avukat tiegħek intitolati għal ħin biżżejjed biex tagħmlu dan.

Ikolli interpretu jekk ma nitkellimx bil-lingwa tal-pajjiż?

Jekk ma titkellimx bil-lingwa tal-pajjiż, għandek teżamina l-provi fil-preżenza ta’ interpretu. M’għandekx tħallas għat-traduzzjoni.

Nista’ nintalab nagħti xi informazzjoni? Għandi nagħti informazzjoni?

F’dak l-istadju, mhux se tkun interrogat u m’għandek tipprovdi l-ebda informazzjoni dwar il-każ.

X’informazzjoni se jkolli?

Tista’ tara l-provi kollha miġbura u taqra x-xhieda kollha mogħtija. L-avukat tiegħek għandu jispjegalek xi jfissru l-provi kollha miġbura.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li nara l-provi?

Fl-assistenza ta’ avukat, tista’ titlob provi ġodda jew tikkummenta dwar, jew toġġezzjona għal, kwalunkwe att relatat mal-investigazzjoni. L-uffiċjal inkwerenti għandu jżomm rekord tat-talbiet, il-kummenti u l-oġġezzjonijiet tiegħek filwaqt li l-prosekutur jiddeċiedi dwar jekk humiex ġustifikati jew le.

X’jiġri jekk it-talbiet, il-kummenti u l-oġġezzjonijiet tiegħi jkunu ġustifikati?

Il-prosekutur jordna lill-uffiċjal inkwirenti sabiex jieħu azzjoni ulterjuri dwar l-investigazzjoni. Għandek id-dritt li tkun innotifikat dwar tali azzjoni u dwar provi ġodda, jekk ikun hemm, skont il-proċedura spjegata s’issa.

Miżuri għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni (7)

Miżuri ta' infurzar jistgħu jkunu imposti fuqek jekk jista’ jkun maħsub raġonevolment, fuq il-bażi tal-provi, li int wettaqt id-delitt li tkun ġejt akkużat bih. Il-miżuri għandhom l-għan li ma jippermettulekx taħrab, li twettaq reat ieħor jew li tfixkel l-infurzar ta’ pieni previsti.

Miżuri għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni huma:

  • L-iffirmar – int tassumi l-obbligu li ma titlaqx mill-post ta’ residenza tiegħek mingħajr il-permess ta’ awtorità kompetenti.
  • Garanzija – tħallas ċertu ammont ta’ flus kontanti jew b’titoli. Jekk taħrab, dak l-ammont jittieħed u tkun imposta fuqek miżura aktar severa.
  • Arrest domiċiljari – ma titħalliex titlaq minn darek mingħajr permess.
  • Arrest preventiv – tinżamm f’iżolament sfurzat.

Persuna għandha tiżamm taħt arrest preventiv f’faċilitajiet tal-pulizija jew fil-ħabs.

Għandek id-dritt li tkun taf, billi tiffirma għal dan, dwar il-miżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni li jkun hemm kontrik. L-iffirmar u l-garanzija huma imposti mill-prosekutur. L-arrest domiċiljari u l-arrest preventiv huma determinati mill-qorti kif mitlub mill-prosekutur. Il-miżura hi bbażata skont il-gravità tal-akkuża, tal-provi u tal-istat personali tiegħek. Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatturi, jista’ jkun deċiż li ma tkun imposta l-ebda miżura preventiva bħal din fuqek.

L-ebda miżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni ma tista’ tkun imposta fin-nuqqas tiegħek. Il-qorti għandha tikkunsidra kull applikazzjoni ppreżentata minnek għal bidla tal-miżuri ta’ “arrest preventiv” u ta’ “arrest domiċiljari” f’oħrajn inqas severi.

L-arrest mill-pulizija u d-detenzjoni ordnati minn prosekutur sa 72 siegħa huma miżuri preparatorji u bil-liġi, ma jikkostitwixxux miżuri għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni.

Projbizzjoni fuq it-tluq mill-Bulgarija (8)

Jekk int akkużat b’delitt, punibbli bi priġunerija għal aktar minn 5 snin, il-prosekutur jista’ jipprojbik milli titlaq mill-Bulgarija mingħajr il-permess tiegħu. Il-punti ta’ kontroll fuq il-fruntieri jkunu nnotifikati immedjatament dwar il-projbizzjoni. Il-miżura għandha l-għan li ma tħallikx tevadi mill-investigazzjoni.

Int jew l-avukat tiegħek tistgħu titolbu lill-prosekutur sabiex iħallik titlaq mill-pajjiż għal darba, għal perjodu ta’ żmien fiss. Il-prosekutur jirrispondi fi żmien tliet ijiem mid-data tal-irċevuta tat-talba tiegħek. Jekk din tkun miċħuda, int intitolat li tappella quddiem il-qorti. Il-qorti immedjatament tikkunsidra t-talba tiegħek mingħajr smigħ. Il-qorti tista’ tikkonferma ċ-ċaħda tal-prosekutur jew tippermettilek titlaq mill-pajjiż għal ċertu perjodu ta’ żmien. Dik id-deċiżjoni tkun finali.

Bl-istess mod, int u l-avukat tiegħek tistgħu titolbu lill-qorti sabiex tneħħi kompletament il-projbizzjoni fuq it-tluq mill-Bulgarija. Il-qorti tagħmel dan jekk tiddeċiedi li m’hemm l-ebda riskju li int taħrab meta tkun barra mill-pajjiż.

Fil-proċeduri tal-qorti msemmija hawn fuq, ir-raġunijiet tal-akkużi kontrik ma jiġux ikkunsidrati.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Att dwar l-Affarijiet Interni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Estradizzjoni u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolamenti dwar l-Infurzar tal-Ministeru dwar l-Affarijiet Interni


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2017

3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti


Fejn u kif isir il-proċess?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jistabbilixxi jekk il-qorti tal-ewwel istanza li se tisma’ l-każ tiegħek hix se tkun qorti distrettwali jew reġjonali. Għal aktar tagħrif dwar il-qrati, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem.

Fil-prinċipju, il-proċess ikun pubbliku. Madanakollu, hu possibbli li l-proċess sħiħ jew is-smigħ individwali jinstema’ bil-bibien magħluqa għall-pubbliku. Dan iseħħ biex ikunu protetti sigrieti tal-istat, il-morali pubbliċi jew l-identità sigrieta ta’ xhieda protetti.

Skont il-gravità tal-akkuża, il-każ jiġi deċiż minn imħallef jew minn bord magħmul minn imħallef u żewġ ġurati. Għal ħafna mill-każijiet ta’ delitti serji jkun hemm bord ta’ 2 imħallfin u 3 ġurati. L-imħallef u l-ġurati għandhom voti ugwali fil-proċess.

L-akkużi jistgħu jinbidlu matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Dan hu possibbli jekk, matul il-proċess quddiem qorti kriminali, fatti ġodda li ma jkunux magħrufa mill-awtoritajiet inkwirenti sa dak il-mument, jiġu ppruvati li jappoġġjaw il-bidla. Iżda akkużi ġodda jistgħu jinġiebu biss meta:

  • ikun hemm bżonn ta’ bidliet serji fil-fatti spjegati fl-akkużi oriġinali;
  • anki mingħajr tali bidliet, l-akkużi l-ġodda jikkonċernaw delitti aktar serji.

Jekk ikun hemm akkuża ġdida, tista’ titlob sabiex tipprepara għaliha qabel ma jkompli l-proċess quddiem qorti kriminali.

Jekk twieġeb ħati għal xi akkuża, tista’ tkun imposta sentenza iżgħar. Iżda l-qorti ma tistax taqta’ sentenza fuq il-bażi tal-ammissjoni tiegħek biss.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk int akkużat b’delitt punibbli permezz ta’ priġunerija ta’ aktar minn 5 snin, trid tattendi għall-proċess quddiem qorti kriminali. Jekk int ġej minn pajjiż barrani u l-preżenza tiegħek hi obbligatorja, il-proċess quddiem qorti kriminali jista’ jinstema’ mingħajrek skont il-kundizzjonijiet speċifikati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk biss. F’dawn il-każijiet, l-avukat tal-għassa jkun allokat għalik skont il-proċedura speċifikata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Fil-prinċipju, il-parteċipazzjoni għall-proċess quddiem qorti kriminali b’kollegament bil-vidjow mhijiex permessibbli. F’każ li l-qorti tara li l-verità ma tkunx imfixkla biss, hija tkun tista’ tagħmillek mistoqsijiet b’kollegament bil-vidjow – u jekk int barra l-pajjiż biss. Parteċipazzjoni obbligatorja tfisser il-preżenza fiżika tiegħek matul il-proċess kollu. Jekk il-parteċipazzjoni tiegħek mhix obbligatorja, għandek id-dritt li tkun preżenti xorta. Jekk ma titkellimx bil-lingwa, jista’ jkollok interpretu mingħajr ħlas.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jistabbilixxi l-każi meta int irid ikollok difiża legali. Dwar l-għażla tiegħek ta’ avukat u d-dritt għall-għajnuna legali bla ħlas, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Tista’ tibdel l-avukat tiegħek. Jekk int detenut, tista’ tiltaqa’ u titkellem mal-avukat tiegħek fil-privat. Tista’ tkun megħjun minn interpretu jekk ma titkellimx bil-lingwa.

Tista’, iżda mhux bilfors, titkellem waqt il-proċess quddiem qorti kriminali. Anki jekk tgħid xi ħaġa li mhix vera, din mhux se jkollha konsegwenzi negattivi kontrik. Iżda għandek tikkonferma d-dettalji personali tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi miġjuba kontrija?

Tista’ tikkontesta l-provi miġjuba kontrik. Tista’ tiddikjara li mhumiex ammissibbli għax ma ġewx miġbura b’mod legali jew għaliex, minkejja l-fatt li huma ammissibbli, ma jappoġġjawx l-akkuża. Normalment, il-provi huma kkontestati fi tmiem il-proċess meta l-avukat jippreżenta l-argumenti tad-difiża. L-ammissibbiltà tal-provi tista’ tkun ikkontestata wkoll matul il-proċess quddiem qorti kriminali.

Int intitolat li titlob kwalunkwe prova, ammissibbli skont il-liġi, li taħdem favurik. Tista’ titlob li jiġu interrogati xhieda tad-difiża. Tista’ titlob li jitressqu provi fi kwalunkwe ħin tal-kawża. Provi miġjuba bis-saħħa ta’ investigatur privat huma ammissibbli jekk huma miġbura skont il-liġi. L-avukat tiegħek jista’ jevalwa l-valur tagħhom.

Int u l-avukat tiegħek tistgħu tistaqsu mistoqsijiet lix-xhieda tal-prosekuzzjoni fil-preżenza tagħhom. Il-proċedura għall-interrogazzjoni ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaxhieda protetti hi aktar speċifika. Tista’ tikkontesta dak li x-xhieda qalu kontrik. Normalment, dan isir lejn tmiem il-kawża meta l-avukat jippreżenta l-argumenti tad-difiża.

L-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi tista’ tiġi kkunsidrata?

Taqbel jew ma taqbilx, il-qorti tiġbor l-informazzjoni dwar il-kundanni kriminali preċedenti tiegħek. Jekk tinsab ħati u għandek kundanni preċedenti, dawn jistgħu jwasslu għal penali aktar ħarxa. L-informazzjoni għandha tkun kurrenti sa minn tmiem il-proċess quddiem qorti kriminali. Kundanni preċedenti fi Stat Membru ieħor ikunu kkunsidrati jekk ikunu rikonoxxuti preċedentement minn qorti Bulgara.

X’jiġri fi tmiem il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk il-qorti tiddetermina li l-akkuża hi ppruvata mingħajr l-ebda dubju, il-qorti ssibek ħati u tikkastigak skont il-liġi. Inkella, il-qorti tiddikjarak ‘mhux ħati’.

Sentenzi possibbli:

  • Priġunerija għall-għomor – bid-dritt jew mingħajr dritt ta’ sostituzzjoni: imposta għad-delitti l-aktar gravi. Priġunerija għall-għomor mingħajr dritt ta’ sostituzzjoni ma tistax tkun mibdula fi priġunerija għal terminu definit. Priġunerija għal żmien definit – għal mhux aktar minn 20 sena jew, b’eċċezzjoni, sa 30 sena. Din is-sentenza hi skontata l-ħabs.
  • Probation għal terminu definit – jinkludi miżuri ta’ kontroll u miżuri li jinfluwenzaw mingħajr ma jċaħħdek mil-libertà tiegħek. Servizz fil-komunità jista’ jkun eżempju ta’ tali miżura.
  • Sekwestru – il-propjetà tiegħek jew parti minnha titteħidlek bil-forza.
  • Multa – għandek tħallas ċertu ammont ta’ flus.
  • Ċaħda, għal perjodu definit, mid-dritt li jkollok ċerta pożizzjoni jew li teżerċita ċerta professjoni, id-dritt li tkun mogħti premji jew titli militari.
  • Ċensura pubblika – is-sentenza tiegħek issir pubblika b’mod xieraq.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Bħala akkużatur privat, il-vittma tappoġġja l-akkuża mressqa mill-prosekutur pubbliku u titlob għall-kundanna tiegħek. Bħala attur ċivili, il-vittma titlob li int tkun ikkundannat sabiex tħallas għad-danni kkawżati mid-delitt. Il-vittma tippreżenta petizzjoni fil-bidu tal-proċess quddiem qorti kriminali u tassumi dawn ir-rwoli jekk il-qorti tiddeċiedi hekk.

Interrogazzjoni ta’ xhieda protetti

It-testimonjanza tista’ tipperikola l-ħajja jew is-saħħa ta’ xhud jew tal-familja u l-ħbieb tiegħu/tagħha. Imbagħad jekk il-qorti tkun konvinta li l-periklu hu reali, tieħu miżuri – fuq it-talba jew bil-kunsens tax-xhud – biex tipproteġi b’mod urġenti s-sigurtà tiegħu/tagħha. Eżempju ta’ tali miżura jista’ jkun li ma tkunx żvelata l-identità tax-xhud mhedded.

Jekk xhud protett b’identità sigrieta għandu jixhed, il-qorti tinterrogah/a meta l-partijiet għall-proċess ma jkunux preżenti. Il-liġi teħtieġ li l-qorti tieħu l-prekawzjonijiet possibbli kollha sabiex ma tesponix l-identità tax-xhud. Wara l-interrogazzjoni, il-qorti immedjatament tipprovdi lilek u lill-avukat tiegħek b’kopji tad-dikjarazzjoni tax-xhud mhux iffirmata. Int u l-avukat tiegħek tistgħu tagħmlu mistoqsijiet lix-xhud bil-miktub.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.lex.bg/bg/laws/ldoc/2135512224Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.lex.bg/bg/laws/ldoc/1589654529Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.lex.bg/bg/laws/ldoc/2135560660Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att Ġudizzjarju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vss.justice.bg/bg/vlast/1.htmIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Ġudizzjarju Suprem


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2017

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha


Nista’ nappella?

Wara li ssibek “ħati” jew “mhux ħati”, il-qorti toħroġ verdett li int issir taf bih fi tmiem il-kawża. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jindika meta l-qorti tista’ tiċħad kawża kriminali mingħajr ma toħroġ verdett. Imbagħad il-qorti tagħmel deċiżjoni. Tista’ tappella kemm kontra l-verdett kif ukoll kontra d-deċiżjoni.

L-appell irid ikun bil-miktub u fih il-firma tiegħek. Jiġi sottomess mill-qorti tal-ewwel istanza għall-qorti tal-appell. Jekk l-ewwel istanza hi qorti distrettwali, il-qorti tal-appell tkun qorti reġjonali. Il-verdetti u d-deċiżjonijiet ta’ qorti reġjonali huma appellati quddiem qorti tal-appell. Għal aktar tagħrif dwar il-qrati ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem. L-appelli kontra verdetti huma ppreżentati fi żmien 15-il ġurnata mid-data li jkunu ddikjarati, u d-deċiżjonijiet – fi żmien 7 ijiem mill-ġurnata li fiha jiġu nnotifikati.

Fl-appell, tista’ tilmenta dwar il-konklużjonijiet tal-qorti fir-rigward ta’ fatti li sabet li ġew ippruvati, l-applikazzjoni ta’ liġijiet relevanti u dwar penali inġusti. Irrispettivament minn kemm isiru lmenti, u x’tip ta’ lmenti jkunu saru, il-qorti tal-appell tiddeċiedi jekk il-verdett sħiħ ikunx korrett jew le.

X’jiġri jekk nappella?

Wara li tkun irċiviet l-appell tiegħek, il-qorti tal-ewwel istanza tibgħat kopji tiegħu lill-prosekutur u lill-partijiet l-oħra fil-kawża. Flimkien mar-raġunijiet tagħha għall-verdett, l-istess qorti tirreferi l-kawża bl-appell lill-qorti tal-appell. Jekk il-qorti ordnatlek li tinżamm f’kustodja proviżorja bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiżura għall-prevenzjoni tal-evażjoni tal-prosekuzzjoni l-appell ma jwassalx għall-konċessjoni awtomatika tal-libertà tiegħek. Iżda tista’ titlob lill-qorti tal-appell biex dik il-miżura tiġi mibdula għal waħda inqas severa. Il-qorti tiddeċiedi l-appell tiegħek waqt smigħ separat.

M’hemmx data ta’ skadenza għall-qorti tal-appell biex tistabbilixxi data għas-smigħ. Din tiddependi fuq meta jistgħu jitħejjew ir-raġunijiet għall-verdett u fuq il-volumi ta’ xogħol tal-qorti tal-appell.

Tista’ ġġib provi ġodda quddiem il-qorti tal-appell għax dik il-qorti tista’ ssib fatti ġodda. Ir-regoli dwar il-provi validi għall-proċess tal-ewwel istanza japplikaw hawnhekk ukoll.

X’jiġri waqt is-smigħ tal-appell?

Tista’, iżda mhux bilfors, tattendi għas-smigħ. Int u l-avukat tiegħek tistgħu tagħmlu dikjarazzjoni bil-fomm dwar l-ilmenti fl-appell. Il-partijiet l-oħra preżenti jistgħu jgħidu x’jaħsbu dwar l-appell.

Il-qorti tal-appell tista’:

  • tiddeċiedi li tannulla l-verdett u tirreferi l-każ lill-prosekutur jew lill-qorti tal-ewwel istanza għal eżaminazzjoni mill-ġdid.
  • tannulla l-verdett tal-qorti tal-ewwel istanza u toħroġ verdett ġdid.
  • tiddeċiedi li tibdel il-verdett, għal sentenza inqas severa.
  • tiddeċiedi li tirrevoka l-verdett u li twaqqaf il-proċedimenti kriminali.
  • tissospendi l-proċedimenti kriminali fil-każijiet previsti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali
  • tiddeċiedi li tikkonferma l-verdett tal-qorti tal-ewwel istanza.

X’jiġri jekk l-appell jintlaqa’/ma jintlaqax?

Jekk m’intix kuntent bil-verdett jew bid-deċiżjoni ta’ qorti tal-appell, tista’ tappella quddiem Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni. Jekk il-qorti tal-appell tkun qorti reġjonali, tista’ tippreżenta appell quddiem il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni biss f’każ li l-qorti reġjonali tkun ħarġet verdett ġdid.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni ma ssibx fatti ġodda u għaldaqstant, ma taċċettax provi ġodda. Dik il-qorti tista’ tindika biss jekk il-liġijiet ġewx applikati b’mod korrett u jekk il-penali imposta hijiex ġusta. Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tikkonsidra biss l-ilmenti ddikjarati fl-appell li sarilha.

Int tkun intitolat għal kumpens biss meta l-kundanna tiegħek tiġi annullata u l-qorti tal-appell toħroġ verdett ġdid ta’ “mhux ħati”. Għal aktar dettalji, ara l-att dwar il-kumpens speċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Jekk, minkejja l-appell, il-kundanna tibqa’ tali, anki jekk b’sentenza inqas severa, din tibqa’ tidher fuq il-kondotta tiegħek. Verdett ta’ liberazzjoni ma jitniżżilx.

Ladarba tagħmel użu mill-possibbiltajiet kollha għall-appell quddiem qorti tal-appell u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, mhuwiex possibbli li jsir appell ulterjuri Il-verdett isir finali – jekk ma jkunx appellat, jew jekk ikun appellat wara d-data ta’ skadenza, jew wara li l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tkun iddikjarat id-deċiżjoni tagħha.

Jien minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura wara l-proċess quddiem qorti kriminali?

Tista’ tintbagħat lura. F’xi każi, dan jista’ jseħħ anke jekk ma taqbilx. It-trasferiment tiegħek ma jseħħx awtomatikament wara li s-sentenza tidħol fis-seħħ. Trid isseħħ proċedura li hi spjegata fid-dettall fil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali. Ikollok bżonn parir legali.

Jekk inkun ikkundannat, nista’ nerġa’ niġi pproċessat għall-istess delitt?

Il-liġi ma tippermettix li int tkun ipproċessat għal delitt li diġà tkun ġejt ikkundannat għalih. Din il-projbizzjoni tapplika wkoll meta tkun ikkundannat fi Stat Membru ieħor.

Informazzjoni dwar l-akkużi/il-kundanna

L-informazzjoni dwar l-akkużi kontrik jinżammu fir-rekords tal-pulizija. Jekk tkun illiberat, tista’ titlob lill-pulizija tħassar dik l-informazzjoni.

L-informazzjoni dwar il-kundanna titniżżel fil-kondotta tiegħek. Dan jinżamm mill-qorti distrettwali rispettiva. Jekk twelidt barra mill-Bulgarija, il-kondotta tiegħek tinżamm fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-ebda rekord ta’ kundanna kriminali ma jiġi mħassar sakemm ikollok 100 sena u mbagħad jitqiegħed fuq mikrofilm u jitħassar. Il-kunsens tiegħek mhuwiex meħtieġ għall-ħażna tal-kondotta tiegħek. Lanqas m’inti intitolat li toġġezzjona għall-ħażna ta’ dik l-informazzjoni.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-Muniċipalitajiet għad-Danni (Ikkawżati liċ-Ċittadini)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdinanza Nru.8 tas-26 ta’ Frar 2008 dwar il-Funzjonijiet u l-Organizzazzjoni tax-Xogħol tal-Uffiċċji tar-Rekords ta’ Kundanni Kriminali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2017

5 – Reati minuri tat-traffiku fit-triq


Kif jiġu riżolti reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Reati minuri tat-traffiku fit-triq relatati mal-eċċess ta’ veloċità, parkeġġ eċċ. huma ttrattati bħala reati amministrattivi. Huma riżolti b’mod amministrattiv. Penali li jistgħu jingħataw huma multa jew projbizzjoni mis-sewqan ta’ vetturi għal perjodu ta’ żmien stabbilit. Għal reati aktar gravi, iż-żewġ penali jistgħu jkunu imposti f’daqqa.

Il-pulizija tat-traffiku huma dawk li jidentifikaw dawn ir-reati u li jagħtu s-sanzjonijiet għalihom. Tista’ tappella kontra dikjarazzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva mogħtija lilek quddiem il-qorti distrettwali rispettiva fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha d-dikjarazzjoni tkun imwassla lilek. Għandek id-dritt li tkun defendut minn avukat. Multi li jammontaw sa BGN 50 mhumiex soġġetti għal appell.

Qorti distrettwali tista’ tikkonferma jew tikkanċella sanzjoni. Tista’ tappella kontra deċiżjoni ta’ qorti distrettwali quddiem il-qorti amministrattiva rispettiva. Id-deċiżjoni tagħha hi finali. Għal aktar tagħrif dwar il-qrati ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem.

L-istess proċedura tapplika għal reati mwettqa minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra.

Dawn ir-reati jitniżżlu fuq il-kondotta tiegħi?

Dawn ir-reati ma jitniżżlux fuq il-kondotta tiegħek.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reati u s-Sanzjonijiet Amministrattivi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku fit-Triq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolamenti dwar l-Infurzar tal-Att dwar it-Traffiku fit-Triq


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2017

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Repubblika Ċeka

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka, piena tista’ tiġi imposta kontrik biss skont il-liġi u bil-mod stipulat fil-liġijiet relevanti. Dawn il-liġijiet huma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kodiċi Kriminali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar il-Ġustizzja tal-Minorenni, u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jistabbilixxu r-regoli għall-proċeduri kriminali, inklużi kundizzjonijiet speċifiċi għall-eżerċizzju u l-infurzar tad-drittijiet tiegħek.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt. Għal informazzjoni dwar reati minuri bħal reati tat-traffiku fit-triq, li ġeneralment jiġu ppenalizzati b’penali fissa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 5.

Jekk inti l-vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċess kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali.

1.             Proċess ta’ tħejjija

Il-proċess ta’ tħejjija huwa l-ewwel stadju tal-proċess kriminali. Dan għandu żewġ partijiet:

  • Il-proċeduri tal-awtoritajiet responsabbli għall-proċess kriminali qabel il-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali, magħrufa bħala l-fażi ta’ eżami; u
  • L-istadju tal-investigazzjoni, il-parti tal-prosekuzzjoni kriminali mill-bidu tagħha sal-preżentazzjoni ta’ akkuża jew it-tmiem tagħha b’mod differenti (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 2)Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida#Podstránka_2Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida.

2.             Diskussjoni preliminari tal-akkuża

Matul id-diskussjoni preliminari, il-qorti teżamina jekk il-każ ġiex iċċarat sew fil-proċess ta' tħejjija u jekk l-akkuża tipprovdix bażi xierqa għal proċeduri ulterjuri. Din tiddeċiedi wkoll jekk il-qorti għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar il-każ.

3.             Il-proċess quddiem qorti kriminali

Din hija l-iktar parti importanti tal-proċess kriminali.Jiġu eżaminati l-provi u tittieħed deċiżjoni dwar il-każ. Matul dan l-istadju tal-proċess kriminali, il-konvenut(i) u kwalunkwe xhieda u l-vittma jew vittimi jiġu interrogati fil-qorti. Il-kawża hija pubblika, orali u ssir biċ-Ċek. Jekk ma titkellimx biċ-Ċek, għandek id-dritt għal interpretu.

4.             Proċeduri ta’ appell

Il-konvenut, il-familja tiegħu, l-avukat, il-prosekutur pubbliku jew il-vittma għandhom id-dritt li jappellaw fi żmien 8 ijiem. Jekk isir appell, il-qorti tal-appell tirrevedi d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza.

L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok osserva li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tippreżenta lment u lil min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif wieħed jieħu parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-kawża titressaq quddiem il-qorti

  • Eżami
  • Investigazzjoni
  • Kustodja
  • Deċiżjoni fil-proċess ta’ tħejjija, akkuża
  • Proċess ta’ tħejjija fil-qosor

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-kawża

  • Kawża fil-qorti
  • Sentenzi; id-drittijiet tal-vittma

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Reati tat-traffiku u reati minuri oħrajn

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja Ċek

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Affarijiet Interni Ċek

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni legali għal kulħadd


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

1 – Kif wieħed jieħu parir legali

Din l-iskeda informattiva tgħidlek f’liema ċirkustanzi inti għandek jedd li tkun rappreżentat minn avukat, kif issib avukat, u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk ma jkollokx il-mezzi finanzjarji. Tgħidlek ukoll x’jista’ jagħmel l-avukat għalik.


Kif issib avukat

Avukat imniżżel fir-reġistru tal-avukati miżmum mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki (CBA) biss jista’ jiddefendi persuna f’każ kriminali.

Jekk għandek bżonn avukat tad-difiża, ikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki (jew ikkuntattja lil wieħed mill-avukati fir-reġistru direttamentIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cak.cz/).

X’jiġri jekk ma nagħżilx avukat?

Jekk ma tagħżilx avukat trid tiddefendi lilek innifsek.

F’ċerti każijiet, inti obbligat li jkollok avukat tad-difiża u l-qorti taħtar avukat tad-difiża għalik jekk inti ma tagħżilx wieħed f’limitu ta’ żmien speċifiku. Dawn li ġejjin huma sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ avukat tad-difiża:

  • jekk inti tinżamm f’kustodja jew taħt osservazzjoni f’faċilità medika,
  • jekk il-kompetenza tiegħek biex twettaq atti legali hija limitata,
  • jekk tinsab maħrub,
  • jekk għandek inqas minn 18-il sena,
  • jekk għandek diżabilità fiżika jew mentali u hemm dubji dwar il-kompetenza tiegħek biex tiddefendi ruħek sew,
  • jekk tista’ tiġi kkundannat għal iktar minn 5 snin fil-ħabs,
  • jekk ikunu ser jinbdew proċeduri ssimplifikati kontrik bħala l-persuna detenuta,
  • fi proċedimenti fejn jista’ jkun meħtieġ li jsirlek trattament mediku preventiv (ħlief trattament għall-alkoħoliżmu),
  • f’ċerti proċeduri b’element barrani .

Min iħallas lill-avukat?

L-imputat għandu jħallas is-servizzi tal-avukat. Jekk il-qorti taħtar avukat għalik, l-Istat iħallas għad-difiża. L-Istat iħallas ukoll jekk inti tkun intitolat għal difiża mingħajr ħlas.

Kemm hu d-dritt tal-avukat?

Il-ħlas għas-servizzi tal-avukat tad-difiża huwa speċifikat permezz ta’ kuntratt bejnek u l-avukat tad-difiża jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-Drittijiet tal-Avukati (jekk ma jkollokx kuntratt).

Meta tkun intitolat għal difiża mingħajr ħlas?

Jekk ma jkollokx biżżejjed flus biex tħallas l-ispejjeż tad-difiża tiegħek, inti intitolat għal tnaqqis fid-dritt jew difiża mingħajr ħlas (it-tnejn imsemmija “difiża mingħajr ħlas”). L-imħallef, jew il-president tal-qorti jiddeċiedi dwar ir-rikors tiegħek, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek. Dan ir-rikors għandu jiġi ppreżentat minnek matul il-proċess ta’ tħejjija permezz tal-prosekutur pubbliku jew waqt il-proċeduri tal-qorti.

Inti tista’ tingħata difiża mingħajr ħlas saħansitra mingħajr tali rikors jekk l-evidenza tissuġġerixxi li dan huwa xieraq.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-Drittijiet tal-Avukati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-kawża titressaq quddiem il-qorti


Liema huma l-istadji ta’ investigazzjoni kriminali?

Il-proċess ta’ tħejjija huwa maħsub biex jiġi eżaminat jekk sarx delitt u min x’aktarx li kien l-awtur (l-istadju tal-analiżi) u wara dan sabiex jinġabru l-provi u jitħejja l-każ għall-qorti (l-istadju tal-investigazzjoni).

Il-proċess ta’ tħejjija jitwettaq mill-Pulizija li huma ssorveljati fil-ħidma tagħhom mill-prosekutur pubbliku li jiddeċiedi jekk il-proċess ikunx sar kif suppost.

Ċerti azzjonijiet jistgħu jitwettqu biss mill-prosekutur pubbliku jew huma soġġetti għad-deċiżjoni tiegħu (bħat-tmiem tal-proċess ta’ tħejjija), filwaqt li l-imħallef għandu l-awtorità li jiddeċiedi dwar ċerti azzjonijiet oħra (bħat-teħid f’kustodja, l-arrest, it-tfittxija fid-dar, u s-smigħ tat-telefonati tal-persuna ssuspettata).

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex tikseb aktar informazzjoni dettaljata dwar l-istadji tal-investigazzjoni qabel il-proċess quddiem qorti kriminali.

Proċedura qabel il-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali – eżami (1)

X’inhu l-iskop tal-eżami?

Sabiex tiġi stabbilita n-natura ta’ delitt u min ikun l-awtur tiegħu, il-pulizija tista’:

  • tieħu stqarrijiet
  • tikseb opinjonijiet esperti
  • tikkunsidra dokumenti
  • tfittex oġġetti u tagħmel tiftix fuq il-post tad-delitt
  • toħloq rekords, tieħu marki tas-swaba’, kejl tal-ġisem, tfittex fuq il-persuna ssuspettata
  • twettaq atti urġenti
  • iżżomm lill-persuni ssuspettati taħt arrest
  • tuża proċeduri investigattivi oħra kif xieraq.

L-eżami jintemm b’deċiżjoni biex tinbeda prosekuzzjoni kriminali ta’ persuna speċifika jew b’modi varji oħra (aġġornament, aġġornament temporanju, sottomissjoni tal-każ għal deċiżjoni barra l-qorti).

X’inhuma l-limiti ta’ żmien għal dan l-istadju?

Il-limitu ta’ żmien huwa xahrejn, tliet xhur, jew sitt xhur skont kemm ikun serju l-każ. Jekk ma jkunx possibbli li jitlesta l-eżami, il-prosekutur pubbliku jista’ jibdel jew jestendi l-limitu ta’ żmien ibbażat fuq ġustifikazzjoni bil-miktub.

X’jingħad lili dwar x’ikun qed jiġri?

Inti ma tiġix infurmat dwar dak li jkun qed jiġri f’dan l-istadju qabel ma jkollok bżonn li tkun involut direttament fil-proċedura.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nkunx nitkellem il-lingwa?

F’każ li tintalab tagħti spjegazzjoni ta’ ċerti avvenimenti, il-pulizija tipprovdilek interpretu li jinterpreta l-mistoqsijiet, it-tweġibiet tiegħek u mbagħad jinterpreta r-rapport bil-miktub qabel ma tiġi mitlub biex tiffirmah.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Inti tista’ titlob avukat biex ikun preżenti għall-ispjegazzjoni. Il-parteċipazzjoni ta’ avukat f’dan l-istadju mhijiex obbligatorja u ma jinħatarx avukat għalik jekk inti stess ma tiddeċidix li tikkuntattja wieħed. Tista’ titlob il-parir ta’ avukat iżda mhux dwar kif titwieġeb mistoqsija li diġà tkun saritlek. Inti għandek iġġib l-interpretu tiegħek f’dan l-istadju sabiex jgħin lilek u lill-avukat tiegħek.

Nintalab informazzjoni? Għandi nipprovdi informazzjoni?

F’dan l-istadju il-pulizija tista’ titolbok spjegazzjoni tal-fatti li tkun qed tinvestiga. Huwa d-dmir tiegħek li tipprovdi spjegazzjoni vera. Inti tista’ tirrifjuta li tipprovdi spjegazzjoni jekk l-istqarrija tiegħek tista’ twassal biex jittieħdu passi kriminali kontrik (jew kontra persuna li tiġi minnek). Inti tista’ tirrifjuta wkoll jekk tkun qed tikser obbligu ta’ kunfidenzjalità.

X’jiġri jekk jien ngħid xi ħaġa li tista’ tippreġudika l-każ tiegħi?

L-istqarrija tiegħek tintuża biss sabiex jiġi deċiż jekk tinbediex prosekuzzjoni kriminali kontra persuna speċifika għal delitt speċifiku. Jekk jinbdew il-procedimenti kriminali, l-istqarrija tiegħek titqies bħala prova biss jekk tkun ingħatat kmieni u ma setgħetx tiġi ripetuta iktar tard. Barra minn hekk, għandha tkun ġiet mogħtija quddiem imħallef. Inkella, ix-xhieda tiegħek ikollha tingħata mill-ġdid, fi stadju iktar tard tal-proċeduri kriminali (bħala regola, quddiem qorti).

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib?

Fuq talba tiegħek, i-pulizija għandha tinfurma lil wieħed mill-qraba tiegħek jew xi ħabib li inti tkun miżmum taħt arrest, sakemm dan ma jfixkilx l-investigazzjoni tal-pulizija, u ma jkunx wisq diffiċli.

Jista’ jinvistani tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Il-pulizija għandha torganizza eżami mediku u tikseb dikjarazzjoni ta’ tabib dwar il-kundizzjoni medika tiegħek meta tippreżenta ruħek għall-eżami jew tiġi arrestat. Inti għandek tinħeles minnufih jekk it-tabib jordna dan u l-pulizija, jekk ikun meħtieġ, għandha tieħdok f’faċilità medika.

Nista’ nikkuntattja lill-ambaxxata tiegħi jekk inkun ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Inti tista’ titlob li tuża d-dritt li tikkuntattja l-ambaxxata tiegħek u jkollok diskussjonijiet privati ma’ rappreżentant tal-Ambaxxata f’kull stadju tal-proċeduri kriminali.

Jiena ngħix f'pajjiż ieħor. Għandi għalfejn inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

L-imħallef jista’ jordna li inti tiġi mismugħ qabel titlaq mill-pajjiż, jekk dan ikun essenzjali għall-każ u jista’ jimpedixxi li tintilef xi prova. Inti tista’ tiġi mismugħ ukoll wara li titlaq mill-pajjiż jekk issir talba lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż fejn inti tgħix.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Mhux f’dan l-istadju.

Ninżamm f’kustodja jew niġi meħlus?

Jekk il-preżenza tiegħek tkun meħtieġa, inti titressaq quddiem il-qorti jew tinżamm taħt arrest. Jekk, wara dan, ma tinħariġx akkuża kontra tiegħek jew ma titressaqx quddiem imħallef fi żmien 48 siegħa minn meta tkun ġejt arrestat, int għandek tiġi meħlus.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż matul l-investigazzjoni?

Iva.

Niġi mitlub nagħti marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (eż. xagħar, bżieq), jew fluwidi oħra tal-ġisem?

Jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita l-identità tiegħek jew biex jiġi vverifikat jekk hemmx traċċi fuq il-ġisem tiegħek mid-delitt, jew jekk dan ikun meħtieġ għall-evidenza, jistgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek, kampjun tad-DNA, demm, materjal bijoloġiku, jew il-kejl fuq barra ta’ ġismek, jew tfittxija fuq il-ġisem, jew jistgħu jsiru affarijiet simili.

Kwalunkwe reżistenza fiżika min-naħa tiegħek tista’ tiġi megħluba bil-kunsens tal-prosekutur pubbliku. Jekk int tirrifjuta, tista’ teħel multa sa CZK 50,000.

Jekk l-informazzjoni li tinkiseb b’dan il-mod ma tibqax meħtieġa għal proċeduri ulterjuri, jew għall-fini ta’ prevenzjoni, it-tiftix għal u l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet kriminali, din għandha tinqered.

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew għal uħud minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk l-ammissjoni tal-ħtija tiegħek tkun kredibbli, tista’ tikkostitwixxi raġuni għall-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali jew għal deċiżjoni dwar proċeduri sommarji.

Nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda li xehdu kontra tiegħi u dwar provi oħra?

F’dan l-istadju tal-proċeduri ma tirċevix din l-informazzjoni.

Tista’ tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva, il-pulizija tikseb kopja tal-kondotta tiegħek.

Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2)

X’inhu l-iskop ta’ dan l-istadju?

Matul l-investigazzjoni l-pulizija tfittex u teżamina provi li jkunu importanti għall-każ. Il-pulizija tfittex evidenza li tkun favorevoli jew detrimentali għall-akkużat.

X’inhu l-limitu taż-żmien għal investigazzjoni?

Il-limitu ta’ żmien huwa ta’ xahrejn, tliet xhur jew sitt xhur skont kemm ikun serju l-każ. Il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-prosekutur pubbliku fuq il-bażi tar-raġunijiet bil-miktub ipprovduti mill-pulizija. Madankollu, il-prosekutur għandu jivverifika r-raġunijiet f'kull każ mill-inqas darba fix-xahar.

Il-pulizija għandha tipproċedi malajr kemm jista’ jkun. Jekk id-dewmien jaffettwak b’mod negattiv, inti tista’ titlob lill-prosekutur pubbliku biex isolvi l-problema. Jekk id-dewmien ikun ikkawżat mill-prosekutur pubbliku, tista’ titlob lis-superjur tiegħu biex isolvi l-problema.

Il-persuna akkużata tista’ wkoll titlob kumpens għal dannu mhux finanzjarju kkawżat minn dewmien fil-proċeduri jew kumpens għad-danni wkoll. Meta timponi piena, il-qorti għandha tqis kwalunkwe dewmien f’din il-fażi.

Niġi infurmat dwar x’inhu jiġri?

Inti tirċievi deċiżjoni dwar il-bidu tal-prosekuzzjoni kriminali. Din ikun fiha deskrizzjoni tal-att li inti akkużat bih, il-bażi legali tiegħu u r-raġunijiet. Tista’ tagħmel oġġezzjoni għal din id-deċiżjoni f’limitu ta’ żmien ta’ tlett ijiem u l-prosekutur pubbliku mbagħad jieħu deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tiegħek.

Inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek tiġu infurmati bil-proċeduri ta’ investigazzjoni u jkollok id-dritt li tipparteċipa fihom, permezz tal-avukat tad-difiża tiegħek, biex tistaqsi lix-xhieda mistoqsijiet u tressaq provi. Inti u l-avukat tad-difiża tiegħek tistgħu tiġu mċaħħda mill-aċċess għall-fajl tiegħek matul l-investigazzjoni, jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi biex isir dan.

Jiġi pprovdut interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Waqt li tkun qed tiġi investigat, jekk inti ma titkellimx biċ-Ċek tiġi pprovdut b’interpretu għal lingwa li taf titkellem jew għal-lingwa tiegħek.

Inti tiġi pprovdut b’interpretu wkoll waqt il-proċeduri ta’ investigazzjoni. F’dan l-istadju, il-pulizija tħallik tipparteċipa u tistaqsi mistoqsijiet jekk trid.

Fuq talba tiegħek, tiġi pprovdut bi traduzzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni tal-bidu tal-prosekuzzjoni kriminali, id-deċiżjoni dwar detenzjoni jew id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni kundizzjonali ta’ prosekuzzjoni kriminali.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Dan jista’ jsir fi kwalunkwe ħin u l-kunfidenzjalità tal-konversazzjoni għandha tkun żgurata. Għandu jiġi pprovdut interpretu jekk l-avukat jitlob hekk. Tista’ tagħżel avukat int stess (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1).

Nintalab informazzjoni? Għandi nipprovdi informazzjoni?

Int intitolat li tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar il-każ u għandek id-dritt ukoll li ma tgħid xejn.

Nista’ nagħmel oġġezzjoni kontra l-uffiċjal tal-pulizija eżaminatur, il-prosekutur pubbliku, jew l-imħallef?

Inti tista’ tagħmel oġġezzjoni kontra l-uffiċjal tal-pulizija jew il-prosekutur pubbliku kif ukoll kontra l-iskrivan tal-minuti, l-uffiċjal tal-probation, l-iskrivan tal-qorti, l-espert tal-qorti, u l-interpretu, u kontra l-imħallef jekk inti temmen li hemm preġudizzju min-naħa tagħhom – jiġifieri, jekk inti temmen li għandhom kunflitt ta’ interess personali fil-każ tiegħek jew fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom, u għaldaqstant ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet imparzjali.

F’termini ġenerali, persuna titqies li hija ppreġudikata wkoll jekk tkun diġà kkontribwiet għall-proċeduri fi rwol proċedurali differenti.Pereżempju, imħallef ma jistax jgħaddi ġudizzju fuq il-ħtija u jiddeċiedi fuq il-piena jekk dak imħallef ikun ta deċiżjoni fil-proċess ta’ tħejjija dwar il-kustodja, dwar is-smigħ tat-telefonati tal-persuna ssuspettata, eċċ.

Il-persuna li tiddeċiedi l-ewwel dwar l-oġġezzjoni tiegħek hi l-persuna li fil-konfront tagħha inti tkun

oġġezzjonat li hija ppreġudikata. Jekk inti ma tkunx sodisfatt b’dik id-deċiżjoni, jista’ jiġi ppreżentat ilment kontra d-deċiżjoni ta’ dik il-persuna fi żmien tlett ijiem u awtorità superjuri mbagħad tieħu deċiżjoni. Id-deċiżjonijiet proċedurali mogħtija minn persuna ppreġudikata ma jistgħux jiġu applikati fil-proċeduri kriminali.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tista’ tikkawża dannu għall-każ tiegħi?

Kull ma tgħid jista’ jintuża favurik jew kontrik. Ix-xhieda tiegħek f’dan l-istadju tal-proċeduri tista’ tintuża bħala evidenza.

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib?

Il-pulizija għandhom jiddeċiedu jekk inti tistax tikkuntattja l-familja jew ħbieb tiegħek matul l-eżami, detenzjoni u arrest. Jekk inti tinżamm f’kustodja, inti għandek id-dritt li tikteb ittri (l-ittri jinqraw mis-Servizz tal-Ħabs tar-Repubblika Ċeka jekk inti tinżamm f’kustodja minħabba l-periklu li tista’ tinfluwenza lix-xhieda; u wkoll mill-prosekutur pubbliku li huwa awtorizzat li jiċċensura l-ittri tiegħek).

Int intitolat li tirċievi viżitaturi darba kull ġimagħtejn waqt li tkun il-ħabs iżda jekk tinżamm f’kustodja minħabba l-periklu li tista’ tinfluwenza lix-xhieda, xi ħadd ieħor għandu jkun preżenti matul iż-żjarat tiegħek.

Jista’ jarani tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Jekk inti tinżamm f’kustodja, inti tiġi invistat mit-tabib tal-ħabs li huwa obbligat li jipprovdilek il-kura medika xierqa. Jekk inti tiġi ppreżentat għal investigazzjoni jew tinżamm taħt arrest, ara hawnhekk

Nista’ nikkuntattja l-ambaxxata tiegħi jekk jien ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Iva, fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri. Kull laqgħa ma’ uffiċjal konsulari hija kunfidenzjali. Il-qorti, bil-kunsens tiegħek, għandha tinforma lill-konsulat tiegħek li int qiegħed tinżamm f’kustodja.

Jiena noqgħod f’pajjiż ieħor. Għandi għalfejn inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

Il-preżenza tiegħek mhix essenzjali jekk l-eżami tiegħek seħħ u ma tixtiqx li tkun preżenti waqt l-investigazzjoni. Jekk ikun hemm periklu li inti taħrab, inti se tinżamm taħt arrest jew titħalla liberu biss wara li tkun għamilt wegħda bil-miktub li se terġa’ lura meta tiġi mħarrek.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Iva, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-estradizzjoni tiegħek jew għall-kunsinna tal-prosekuzzjoni kriminali jew biex isservi s-sentenza tiegħek f’pajjiż differenti u tali proċedura ma tkunx eskluża mil-liġi.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż matul l-investigazzjoni?

Iva, imma inti obbligat li jkollok indirizz postali validu jew inkella tkun f’kuntatt mal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali. Inkella int tista’ tiġi arrestat u miżmum taħt arrest.

Nitalaq nagħti marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (pereżempju, xagħar jew saliva), jew fluwidi oħra tal-ġisem? Nista’ nkun suġġett għal tfittxija fuq il-ġisem?

Jekk dan ikun meħtieġ, iva. Inti obbligat li tobdi tali taħrika.

Tista’ ssir tfittxija fid-dar, post tan-negozju, karozza, jew affarijiet oħra tiegħi?

Iva, tfittxija fid-dar tista’ sseħħ permezz ta’ ordni maħruġa minn imħallef. Għal bini ieħor, dan jista’ jsir permezz ta’ ordni maħruġa mill-prosekutur pubbliku jew mill-pulizija.

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew ftit minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Iva, matul l-eżami mill-pulizija.

L-akkuża tista’ tiġi mibdula qabel il-bidu tal-proċeduri legali?

Le, id-deskrizzjoni legali tal-akkuża biss tista’ tiġi mibdula. Jekk tiġi akkużat b’att differenti, dan għandu jibda b’riżoluzzjoni ġdida fil-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali.

Nista’ nkun akkużat b’reat li diġà nkun ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Iva. Madankollu dan ma japplikax jekk il-prosekuzzjoni kriminali fl-Istat Membru l-ieħor fil-każ tiegħek spiċċat b’verdett, ġiet sospiża, spiċċat b’approvazzjoni jew arranġament jew ġiet ippreżentata għal reviżjoni bħala kontravenzjoni aktar milli bħala delitt.

Nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda kontra tiegħi?

Tista’ ssir taf l-identità tagħhom u l-kontenut tax-xhieda tagħhom billi teżamina l-atti tal-proċess jew jekk inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek tkunu preżenti matul l-eżami tagħhom. L-identità tax-xhieda sigrieti ma tiġix żvelata lilek.

Nirċievi informazzjoni dwar provi oħra kontra tiegħi?

Iva, malli int u l-avukat tad-difiża tiegħek tiġu awtorizzati teżaminaw l-atti tal-proċess.

Jintalab tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Iva.

Kustodja (3)

Għandi ninżamm f’kustodja jew niġi rilaxxat?

Persuna li ġiet akkużata biss tista’ tinżamm f’kustodja.

Jekk inti titressaq quddiem il-qorti b’petizzjoni biex tinżamm f’kustodja fi żmien 48 siegħa wara d-detenzjoni tiegħek jew 24 siegħa wara l-arrest tiegħek, il-qorti għandha tiddeċiedi jekk inti għandekx tinżamm f’kustodja jew le.

Ir-raġunijiet għall-kustodja jistgħu jkunu:

  • possibbiltà li inti tista’ tevadi l-prosekuzzjoni kriminali jew sentenza (kustodja kontra ħarba),
  • possibbiltà li inti se tostakola l-investigazzjoni, pereżempju billi tinfluwenza lix-xhieda (kustodja kollużiva),
  • jew il-possibbiltà li inti se tlesti d-delitt li tkun bdejt jew twettaq wieħed ġdid (kustodja minn qabel).

Jekk ir-raġunijiet għall-kustodja ma jkunux preżenti jew m’għadhomx jeżistu, inti tiġi rilaxxat fuq il-bażi ta’ deċiżjoni mill-prosekutur pubbliku.

Inti għandek tiġi rilaxxat ukoll wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien legali. Għall-kustodja kollużiva, il-limitu ta’ żmien huwa 3 xhur. Għall-kustodja kontra ħarba u ta’ antiċipazzjoni, il-limitu huwa ta’ sena f’każijiet ta’ sentenza eventwali sa 5 snin, sentejn fil-każijiet bil-possibilità ta’ sentenza ogħla, tliet snin għal delitti partikolarment serji, u erba’ snin jekk sentenza eċċezzjonali tista’ tkun imposta għall-kriminalità.

Madankollu, minn dawn il-limiti ta’ żmien japplika biss terz matul il-proċess ta’ tħejjija u żewġ terzi huwa rriżervat għall-proċeduri quddiem qorti.

Ir-raġunijiet għala tinżamm f’kustodja huma eżaminati kontinwament. Madankollu jeħtieġ li tkun saret deċiżjoni ġdida mill-prosekutur wara li tkun għaddejt tlett xhur f’kustodja kif ukoll 30 jum mill-preżentazzjoni ta’ akkuża u dejjem kull tliet xhur wara li d-deċiżjoni preċedenti tkun saret effettiva.

Kif nista’ ninħeles mill-kustodja?

Inti dejjem intitolat li titlob ħelsien mill-kustodja erbatax-il jum wara li l-aħħar deċiżjoni ta’ kustodja tkun daħlet fis-seħħ. Madankollu, jekk tista’ tiddikjara raġunijiet oħra fit-talba tiegħek tista’ titlob li tiġi rilaxxat fi kwalunkwe ħin.

Inti għandek id-dritt li tipproponi li l-kustodja kontra ħarba jew ta’ antiċipazzjoni tiġi ssostitwita billi:

  • tagħmel wegħda tiegħek bil-miktub li se tgħix ħajja skont il-liġi u li se tmur il-qorti kull meta tintalab tagħmel dan.
  • tipprovdi garanzija fi flus (garanzija) stabbilita mill-qorti,
  • tkun taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal tal-probation
  • issir garanzija minn assoċjazzjoni interessata taċ-ċittadini jew persuna affidabbli oħra.

Fil-każ ta’ kustodja minn qabel f’ċerti delitti speċifikati bil-liġi, garanzija fi flus ma tistax tiġi aċċettata. Il-garanzija fi flus tista’ tiġi pprovduta minn terza persuna.

Deċiżjoni fil-proċess ta’ tħejjija - akkuża (4)

X’inhu l-iskop ta’ dan l-istadju?

Dan l-istadju jtemm l-investigazzjoni tal-każ kriminali u l-prosekutur pubbliku jiddeċiedi dwar il-proċedura li jmiss:

  • jekk jibgħatx il-każ lil awtorità oħra;
  • iwaqqafx il-prosekuzzjoni kriminali;
  • iwaqqafx b’mod kundizzjonali l-prosekuzzjoni kriminali;
  • japprovax arranġament; jew
  • iressaqx akkuża kontrik fil-qorti.

Niġi infurmat dwar x’inhu jiġri?

Id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku jew l-akkuża jiġu ppreżentati lilek. Inti intitolat li tagħmel oġġezzjoni kontra:

  • il-preżentazzjoni tal-każ kontrik
  • is-sospensjoni tal-prosekuzzjoni kriminali,
  • is-sospensjoni kundizzjonali tal-prosekuzzjoni kriminali u
  • arranġament.

Deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tiegħek tittieħed mill-prosekutur pubbliku superjuri.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nitkellimx biċ-Ċek?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

F’liema stadju nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Ara #No2Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Għandi ninżamm f’kustodja jew niġi meħlus?

Jekk ir-raġunijiet għall-kustodja jkomplu jeżistu u jekk il-limiti taż-żmien legali għall-kustodja ma jkunux ġew eżawriti, il-preżentazzjoni tal-akkuża ma taffettwax it-tul tal-kustodja.

L-akkuża tista’ tinbidel qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

L-akkuża kif ukoll id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku f’dan l-istadju għandha tkun ibbażata fuq il-fatti li taw lok għall-akkuża. Madankollu, id-deskrizzjoni legali tista’ tinbidel jekk il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li dan huwa xieraq.

Nista’ niġi kkundannat u l-piena tista’ tiġi deċiża mingħajr proċess quddiem qorti kriminali?

F’każijiet inqas serji l-imħallef jista’ joħroġ digriet kriminali kontrik li jistabbilixxi deċiżjoni dwar il-ħtija u l-piena tiegħek, mingħajr ma jisma’ l-każ.

Din l-ordni kriminali tista’ timponi:

  • sentenza ta’ priġunerija kundizzjonali jew arrest fid-dar ta’ sena,
  • servizz komunitarju,
  • projbizzjoni ta’ ċerti attivitajiet għal 5 snin,
  • penali finanzjarja,
  • projbizzjoni residenzjali sa 5 snin,
  • deportazzjoni sa 5 snin,
  • jew piena simili.

Jekk ma toġġezzjonax għad-digriet wara 8 ijiem li tirċevih, dan jidħol fis-seħħ u jkun infurzabbli. Jekk l-oġġezzjoni tiegħek issir fil-limitu ta’ żmien jew id-digriet kriminali ma jkun jista’ jiġi nnotifikat, isir proċess quddiem qorti kriminali. Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskeda informattiva 3.

Nirċievi informazzjoni dwar l-evidenza kontrija?

L-akkuża tinkludi l-provi li l-prosekutur pubbliku se jippreżenta fil-proċess quddiem il-qorti kriminali. Aktar provi jistgħu jinsabu fl-atti tar-rikors jew jistgħu joħorġu matul is-smigħ tal-kawża.

Jintalab tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Din diġà tkun tagħmel parti mill-fajl.

Proċess ta’ tħejjija fil-qosor (5)

L-għan ta’ dan l-istadju

Jekk persuna ssuspettata tinqabad fuq il-post tikkommetti delitt li għalih tista’ tingħata sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn 3 snin, jew meta jkun probabbli li tista’ jsir il-proċess fi żmien ġimagħtejn, isiru proċeduri sommarji.

F’dawn il-proċeduri, il-pulizija għandha tinforma lill-persuna ssuspettata bid-delitt li tkun issuspettata li wettqet, mingħajr ma tibda prosekuzzjoni kriminali. Jekk il-proċess ta’ tħejjija fil-qosor jintemm fi żmien ġimagħtejn, il-prosekutur pubbliku jista’ jippreżenta petizzjoni quddiem il-qorti sabiex jiġi ppenalizzat l-awtur.

Niġi infurmat dwar x’inhu jiġri?

Inti tiġi infurmat bid-dettalji tad-delitt issuspettat sa mhux aktar tard mill-bidu tal-investigazzjoni tiegħek. Għandek tingħata informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Iva, għandu jkun preżenti interpretu li jitkellem lingwa mitkellma minnek jew il-lingwa nattiva tiegħek. Il-petizzjoni bil-miktub għall-piena għandha tiġi tradotta.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Fi kwalunkwe ħin, jekk inti tagħżel avukat. Jekk ma tiġix rilaxxat mid-detenzjoni wara l-investigazzjoni tiegħek, jinħatar avukat mill-qorti jekk inti ma jkollokx wieħed

Jintalab tagħrif minn għandi? Għandi nipprovdi informazzjoni?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tista’ tikkawża dannu għall-każ tiegħi?

Tista’ tippreġudika l-pożizzjoni tiegħek, li jirriżulta f’verdett ta’ ħtija.

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib? Jista’ jarani tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tiegħi jekk jien ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Jiena minn pajjiż ieħor. Għandi għalfejn inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

Jekk inti tiġi meħlus, mhuwiex meħtieġ li tkun preżenti. Madankollu, huwa tajjeb li żżomm kuntatt mal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali u tipprovdi indirizz postali validu sabiex l-assenza tiegħek ma tiġix meqjusa bħala ħarba li tista’ tiġi penalizzata.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Iva, jekk il-qorti tiddeċiedi li l-piena ta’ deportazzjoni.

Għandi ninżamm f’kustodja jew niġi rilaxxat?

Jekk ikun hemm raġunijiet biex tinżamm f’kustodja, inti għandek tinżamm f’kustodja. Ara Kustodja (3).

Nintalab nagħti marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (pereżempju xagħar jew saliva), jew fluwidi oħra tal-ġisem? Jista’ jkun hemm tfittxija fuq il-ġisem? Jista’ jkun hemm tfittxija fid-dar, post tan-negozju, karozza, u affarijiet oħra tiegħi?

Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida#Podstránka_2Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew xi wħud minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Iva, matul l-ewwel eżami jew meta l-qorti tisma’ l-każ tiegħek fil-proċeduri sommarji.

L-akkuża tista’ tiġi mibdula qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Fatti ġodda ma jistgħux jiġu miżjuda mal-akkuża. Madankollu, il-bażi legali tista’ tiġi mibdula.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida#Podstránka_2

Nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda ta’ kontrija? Nirċievi informazzjoni dwar provi oħra kontra tiegħi?

Iva, meta inti tingħata aċċess għall-atti tal-proċess tiegħek (normalment fil-bidu tal-proċeduri legali fil-qosor) jew matul il-proċeduri ta’ eżami jekk tkun preżenti

Jista’ jintalab tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Iva.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni legali għal kulħadd

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru. 273/2008 dwar il-Pulizija tar-Repubblika Ċeka

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24.4.1963

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru. 101/2000 Koll. dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali

Din l-Iskeda informattiva tiddeskrivi d-drittijiet tiegħek waqt il-proċess quddiem qorti kriminali.


Drittijiet Fundamentali

Waqt il-proċeduri kriminali inti intitolat li

  • tistenna li l-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali jaħdmu malajr kemm jista’ jkun u li jikkonformaw kompletament mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tiegħek;
  • titlob lill-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali biex jipproċedu sabiex b’hekk ma jista’ jkun hemm ebda dubju raġonevoli dwar il-fatti essenzjali biex tittieħed deċiżjoni tajba. Dawn għandhom jagħtu attenzjoni ugwali fl-evalwazzjoni tal-provi favurik u kontrik;
  • tingħata struzzjonijiet mill-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali dwar id-drittijiet tiegħek u jkollok l-opportunità li tinforza dawk id-drittijiet bis-sħiħ;
  • tesprimi opinjoni dwar l-akkużi kollha kontrik u l-evidenza tagħhom;
  • tirrifjuta li tixhed;
  • teżamina fajls, tikseb estratti u tieħu noti, u tagħmel kopji bi spejjeż tiegħek;
  • tipparteċipa fid-diskussjoni tal-każ waqt il-proċess u s-sessjonijiet pubbliċi li saru matul l-appell;
  • tagħmel dikjarazzjoni ta’ għeluq matul il-proċess u f’sessjoni pubblika matul l-appell kif ukoll id-dritt li tippreżenta petizzjoni finali;
  • tippreżenta ċirkostanzi u evidenza għad-difiża tiegħek;
  • tagħmel petizzjonijiet (wara li teżamina l-evidenza u l-metodi tad-deċiżjoni) u tibgħat applikazzjonijiet;
  • tippreżenta rimedji (ordinarji, jiġifieri lment; appell, protesta, u petizzjoni straordinarja għat-tiġdid ta’ proċeduri; tibda lment kontra ksur tal-liġi; u appell
  • tagħżel avukat tad-difiża (jekk ma tagħżilx wieħed int, jista’ jintgħażel wieħed minn membru tal-familja jew persuna oħra li tipparteċipa) u titlob il-parir tiegħu jew tagħha anki matul azzjonijiet li twettaq biss l-awtorità responsabbli għall-proċeduri kriminali;
  • titkellem mal-avukat tad-difiża tiegħek fil-privat jekk tkun qed tinżamm f’kustodja jew qed tiskonta sentenza fil-ħabs;
  • titlob li tiġi interrogat fil-preżenza tal-avukat tad-difiża tiegħek u li dan jipparteċipa f’partijiet oħra tal-proċess ta’ tħejjija;
  • tuża l-lingwa tiegħek jew lingwa oħra li titkellem quddiem l-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali, jekk inti tiddikjara li ma titkellimx biċ-Ċek.

Proċess quddiem il-qorti

Diskussjoni preliminari tal-akkuża

Jekk akkuża tiġi ppreżentata, din għandha tiġi eżaminata mill-imħallef li jippresjedi li għandu jikkunsidra jekk tkunx meħtieġa diskussjoni preliminari, jew jekk jistax jiġi ordnat li jsir proċess quddiem qorti kriminali.

Ir-riżultat tad-diskuzzjoni preliminari tal-akkuża jista’ jkun deċiżjoni tal-qorti dwar:

  • is-sottomissjoni tal-każ għal deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni;
  • is-sottomissjoni tal-każ lil awtorità oħra (jekk dan ma jkunx delitt iżda jista' jkun reat, eċċ.);
  • it-twaqqif tal-prosekuzzjoni kriminali;
  • is-sospensjoni tal-prosekuzzjoni kriminali;
  • ir-ritorn tal-każ lill-prosekutur pubbliku għal investigazzjoni ulterjuri;
  • is-sospensjoni kundizzjonali tal-prosekuzzjoni kriminali jew l-approvazzjoni ta’ arranġament

Fejn isir il-proċess?

Skont kemm ikun serju d-delitt, il-proċess tal-ewwel istanza ssir quddiem il-qorti distrettwali jew reġjonali li jkollha ġurisdizzjoni fil-post fejn twettaq id-delitt, jew fid-domiċilju tal-persuna akkużata, jew fil-post fejn ġie identifikat id-delitt.

Il-proċess jista’ jkun wieħed pubbliku?

Iva, il-proċess jista’ jsir fil-pubbliku. Madankollu l-pubbliku jista’ jiġi eskluż f’ċerti każijiet.

Min jiddeċiedi l-kawża?

Il-kawża tiġi deċiża minn grupp ta’ imħallfin jew imħallef wieħed.

Nista’ nqajjem oġġezzjonijiet kontra l-imħallef?

Iva, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskeda informattiva 2.

Jistgħu jinbidlu l-akkużi waqt il-proċess?

Il-proċess isir biss biex jiġi deċiż l-att deskritt fl-akkuża. Madankollu, jekk isir evidenti li inti wettaqt atti oħra, waqt id-diskussjoni preliminari tal-akkuża jew fi tmiem il-proċess, jista’ jiġi deċiż li l-każ jiġi rritornat lill-prosekutur pubbliku għal investigazzjoni ulterjuri.

L-akkuża riveduta jkun fiha l-allegazzjonijiet il-ġodda. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-att li bih inti akkużat għandu jiġi impost b’mod iktar moderat jew sever milli l-prosekutur pubbliku.

X’jiġri jekk jien inwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew uħud minnhom matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk inti twieġeb ħati, il-qorti xorta teżamina u tevalwa x-xiehda ta’ dawk il-persuni li xehdu favurik.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess?

Ara Drittijiet Fundamentali fil-bidu ta’ din l-iskeda. Jeżistu drittijiet speċifiċi ulterjuri li japplikaw għal sitwazzjonijiet speċifiċi proċedurali.

Għandi għalfejn inkun preżenti fil-proċess?  Tista’ tinstema’ mingħajr il-preżenza tiegħi?

Il-proċess jista’ jsir fin-nuqqas tiegħek, iżda mhux jekk:

  • tkun qed tinżamm f’kustodja;
  • tkun qed tiskonta sentenza fil-ħabs;
  • il-każ jinvolvi delitt li għalih inti tista’ tiġi kkundannat għal priġunerija ta’ iktar minn 5 snin. Madankollu inti m’għandekx għalfejn tkun preżenti waqt il-proċess anki għal dan it-tip ta’ każ jekk inti titlob lill-qorti biex tmexxi l-proċess fin-nuqqas tiegħek.

F’każijiet fejn tkun meħtieġa difiża, (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1) il-proċess ma jistax jinstema’ mingħajr il-preżenza ta’ avukat tad-difiża.

Jekk jien ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz ta’ konferenza bil-vidjo?

Mhuwiex possibbli li tipparteċipa fi proċess b'dan il-mod.

Għandi nkun preżenti matul il-proċess kollu?

Għandek tkun preżenti matul il-proċess kollu. Inti m’għandekx għalfejn tkun preżenti għal proċeduri li jsiru barra mill-proċess, madankollu, inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek għandkom id-dritt li tipparteċipaw fihom jekk tixtiequ.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nifhimx x’inhu jiġri?

Iva, ara Drittijiet Fundamentali fil-bidu ta’ din l-iskeda informattiva.

Bilfors irid ikolli avukat? Niġi pprovdut b’avukat? Nista’ nibdel l-avukat tiegħi?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jispeċifika l-każijiet li jeħtieġu difiża. Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1.

Nista’ jew għandi nitkellem fil-proċess?

Matul il-proċess inti intitolat għal difiża, jiġifieri li tiddefendi ruħek jew li tagħmel dan permezz tal-avukat tad-difiża tiegħek. Matul il-proċess kollu l-qorti tippermetti lilek jew lill-avukat tad-difiża tiegħek biex tesprimu opinjoni dwar l-istadji proċedurali kollha li jseħħu. Inti m’għandekx għalfejn tuża d-dritt tiegħek li tiddefendi ruħek u tista’ tirrifjuta li tixhed.

X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Bħala l-persuna akkużata, inti mintix obbligat li tgħid il-verità fil-qorti. Madankollu, jekk inti intenzjonalment tiddikjara fatti inkorretti sabiex titfa’ prosekuzzjoni kriminali fuq  xi ħadd ieħor, inti tista' aktar tard tiġi akkużat b’libell.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi rigward l-evidenza kontra tiegħi?

Inti intitolat li tesprimi opinjoni dwar il-provi u tipproponi provi addizzjonali jew li tipproponi provi ta’ sostenn għad-difiża tiegħek.

Tingħatalek opportunità matul dikjarazzjoni ta’ għeluq biex tesprimi l-opinjoni tiegħek fuq il-provi wara li jiġi eżaminat kull element individwali tal-provi.

X’tip ta’ provi nista’ nressaq f’ismi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Minbarra x-xhieda tiegħek, inti tista’ tressaq provi li jirribattu jew inaqqsu l-ħtija tiegħek, inklużi pereżempju s-smigħ ta’ xhieda, kontestazzjoni tal-provi, identifikazzjoni ta’ xhieda, rikostruzzjoni tal-post tad-delitt, is-smigħ ta’ esperti, evidenza dokumentarja, tfittxija, u oħrajn.

Inti intitolat li tipproponi lill-qorti li din l-evidenza għandha tiġi eżaminata. Il-qorti tiddeċiedi jekk tagħmilx dan jew le. Hekk kif l-imħallef li jippresjedi jiddikjara li l-provi huma kompluti, ebda prova oħra ma tista’ tiġi ppreżentata fil-proċess.

Nista’ nuża investigatur privat biex nikseb provi?

Huwa possibbli li tuża s-servizzi ta’ investigatur privat.Madankollu, dan għandu jaġixxi skont il-liġi sabiex il-provi li jikseb ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess. L-investigatur privat ma jistax jinfluwenza lix-xhieda.

Nista’ nitlob lix-xhieda biex jitkellmu għalija?

Inti tista’ tipproponi li ċertu persuna tiġi eżaminata jekk taħseb li l-evidenza tal-persuna se tkun ta’ benefiċċju għall-każ tiegħek. Iżda ma tistax tinfluwenza lix-xhieda.

L-informazzjoni dwar il-fedina penali tiġi kkunsidrata?

Il-fedina penali tiegħek tista’ tiġi kkunsidrata waqt l-għoti tas-sentenza, kemm-il darba l-kundanna ma tkunx skadiet.

X’jiġri fi tmiem il-proċess?

Il-proċess jista’ jintemm bil-modi li ġejjin:

  • il-każ jista’ jiġi rritornat lill-prosekutur pubbliku għal iktar investigazzjoni;
  • jekk l-att ma jkunx delitt iżda jista’ jkun reat, il-każ jista’ jiġi ttrasferit. Il-prosekuzzjoni kriminali tista’ tiġi mwaqqfa;
  • il-prosekuzzjoni kriminali tista’ tiġi mwaqqfa kundizzjonalment, jew jista’ jiġi approvat arranġament;
  • il-qorti tista’ tagħti verdett ta' ħtija jew tilliberak.

Sentenzi, drittijiet tal-vittma

X’sentenza għandi ningħata?

Skont il-Kodiċi Kriminali jekk twettaq delitt, tista’ tiġi kkundannat kif ġej:

  • priġunerija, li, sakemm il-liġi ma tiddikjarax speċifikament mod ieħor, tista’ tkun mhux kundizzjonali, kundizzjonali jew kundizzjonali b’sorveljanza. Sentenza eċċezzjonali hija possibbli wkoll. Din hija sentenza ta’ priġunerija ta’ iktar minn għoxrin sena sa tletin sena, jew sentenza ta’ priġunerija għall-għomor;
  • arrest fid-dar,
  • servizz komunitarju,
  • konfiska tal-proprjetà,
  • penali finanzjarja,
  • konfiska ta’ oġġett jew assi oħra,
  • projbizzjoni ta’ ċerti attivitajiet,
  • projbizzjoni residenzjali,
  • projbizzjoni fuq dħul għal avvenimenti sportivi, kulturali jew soċjali oħra,
  • telf ta’ titli onorarji jew premji,
  • telf ta' grad militari,
  • deportazzjoni.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Il-vittma, jiġifieri, il-persuna li saritilha l-ħsara, li sofriet danni fil-proprjetà, fuq persuntha jew dannu ieħor minħabba delitt, hija intitolata:

  • li tiġi rrappreżentata bi prokura; jekk il-vittma turi li m’għandhiex fondi, tista’ tingħatalha għajnuna legali minn avukat;
  • tagħmel petizzjonijiet għal evidenza ulterjuri;
  • teżamina l-fajls;
  • tipparteċipa fil-proċess u f’sessjoni pubblika waqt appell;
  • tesprimi opinjoni dwar il-każ qabel it-tmiem tal-proċess;
  • jekk il-vittma tkun intitolata skont il-liġi għal kumpens għad-danni, u l-verdett ikun ta’ ħtija, il-vittma tista’ titlob lill-qorti biex tordna lill-persuna akkużata biex tħallas kumpens. Il-petizzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard minn qabel il-bidu tal-preżentazzjoni tal-provi fil-proċess;
  • jekk il-vittma tkun f’periklu potenzjali minħabba l-liberazzjoni tal-akkużat jew tal-persuna kkundannata, il-vittma hija intitolata li titlob informazzjoni minn qabel meta l-akkużat jiġi lliberat, ikun ħarab jew ċirkostanzi simili oħra.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Kriminali għall-Pubbliku Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna lill-vittmi ta’ delitt


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

4 - Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tagħmel id-deċiżjoni tagħha


Nista’ nappella?

Iva, tista’ tappella l-verdett fil-kawża tiegħek jekk kien hemm żbalji fil-konstatazzjonijiet li jirrigwardaw direttament lilek. Inti tista’ tappella verdett ta’ ħtija, is-sentenza u/jew il-kumpens mogħti, jew tista’ tappella l-konstatazzjonijiet kollha tal-qorti tal-prim' istanza. Int għandek tippreżenta appell:

  • bil-miktub;
  • fil-qorti li tat il-verdett;
  • fi żmien tmint ijiem min-notifika tal-kopja tal-verdett (jekk il-kopja tintbagħat kemm lilek kif ukoll lill-avukat tad-difiża tiegħek, il-limitu ta’ żmien huwa kkalkulat mill-aħħar data taż-żewġ notifiki).

L-appell tiegħek għandu juri biċ-ċar liema aspetti tal-verdett qiegħed tappella, kif ukoll id-difetti speċifiċi fil-verdett u/jew proċeduri ta’ qabel. Tista’ tappella wkoll mingħajr raġunijiet speċifiċi billi tissottometti applikazzjoni lill-imħallef li jippresjedi l-qorti tal-prim' istanza, fejn titolbu jestendi l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tar-raġunijiet speċifiċi.

X’inhuma r-raġunijiet għal appell?

Inti tista’ tagħmel appell ibbażat fuq żbalji fi kwalunkwe konstatazzjoni fil-verdett li għandhom x’jaqsmu direttament miegħek jew minħabba li konstatazzjoni partikolari ma kinitx inkluża fil-verdett. Tista’ wkoll tibbaża l-appell tiegħek fuq fatti u provi ġodda.

X’jiġri jekk nappella?

Sakemm tittieħed deċiżjoni mill-qorti tal-appell, il-verdett ma jidħolx fis-seħħ u/jew ma jsirx eżegwibbli. Jekk inti tkun qed tinżamm f’kustodja, inti ma tiġix rilaxxat awtomatikament sempliċement għax ippreżentajt appell.

X’jiġri fis-seduta tal-appell?

Il-qorti tal-prim' istanza teżamina jekk l-appell tiegħek ikunx fih l-informazzjoni kollha meħtieġa. Jekk le, il-qorti tgħid lilek u lill-avukat tad-difiża tiegħek sabiex tirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet fil-limitu ta’ żmien ta’ ħamest ijiem (tmint ijiem jekk inti m’għandekx avukat tad-difiża, u l-imħallef li jippresjedi jipprovdi istruzzjonijiet direttament lilek).

Kopja tal-appell u r-raġunijiet tiegħu tingħata lill-partijiet l-oħra involuti fil-kawża u l-proċess kollu jiġi ppreżentat lill-qorti tal-appell.

Il-qorti reġjonali superjuri tiddeċiedi appell kontra l-verdett ta’ qorti distrettwali u l-Qorti Suprema tiddeċiedi appell kontra l-verdett ta’ qorti reġjonali.

Wara l-bidu tal-proċeduri quddiem il-qorti tal-appell, tiġi ppreżentata s-sentenza kkontestata u jiġi sottomess rapport dwar il-kawża.

Imbagħad inti tippreżenta l-appell u tiġġustifika dan. Jekk la int u lanqas l-avukat tad-difiża tiegħek ma jkun preżenti, dan se jsir mill-imħallef li jippresjedi.

Sussegwentement, il-prosekutur pubbliku u kull min jista’ jkun affettwat direttament bid-deċiżjoni tal-qorti tal-appell għandhom jippreżentaw l-argumenti tagħhom.

Ladarba l-petizzjonijiet jiġu ppreżentati, il-qorti tal-appell teżamina l-provi meħtieġa biex issir deċiżjoni dwar l-appell, ħlief jekk reviżjoni tal-evidenza tkun tant estensiva, li dan ikun ifisser li l-ħidma preċedenti tal-qorti tal-ewwel istanza tiġi rduppjata.

Il-qorti tal-appell tista’:

  • tirrifjuta l-appell (jekk l-appell ma jkunx raġonevoli, jekk kien hemm dewmien, ġie ppreżentat minn persuna mhux awtorizzata, jew raġunijiet simili), iżda dan dejjem isir f’seduta pubblika;
  • tirrifjuta l-appell (jekk il-kontenut tagħha ma jissodisfax il-ħtiġiet għal appell);
  • tinterrompi l-prosekuzzjoni kriminali;
  • tannulla l-verdett kkontestat jew parti minnu u:
  • tiddeċiedi li tippreżenta l-kawża għal deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti;
  • tittrasferixxi l-kawża lil awtorità differenti;
  • twaqqaf il-prosekuzzjoni kriminali (jekk il-qorti tal-prim’istanza jmissha diġà tkun għamlet hekk);
  • tinterrompi l-prosekuzzjoni kriminali (jekk il-qorti tal-prim’istanza jmissha diġà tkun għamlet hekk);

Din tista’ tannulla l-verdett kkontestat ukoll minħabba difetti fundamentali fil-proċedura;

  • difetti  fil-verdett (ambigwità, konstatazzjonijiet mhux kompluti fil-kawża);
  • dubji dwar l-eżattezza tal-konstatazzjonijiet fil-kawża jew il-provi għandhom ikunu replikati;
  • ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali;
  • inadegwatezza tas-sentenza;
  • deċiżjoni żbaljata dwar l-intitolament tal-vittma.

Wara li tiġi annullata, il-qorti tal-appell:

  • tirritorna l-kawża lill-qorti tal-prim’istanza;
  • tiddeċiedi dwar il-verdett fil-kawża dejjem f’seduta pubblika; jew
  • twaqqaf il-prosekuzzjoni kriminali

X’jiġri jekk l-appell ma jintlaqax?

Sakemm il-prosekutur appella kontra l-verdett, il-qorti tal-appell ma tistax tieħu deċiżjoni li tista’ tagħmel is-sitwazzjoni tiegħek agħar.

Meta tkun finali l-kundanna?

Jekk il-qorti tal-appelli ma tirritornax  il-kawża lill-qorti tal-prim’istanza, bid-deċiżjoni tagħha tintemm il-kawża u ssir finali malli d-deċiżjoni tiġi ddikjarata. Il-verdett tal-qorti tal-prim’istanza jsir finali wkoll sakemm ma jiġix ippreżentat appell kontra minnufih.

Ladarba l-verdett ikun fis-seħħ tista’ tiprpeżenta:

  • appell straordinarju;
  • mozzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja biex tibgħat ilment għall-ksur tal-liċi lill-Qorti Suprema;
  • applikazzjoni għall-permess ta’ tiġdid tal-proċedimenti;

Jekk l-ewwel deċiżjoni tiġi mħassra, se nirċievi xi kumpens?

Tista’ tagħmel talba lill-Ministeru tal-Ġustizzja għal kumpens skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-dannu kkawżat minn awtorità pubblika.

Jekk l-appell tiegħi jirnexxi, se jinżamm rekord tal-kundanna?

Ir-rekords tal-kundanna jsiru biss wara li l-verdett ikun sar finali. Ladarba l-verdett ta’ ħati jsir finali, jitniżżel rekord fir-reġistru kriminali. Jekk rimedju straordinarju jirnexxi, dan ir-rekord mbagħad jitħassar.

Jiena minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura lejn l-istat tiegħi wara l-proċess?

Iva, tista’ tiġi estradit biex tiskonta s-sentenza jekk il-ħin li jifdal ikun ta’ mill-inqas 4 xhur.

L-awtorità rilevanti tal-pajjiż ikkonċernat għandha titlob l-estradizzjoni u din għandha tkun konsistenti mar-regoli u l-obbligi kostituzzjonali, u mat-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali.

Il-qorti tista’ tordna wkoll l-estradizzjoni tiegħek bħala parti minn verdett ta’ ħtija.

Nista’ nappella d-deċiżjoni biex nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Inti tista’ tappella d-deċiżjoni meta tasal in-notifika biex tiskonta s-sentenza. Tista’ tappella kontra s-sentenza tal-estradizzjoni.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ niġi akkużat bl-istess delitt?

Le, lanqas fi Stati Membri oħra, sakemm ma jingħatax il-permess biex jerġgħu jinfetħu l-proċeduri.

L-informazzjoni dwar l-akkuża u/jew il-kundanna titniżżel fil-fedina penali tiegħi?

Iva, ir-Reġistru Kriminali jżomm rekords tal-kundanni legali. Il-qrati jipprovduh b’dik l-informazzjoni. L-informazzjoni tinżamm għal mitt sena mid-data tat-twelid tiegħek.

Jekk il-kundanna titneħħa, l-informazzjoni ma tidhirx fir-Reġistru Kriminali. Inti tista’ tikseb kopja tar-Reġistru billi tagħmel talba. Skont kemm tkun serja l-kundanna, tista’ titneħħa fil-limiti taż-żmien stabbiliti fil-liġi. Dawn ivarjaw minn sena wara li tingħata s-sentenza, sa ħmistax-il sena.

L-informazzjoni tinżamm bil-kunsens tiegħek jew mingħajru.

Nista’ noġġezzjona għaż-żamma tal-informazzjoni?

Tista’ tippreżenta kawża amministrattiva fil-Qorti Muniċipali ta’ Praga.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Kriminali għall-Pubbliku Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

5 – Reati tat-traffiku u reati minuri oħra


L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reati, jiddefinixxi “reat” bħala mġieba li tikser jew thedded l-interessi tas-soċjetà u li hija deskritta b’mod espliċitu bħala reat fl-Att jew liġi oħra.

Id-definizzjonijiet mogħtija hawn fuq jinsabu lkoll fl-Att dwar ir-Reati u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Amministrattiva u jintużaw fi proċedimenti għal reati.

Kif huma ttrattati l-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-veloċità u tal-ipparkjar u reati oħra bħal dawn?

Ir-reati tat-traffiku huma ttrattati mill-awtorità muniċipali (tal-belt).

Ċerti reati u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-awtorità muniċipali huma:

  • reati tar-regoli tal-veloċità huma normalment trattati permezz tal-impożizzjoni ta’ multa li tvarja bejn CZK 1000 sa CZK 10 000, skont kemm ikun gravi r-reat. Tista’ tiġi imposta wkoll projbizzjoni tas-sewqan li tvarja bejn xahar u sena.
  • reati oħra tat-traffiku huma ppenalizzati b’multi fuq skala li tiddependi mis-serjetà tagħhom minn CZK 1,500 sa 10,000 u projbizzjoni possibbli fuq is-sewqan sa massimu ta’ sena;
  • ksur tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku fit-Toroq billi jiġi kkawżat inċident li jirriżulta fil-mewt jew korriment ta’ persuna, jista’ jwassal għal multa minn CZK 25,000 sa CZK 50,000 u projbizzjoni tas-sewqan għal perjodu ta’ bejn sena u sentejn.

X’inhi l-proċedura ta’ trattament ta’ reat?

Proċedimenti b’ċitazzjonijiet (kupuni)
Dan huwa reat inqas gravi li jkun ġie muri b’mod affidabbli u li għalih ma tkunx biżżejjed twissija. Jekk inti lest li tħallas multa inqas, dan jista’ jiġi ttrattat minn awtorità li tispezzjona t-traffiku (jew anki l-pulizija) billi timponi multa ta’ ċitazzjoni (kupun) fuq il-post.

Proċedimenti ta’ reati standard
Ir-reati huma aġġudikati fuq il-bażi ta' proċedimenti uffiċjali. Il-bidu ta' proċedimenti bħal dawn huwa rapport ta' reat minn awtorità statali, il-pulizija, awtorità muniċipali, jew minn entità legali jew ċittadin.

L-awtorità muniċipali tista' tissottometti l-każ lil awtorità oħra qabel il-bidu tal-proċeduri. Jekk il-fatti jindikaw li dan jikkonċerna delitt, il-każ jiġi sottomess lill-prosekutur pubbliku.

Inti tkun parti fil-proċedimenti fil-kapaċità tiegħek bħala l-persuna akkużata. Il-vittma tkun parti wkoll, jekk ikun hemm bżonn li jiġi diskuss il-kumpens għad-danni kkawżati mir-reat. Fl-aħħar nett, is-sid ta’ oġġett jew oġġett li kien jew jista’ jiġi kkonfiskat (pereżempju, is-sid ta’ vettura) ukoll ikun parti.

Inti tiġi akkużat bir-reat hekk kif l-ewwel att proċedurali jinħareġ kontrik.

Inti intitolat li:

  • tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar l-atti kollha li int akkużat bihom u l-provi li jsostnu dawn l-akkużi;
  • tirrifjuta li tixhed;
  • tikkontesta l-fatti u tipproponi evidenza għad-difiża tiegħek;
  • tissottometti petizzjonijiet;
  • tissottometti rimedji.

Isiru seduti orali u l-awtorità muniċipali tħejji rapport. Tiġi mistoqsi domandi waqt is-seduta u inti tista’ tinforza d-drittijiet tiegħek (kif stabbilit hawn fuq). Ir-rapport isir parti mill-atti tal-proċess. L-awtorità muniċipali tgħidlek biex teżamina d-dokumenti li jinsabu fil-fajl qabel ma toħroġ id-deċiżjoni tagħha. Int intitolat li tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar dawn id-dokumenti.

Tmiem tal-proċeduri għal reat:

  • meta l-proċedimenti jitwaqqfu għar-raġunijiet stipulati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reati (pereżempju, l-att ma jkunx reat, int ma tkunx wettaqt ir-reat, sanzjoni tkun insinifikanti ħdejn il-piena li ser tiġi imposta fuqek għal att differenti fi proċeduri kriminali, u raġunijiet simili); jew
  • meta tingħata deċiżjoni fejn inti tinstab ħati ta’ reat u timponi sanzjoni kontrik.

Jistgħu ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jiġu mħarrka għal dawn ir-reati?

Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jistgħu jiġu pproċessati bl-istess mod bħaċ-ċittadini Ċeki.

Nista’ nappella?

Inti għandek id-dritt għal appell sħiħ. Madankollu, ma jistax isir appell kontra multa imposta fi proċedimenti b’ċitazzjonijiet (kupuni).

Deċiżjoni kkontestata permezz ta’ appell ma tistax tiġi eżiġwita qabel ma awtorità superjuri tkun iddeċidiet l-appell.

L-appell tiegħek għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità amministrattiva (ġeneralment l-awtorità muniċipali) fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Dawn ir-reati jistgħu jitniżżlu fil-kondotta tiegħi?

Le.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReati tat-Traffiku


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Danimarka

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt li jkun ittrattat bi proċess quddiem il-qorti kriminali. Għal tagħrif dwar reati tat-traffiku fit-triq, li normalment ikunu ttrattati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċess kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali tal-proċess kriminali.

  • Il-pulizija tinvestiga l-kwistjonijiet kriminali kollha. Dan jinkludi l-interrogazzjoni tal-persuni ssuspettati, tal-vittmi u tax-xhieda.
  • Jekk il-pulizija tissusspetta li inti wettaqt xi delitt, inti tiġi akkużat. Ladarba tkun akkużat, għandek ċerti drittijiet fundamentali, pereżempju d-dritt għal parir legali f’każijiet serji.
  • Il-pulizija tiddeċiedi jekk tarrestakx jew le.
  • Jekk tkun wettaqt delitt serju, inti tista’ – wara l-preżentazzjoni tal-każ quddiem l-imħallef – tinżamm taħt arrest waqt li l-każ ikun qed jiġi investigat.
  • Kif titlesta l-investigazzjoni, il-każ jintbagħat għand l-Uffiċċju tal-Prosekutur, li jiddeċiedi jekk l-akkużi għandhomx jaqgħu jew jekk il-każ għandux jitressaq quddiem il-qorti.
  • Jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur jiddeċiedi li jmexxi l-każ, dan jista’ jagħmlu billi joħroġ avviż ta’ penali fissa, att tal-akkuża jew taħrika għal direzzjonijiet.
  • Il-każijiet kriminali jiġu pproċessati mill-qrati distrettwali bħala qorti tal-prim’istanza. L-għadd ta’ imħallfin jiddependi mill-gravità tal-każ u minn jekk inti tweġibx li inti ħati jew mhux ħati.
  • Is-sentenza tal-qorti normalment tista’ tiġi appellata quddiem il-qorti suprema. Tista’ tappella għal ritrattazzjoni tal-każ tiegħek jew tappella kontra s-sentenza.
  • Inti tkun intitolat għal kumpens għall-priġunerija falza jekk il-każ kontrik jiġi rtirat jew jekk inti tiġi lliberat.
  • L-Uffiċċju Daniż tal-Ħabs u tal-Probation iwieġeb mistoqsijiet dwar l-iskontar tas-sentenzi.

Tista’ ssib dettalji dwar l-istadji kollha tal-proċess kriminali u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. L-informazzjoni m’għandhiex tissostitwixxi parir legali u qiegħda hemmhekk biss bħala gwida.

Ir-regoli rigward il-proċess kriminali, inklużi l-investigazzjonijiet tal-pulizija, it-tħejjija tal-proċess mill-prosekuzzjoni u l-proċess quddiem il-qorti kriminali, huma stabbiliti fl-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Daniża.

Jekk jogħġbok innota li japplikaw regoli speċjali fil-Groenlandja u fil-Gżejjer Faeroe.

Skont it-Trattat ta’ Lisbona, id-Danimarka għażlet li toħroġ mill-kooperazzjoni dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE u għalhekk ma tipparteċipax f’din il-kooperazzjoni bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħrajn. Għaldaqstant f’kull każ individwali inti għandek tiskopri jekk liġijiet partikolari tal-UE jkunux japplikaw fid-Danimarka.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek fejn u kif għandek tressaq l-ilment tiegħek.

Ikklikkja fuq il-links li ġejjin sabiex issib it-tagħrif li tixtieq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt

  • L-akkuża preliminari, inkluża l-interrogazzjoni
  • L-arrest (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew)
  • Is-smigħ statutorju preliminari u ż-żamma taħt arrest
  • Miżuri invażivi
  • Id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jinġibu akkużi kontrik
  • It-tħejjija għall-proċess mid-difiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Ir-reati tat-traffiku fit-triq u reati minuri oħrajn

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sistema legali Daniża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDejtabejż tal-liġi sħiħa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.retsinfo.dk/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif issib avukat Daniż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTagħrif dwar l-iskontar tas-sentenza:


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2012

1 – Kif tikseb parir legali

Huwa importanti ħafna li tieħu parir legali jekk b’xi mod jew ieħor tkun involut fi proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkostanzi inti intitolat li tkun irrappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x’jagħmel għalik tali avukat Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallas għas-servizzi tal-avukat.


Kif issib avukat

Inti għandek id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat tal-għażla tiegħek. L-avukat għandu jkun intitolat li jidher quddiem il-qrati Daniżi. Tista’ ssib lista tal-avukati Daniżi kollha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Fuq dan is-sit elettroniku tista’ tara wkoll jekk avukat jispeċjalizzax fil-liġi kriminali, fil-liġi fiskali jew kwalunkwe fergħa oħra tal-liġi li tkun rilevanti għall-każ tiegħek.

Għal kull qorti fid-Danimarka, il-Ministeru tal-Ġustizzja Daniż ħatar grupp ta’ avukati lokali b’esperjenza speċjali f’każijiet kriminali. Dawn l-avukati huma avukati indipendenti li jmexxu l-uffiċċji legali privati tagħhom stess. Il-qorti tista’ tagħtik lista ta’ dawn l-avukati. Jekk ma titlobx avukat speċifiku, wieħed mill-avukati fuq din il-lista jintgħażel għall-każ tiegħek jekk inti tkun obbligat li tqabbad rappreżentant legali, pereżempju f’każ li l-pulizija jarrestawk.

Il-ħlas tal-avukat

Jekk il-qorti qabbdet avukat għalik, il-kont tiegħu jew tagħha normalment jitħallas mill-fondi pubbliċi. B’rabta mad-deċiżjoni tagħha, il-qorti tistabbilixxi wkoll il-ħlas tal-avukat. Il-ħlas ikun iddeterminat fuq il-bażi ta’ rati użati mill-qrati fil-każijiet kriminali kollha li fihom ikun inħatar rappreżentant legali, irrispettivament minn jekk ikunx avukat li għażilt inti jew le.

Il-qorti tiddeċiedi wkoll min finalment ser iħallas il-kont tal-avukat. Jekk tinstab ħati, normalment inti jkollok tħallas l-ammont tal-ħlas lill-awtoritajiet pubbliċi (l-Istat tad-Danimarka). L-Istat ifittex li jirkupra kemm jista’ jkun mill-ammont li inti tkun tiflaħ tħallas.

Jekk tiġi lliberat, jew jekk is-sentenza tal-qorti tkun sostanzjalment aktar klementi minn dik mistennija mill-prosekutur, il-qorti normalment tordna lill-awtoritajiet iħallsu l-kont u l-ispejjeż tal-avukat. Il-qorti tista’ tagħżel ukoll li tħalli lill-awtoritajiet iħallsu parti mill-kont u l-ispejjeż tal-avukat. Dan jista’ jkun il-każ jekk is-smigħ tal-qorti ikun sar għalxejn minħabba ċirkostanzi li inti ma jkollokx kontroll fuqhom.

Inti tista’ tappella d-deċiżjoni dwar l-ammont tal-ħlas tal-avukat u r-responsabbiltà aħħarija għall-ħlas tiegħu quddiem il-qorti suprema fi żmien ġimagħtejn mid-deċiżjoni.

Mhuwiex possibbli li tapplika għal għajnuna legali bla ħlas fil-proċeduri kriminali, u għajnuna legali bħal din normalment ma tkunx koperta mill-poloz tal-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParti 66 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Daniża tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ avukati fid-Danimarka


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2012

2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel il-każ jitressaq quddiem il-qorti


X’inhuma l-istadji ta’ investigazzjoni kriminali?

Il-kwistjonijiet kriminali jiġu investigati mill-pulizija. Il-pulizija normalment jinvestigaw każ minħabba li jkunu ġew innotifikati li persuna kienet vittma ta’ vjolenza jew serq, jew minħabba li l-pulizija, jew possibbilment ċittadin, ikunu qabdu persuna waqt li kienet qiegħda twettaq xi delitt.

L-akkuża preliminari

Għall-ewwel, il-pulizija tipprova tistabbilixxi jekk sarx reat jew le, u jekk hemmx persuna waħda ssuspettata jew aktar identifikabbli li jistgħu jiġu akkużati bid-delitt. F’dak il-każ, il-pulizija tkun trid tinterroga lis-suspettat.

L-arrest

Il-pulizija jistgħu jarrestaw persuna ssuspettata.

Is-smigħ statutorju preliminari u ż-żamma taħt arrest preventiv (inkluż il-mandat ta’ arrest Ewropew)

Jekk il-pulizija tkun tixtieq iżżomm persuna ssuspettata sabiex ma jiġux ippreġudikati l-investigazzjonijiet tal-pulizija jew kwalunkwe raġuni oħra, il-persuna ssuspettata għandha titressaq quddiem il-qorti fi żmien 24 siegħa mill-arrest tiegħu jew tagħha sabiex il-każ ikun jista’ jiġi ppreżentat quddiem l-imħallef.

Miżuri invażivi

Minbarra l-interrogazzjoni tal-persuna ssuspettata u tax-xhieda potenzjali, il-pulizija tista’ tikseb tagħrif matul l-investigazzjoni permezz ta’ miżuri invażivi bħal tiftix, sorveljanza tat-telekomunikazzjonijiet, interċettar tat-telefonati, eċċ. Il-parti l-kbira tal-miżuri invażivi għandhom ikunu approvati mill-qorti qabel ma jintużaw.

Id-deċiżjoni dwar jekk jinġibux akkużi kontra persuna ssuspettata jew le

L-iskop tal-investigazzjoni tal-pulizija huwa li tipprovdi tagħrif li jgħin lill-prosekutur jiddeċiedi jekk iressaqx akkużi kontra persuna ssuspettata jew le. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed provi li juru li persuna ssuspettata tkun wettqet reat, il-prosekuzzjoni twaqqa’ l-każ.

Fil-livell lokali, il-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur jaqgħu taħt l-istess ġestjoni, u għalhekk l-uffiċċju tal-prosekutur spiss ikun involut fi stadju bikri tal-każ, inkluż fl-ippjanar tal-investigazzjoni.

It-tħejjija għall-proċess mid-difiża

Għal aktar tagħrif dwar id-dritt li tkun informat dwar l-investigazzjoni u kif tinfluwenzaha, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Ikklikkja fuq il-links li ġejjin għal aktar tagħrif dwar id-drittijiet tiegħek f’kull stadju tal-każ.

L-akkuża preliminari, inkluża l-interrogazzjoni (1)

Għalfejn qed inkun akkużat?

Inti akkużat għaliex il-pulizija għandhom suspetti kbar li inti wettaqt xi delitt u għalhekk, minn issa ’l quddiem l-investigazzjoni tal-pulizija sejra tiffoka fuqek u mhux fuq xi persuna oħra.

Xi jfisser li nkun akkużat?

Dan ifisser li sejrin jgħidulek x’tip ta’ delitt inti maħsub li wettaqt. Il-pulizija għandhom jgħidulek liema dispożizzjoni tal-liġi jaħsbu li inti ksirt. Għandek id-dritt li ssegwi l-investigazzjoni tal-każ tiegħek permezz ta’ avukat, u f’każ ta’ reati serji għandek id-dritt għal avukat li jkun imqabbad mill-qorti.

Għalfejn il-pulizija jridu jinterrogawni?

Il-pulizija jridu jinterrogawk sabiex jiskopru jekk is-suspett tagħhom li inti wettaqt xi reat huwiex fondat jew le. Il-pulizija jużaw l-istqarrija tiegħek fl-investigazzjonijiet ulterjuri tagħhom. Aktar tard, il-prosekutur juża l-istqarrija tiegħek sabiex jiddeċiedi jekk il-każ għandux jiġi pproċessat bħala każ ta’ ammissjoni ta’ ħtija.

Fejn u meta jistgħu jinterrogawni l-pulizija?

M’hemmx regoli speċjali dwar fejn u meta tiġi interrogat mill-pulizija. L-interrogazzjoni għandha ssir b’mod li d-drittijiet tiegħek ma jinkisrux bla bżonn. Il-pulizija ġeneralment ma jitħallewx jikkuntattjawk fuq il-post tax-xogħol. Il-pulizija normalment jistaqsuk mistoqsijiet dwar il-post tad-delitt. F’bosta każijiet, il-pulizija jitolbuk tmur l-għassa tal-pulizija għal intervista f’aktar dettall.

U jekk ma nafx nitkellem bil-lingwa tal-pajjiż?

Jekk ma tafx titkellem bil-lingwa lokali, għandek id-dritt għal interpretu li jista’ jinterpreta minn u fil-lingwa tiegħek. Il-pulizija għandhom jipprovdu l-interpretu, u m’għandek għalfejn tgħid xejn sakemm jasal l-interpretu.

Għandi nagħmel stqarrija lill-pulizija?

Għandek tagħti ismek, l-indirizz u d-data tat-twelid lill-pulizija. M’għandekx għalfejn tgħid affarijiet oħra. M’intix obbligat tgħid il-verità. Il-pulizija għandhom jinfurmawk dwar dawn id-drittijiet qabel jibdew l-intervista. Skont x’ikun il-każ tiegħek u s-serjetà tal-akkużi għandek tiddeċiedi jekk ikunx aħjar għall-każ tiegħek li tagħmel stqarrija lill-pulizija. Jekk ma tafx għandekx twieġeb il-mistoqsijiet, staqsi lill-avukat tiegħek.

Inkun nista’ nkellem avukat?

Għandek id-dritt li tkellem avukat tal-għażla tiegħek qabel ma tiddeċiedi jekk taċċettax li tiġi interrogat mill-pulizija. Jekk m’għandekx avukat, il-pulizija jsibulek wieħed huma.

L-avukat tiegħek għandu dritt ikun preżenti waqt l-intervista iżda ma jistax jagħtik parir dwar kif twieġeb mistoqsijiet speċifiċi.

Nista’ nivverifika jekk il-pulizija jkunux fehmu l-istqarrija tiegħi tajjeb?

Il-pulizija għandhom jiktbu l-istqarrija tiegħek. Tista’ taqra r-rapport jew titlob li jaqrawulek u mbagħad tikkumenta dwaru. Inti tiddeċiedi jekk tiffirmax ir-rapport jew le. Bosta avukati jtuk il-parir li ma tiffirmahx jekk ma tkunx tifhem il-lingwa.

 

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tagħmel ħsara lill-każ tiegħi?

Jekk tkun għidt xi ħaġa li tista’ tagħmel ħsara lill-każ tiegħek, il-pulizija jistgħu jużaw dik l-informazzjoni fl-investigazzjonijiet tagħhom. Bħala regola ġenerali, ir-rapport tal-pulizija mhuwiex prova u ma jistax jintuża waħdu kontrik fil-proċess quddiem qorti kriminali. Il-prosekutur jista’ jistaqsi mistoqsijiet dwar xi dettalji li jkun hemm fir-rapport. Jekk tibdel l-istqarrija tiegħek tista’ tnaqqas il-kredibbiltà tiegħek.

L-arrest (2)

Għalfejn qed niġi arrestat?

Tista’ tiġi arrestat meta l-pulizija jkollhom raġunijiet sabiex jissuspettaw li inti wettaqt xi reat kriminali, jekk l-arrest ikun meħtieġ sabiex ma jħallikx twettaq reati oħrajn, biex il-preżenza tiegħek tkun assigurata jew biex ikunu ċerti li ma titkellem ma’ ħadd iktar. Tista’ tkun arrestat ukoll fuq il-bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ minn Stat Membru ieħor tal-UE.

Il-pulizija jistgħu jarrestawni f’kull tip ta’ każ?

Inti ma tiġix arrestat jekk l-arrest ikun sproporzjonat mal-gravità tar-reat li inti akkużat bih. Pereżempju, huwa improbabbli ħafna li tiġi arrestat jekk inti ssuspettat li wettaqt reat li l-penali massima għalih hija multa żgħira.

Fejn isir l-arrest?

L-arrest normalment isir fl-għassa tal-pulizija lokali. Normalment tinżamm ġo ċella sakemm il-pulizija jkunu jistgħu jinterrogawk (ara L-akkuża preliminari, inkluża l-interrogazzjoni (1)).

Nista’ nara tabib jekk ikolli bżonn?

Jekk tkun ma tiflaħx, midrub jew taħt l-effett qawwi ta’ alkoħol jew drogi, għandek id-dritt li tara tabib. Għandek tgħid lill-pulizija li għandek bżonn tabib, kif ukoll jekk għandek bżonn xi mediċina speċjali.

Nista’ nikkuntattja avukat?

Jekk ġejt arrestat, għandek id-dritt li tikkuntattja avukat tal-għażla tiegħek qabel ma tiddeċiedi li toqgħod għal intervista mal-pulizija. F’ċerti każijiet, il-pulizija jistgħu jirrifjutaw li jkollok avukat speċifiku. Tista’ tilmenta dwar dan quddiem il-qorti.

Kemm il-pulizija kif ukoll l-avukat tiegħek għandhom jispjegawlek li jista’ jkollok avukat imqabbad mill-qorti u min ser ikollu jħallas għalih jew għaliha.

Nista’ nikkuntattja lill-ambaxxata tiegħi jekk jiena ġej minn pajjiż ieħor?

Jekk inti ċittadin barrani, għandek id-dritt li tikkuntattja lill-ambaxxata tal-pajjiż tiegħek. Il-pulizija jistgħu jgħinuk tikkuntattja lill-ambaxxata.

Nista’ nikkuntattja lill-familja tiegħi?

Għandek id-dritt li tgħarraf lill-familja tiegħek jew lil min jimpjegak li ġejt arrestat. Il-pulizija jistgħu jirrifjutaw it-talba tiegħek li tikkuntattjahom jekk jemmnu li kuntatt bħal dan jista’ jkun ta’ tfixkil għall-każ. Il-pulizija jistgħu jiddeċiedu li jinfurmaw lill-familja tiegħek f’ismek.

 

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest?

Inti għandek tiġi lliberat hekk kif ir-raġunijiet għall-arrest tiegħek ma jibqgħux japplikaw. Jekk ma tkunx ġejt illiberat fi żmien 24 siegħa, inti għandek titressaq quddiem il-qorti (smigħ statutorju preliminari) sabiex l-imħallef ikun jista’ jiddeċiedi jekk għandekx tiġi rrilaxxat, jekk l-arrest tiegħek għandux jiġi estiż (li huwa possibbli sa 3 x 24 siegħa), jew jekk għandekx tinżamm taħt kustodja (Is-smigħ statutorju preliminari u l-kustodja (3)).

Arrest meta jista’ jiġi estiż għal aktar minn 24 siegħa?

Jekk l-imħallef li jisma’ l-każ fis-smigħ statutorju preliminari jsib li l-provi miġjuba mhumiex biżżejjed sabiex jiddeċiedi jekk għandekx tinżamm taħt kustodja, l-arrest tiegħek jista’ jiġi estiż għal 3 x 24 siegħa minn x’ħin jintemm l-ewwel smigħ.

Is-smigħ statutorju preliminari u l-kustodja (3)

Għalfejn qed ninżamm taħt kustodja?

Qed tinżamm taħt kustodja għaliex il-pulizija jaħsbu li jeħtieġ li jżommuk għal ftit żmien jew sakemm tkun għadha għaddejja l-investigazzjoni. Tista’ tinżamm taħt kustodja wkoll sabiex ikun żgurat li inti tkun disponibbli għall-estradizzjoni lejn Stat Membru ieħor skont Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Min jiddeċiedi jekk għandix ninżamm taħt arrest preventiv jew le?

L-imħallef jiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet biex inti tinżamm taħt kustodja humiex sodisfatti. Qabel l-imħallef jiddeċiedi jekk għandekx tinżamm taħt kustodja kif mitlub mill-pulizija, isir smigħ (smigħ statutorju preliminari). Waqt dak is-smigħ, il-prosekutur jippreżenta l-fehma tal-pulizija dwar il-każ, u inti jkollok ukoll il-possibbiltà li tippreżenta l-opinjoni tiegħek. L-imħallef jiddeċiedi jekk iżommokx taħt arrest preventiv, iżda mhux jekk intix ħati tal-akkuża.

Nista’ ninżamm taħt arrest preventiv f’kull tip ta’ każ?

Tista’ tinżamm taħt arrest preventiv fuq dawn il-kundizzjonijiet:

  • Il-pulizija għandhom ikunu jistgħu jispjegaw għalfejn jissusspettaw li inti wettaqt reat li għalih inti tista’ tkun ikkundannat għal 18-il xahar ħabs jew aktar.
  • Is-sentenza li tista’ tingħatalek għandha tkun ta’ aktar minn 30 jum ta’ priġunerija.
  • Il-pulizija għandhom ikunu kapaċi jikkonvinċu lill-imħallef li huwa importanti li inti ma tiġix illiberat sakemm l-investigazzjoni tal-pulizija tkun għadha għaddejja, għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
  • Il-pulizija jemmnu li inti ser tipprova taħrab mill-piena.
  • Jeżistu raġunijiet biex jemmnu li inti ser tkompli twettaq l-istess tip ta’ delitt.
  • Jeżistu raġunijiet biex jemmnu li inti ser tfixkel l-investigazzjonijiet jekk tiġi meħlus.
  • Id-delitt huwa tant serju li jkun ta’ offiża għal ħaddieħor jekk jiġi permess li tinħeles waqt li tkun qed tistenna l-proċess quddiem qorti kriminali.

F’każijiet rari inti tista’ tevita l-kustodja anki jekk il-kundizzjonijiet sabiex tinżamm taħt kustodja jiġu sodisfatti, jiġifieri jekk il-priġunerija tkun ta’ piż estrem għaċ-ċirkostanzi personali tiegħek. Huwa importanti li tinforma lill-avukat tiegħek dwar dawn iċ-ċirkostanzi.

Fejn isir is-smigħ statutorju preliminari?

Is-smigħ statutorju preliminari jsir fil-qorti lokali. Normalment tinżamm ġo ċella sakemm tidħol fl-awla tal-qorti.

Għandi nixhed waqt is-smigħ statutorju preliminari?

M’għandekx għalfejn tagħmel stqarrija jew tgħid il-verità. Jiddependi min-natura tal-każ tiegħek u l-gravità tal-akkużi jekk ikunx aħjar għalik li tagħmel stqarrija quddiem il-qorti. Għandek tikkonsulta mal-avukat tiegħek sabiex tiddetermina jekk ikunx aħjar għalik li tixhed jew le.

Inkun nista’ nkellem avukat?

Il-qorti taħtar avukat biex jirrappreżentak fil-qorti. Jekk ma tistaqsix għal xi avukat partikolari, il-qorti taħtar avukat li jkun xogħol f’dak il-jum partikolari. Għal aktar tagħrif, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1.

Għandek id-dritt li tiddiskuti l-każ mal-avukat tiegħek qabel is-smigħ. Jekk inti u l-avukat tiegħek ma titkellmux bl-istess lingwa, inti intitolat għall-għajnuna ta’ interpretu. L-avukat tiegħek iħares l-interessi tiegħek waqt is-smigħ u jista’ wkoll jistaqsik xi mistoqsijiet.

Nista’ nivverifika jekk il-qorti fehmitx tajjeb ix-xhieda tiegħi?

L-imħallef idaħħal l-elementi essenzjali tax-xhieda tiegħek fir-reġistri tal-qorti. L-istqarrija tiegħek tinqara b’vuċi għolja sabiex ikun żgurat li tkun inftiehmet tajjeb.

 

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tagħmel ħsara lill-każ tiegħi?

Ix-xhieda tiegħek fil-qorti tista’ tintuża bħala prova fil-każ.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest preventiv?

L-imħallef jiddeċiedi waqt is-smigħ jekk għandekx tiġi lliberat jew tinżamm taħt arrest preventiv. F’ċerti każijiet, l-imħallef jiddeċiedi li l-perjodu ta’ detenzjoni tiegħek għandu jkun estiż bi 3 x 24 siegħa oħra (ara L-arrest (2)).

 

Jekk tiġi arrestat, l-imħallef jiffissa limitu massimu ta’ żmien ta’ erba’ ġimgħat. Dan ifisser li jew għandek tiġi lliberat qabel id-data ta’ skadenza ta’ dak il-perjodu, jew il-każ tiegħek għandu jitressaq mill-ġdid quddiem imħallef sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet għall-priġunerija kontinwa ikunu sodisfatti. M’hemmx limitu massimu għaż-żmien li matulu tista’ tinżamm taħt kustodja. Dan jiddependi min-natura tal-każ.

Inti għandek tiġi lliberat hekk kif ir-raġuni għall-arrest tiegħek ma tibqax tapplika.

X’inhu l-iżolament?

Xi drabi l-pulizija jitolbu li tinżamm f’iżolament sabiex ma jkollokx kuntatt ma’ priġunieri oħrajn. Tista’ biss tikteb jew iċċempel lil xi ħadd ieħor li jkun taħt is-sorveljanza tal-pulizija. Huwa l-imħallef li jiddeċiedi jekk għandekx tinżamm f’iżolament.

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni dwar il-kustodja u l-iżolament?

Tista’ tappella kontra deċiżjoni dwar il-kustodja jew l-iżolament quddiem il-qorti suprema. Il-mod normali biex tagħmel dan huwa li tgħid li tixtieq tappella waqt is-smigħ fejn ser jinstema’ l-każ tiegħek.

Nista’ nevita l-kustodja jekk nikkonsenja l-passaport tiegħi jew inħallas il-garanzija personali?

Il-kodiċi kriminali jagħmilha possibbli għalik li tevita li tinżamm arrestat jekk tikkonsenja l-passaport tiegħek jew tħallas il-garanzija personali. Madankollu, dan rari jseħħ fil-prattika.

Miżuri invażivi (4)

Waqt l-investigazzjoni tagħhom, il-pulizija jistgħu jiksbu tagħrif billi jużaw diversi miżuri invażivi, li xi uħud minnhom huma deskritti hawn taħt.

Il-pulizija jistgħu jieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħi u ritratt tiegħi?

Il-pulizija jistgħu jieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek u ritratt tiegħek taħt dawn il-kundizzjonijiet:

  • Inti tkun issuspettat li wettaqt reat u l-miżura tkun neċessarja għall-investigazzjoni tal-pulizija.
  • Il-pulizija għandhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li inti wettaqt reat li għalih tista’ tingħata sentenza ta’ ħabs għal 18-il xahar jew aktar.

il-pulizija jistgħu jieħdu kampjuni tad-DNA jew tad-demm tiegħi?

Il-pulizija jistgħu jieħdu kampjun tad-DNA jew kampjun tad-demm tiegħek taħt dawn il-kundizzjonijiet:

  • Hemm motivi raġonevoli biex jissuspettaw li wettaqt reat li għalih tista’ tingħata sentenza ta’ priġunerija għal 18-il xahar jew aktar, u l-miżura hija kkunsidrata importanti ħafna għall-investigazzjoni.
  • Jista’ jittieħed kampjun tad-demm jekk il-konsum tal-alkoħol jew tad-drogi jkun jikkostitwixxi element tad-delitt li inti tkun issuspettat dwaru.

Il-pulizija jistgħu jagħmlu tfittxija fuqi u fuq ħwejġi?

Il-pulizija jistgħu jfittxu fil-ħwejjeġ ta’ fuq tiegħek taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għat-teħid tar-ritratti.

Il-pulizija jistgħu jeżaminaw iċ-ċellulari tiegħi u jfittxuli fil-karozza?

Il-pulizija jistgħu jeżaminaw iċ-ċellulari tiegħek sabiex isibu n-numru tat-telefown tiegħek u n-numru tal-IMEI tat-telefon tiegħek u jistgħu wkoll jagħmlu tiftix fil-karozza tiegħek taħt dawn il-kundizzjonijiet:

  • Il-pulizija għandhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li inti wettaqt reat li inti tista’ tiġi akkużat bih.
  • It-tiftix huwa meqjus importanti ħafna għall-investigazzjoni.

 

Il-pulizija jistgħu jagħmlu tfittxija f’dari?

Il-pulizija jistgħu jagħmlu tfittxija f’darek taħt dawn il-kundizzjonijiet:

  • Il-pulizija għandhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li inti wettaqt reat li inti tista’ tiġi akkużat bih.
  • It-tfittxija titqies importanti ħafna għall-investigazzjoni.
  • Ir-reat jista’ jwassal għall-priġunerija.
  • Il-pulizija tista’ tiġġustifika li aktarx issib provi relatati mad-delitt jew oġġetti li l-pulizija għandhom jissekwestraw għal raġunijiet oħrajn.

Min jiddeċiedi li għandha tintuża miżura invażiva?

Il-qorti tiddeċiedi jekk tistax issir tfittxija fid-darek. Jekk hemm xi raġuni għal tħassib li xi evidenza tista’ tisparixxi jekk ma ssirx tfittxija minnufih, il-pulizija tista’ tagħmel it-tfittxija mingħajr ma tkun kisbet mandat ta’ tfittxija. It-tfittxija għandha titressaq quddiem il-qorti fi żmien 24 siegħa minn meta ssir. Jekk tagħti l-kunsens tiegħek bil-miktub għal tfittxija f’darek, il-pulizija jistgħu jieħdu d-deċiżjoni li jagħmlu t-tfittxija f’darek.

Il-pulizija jiddeċiedu jekk jieħdux il-marki tas-swaba’ tiegħek, il-kampjuni tad-DNA u tad-demm tiegħek u ritratt tiegħek. Il-pulizija għandhom ukoll id-dritt li jeżaminaw iċ-ċellulari tiegħek, ifittxulek fil-karozza, eċċ.

Nista’ nilmenta?

Jekk tixtieq tilmenta dwar l-investigazzjoni mwettqa mill-pulizija tista’ tippreżenta dan l-ilment quddiem il-qorti.

Id-deċiżjonijiet tal-qorti rigward it-tiftix u l-ippjanar tal-investigazzjoni jistgħu jiġu appellati fil-qorti suprema fi żmien ġimagħtejn mid-deċiżjoni tal-qorti.

Nista’ nitlob lill-pulizija jeqirdu l-marki tas-swaba’, ir-ritratti, it-traċċi ta’ DNA u r-riżultati tal-kampjuni tad-demm?

Jekk il-prosekuzzjoni twaqqa’ l-każ, jew jekk inti tiġi lliberat, il-pulizija għandhom jeqirdu r-ritratt li jkunu ħadulek. Il-pulizija jistgħu jżommu l-marki tas-swaba’ u l-kampjuni tad-DNA tiegħek iżda dawn ikollhom jeqirduhom wara ċertu perjodu ta’ żmien.

Nista’ nitlob kumpens?

Jekk inti ġejt miżmum, arrestat jew espost għal xi miżura invażiva, u sussegwentement jirriżulta li dik iż-żamma, dik il-priġunerija jew dik il-miżura invażiva ma kinitx iġġustifikata, ġeneralment inti tkun intitolat għal kumpens. Id-Direttur tal-Prosekuzzjoni Pubblika joħroġ avviż annwali dwar ir-rati li għandhom jintużaw meta jkun qed jiġi stabbilit l-ammont ta’ dan il-kumpens.

Id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jitressqu akkużi kontrik (5) jew le

Ladarba l-pulizija jkunu temmew l-investigazzjoni tagħhom, il-każ tiegħek jintbagħat lill-uffiċċju tal-prosekutur, li jiddeċiedi kif għandu jkompli l-każ.

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew għal xi uħud minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk inti ammettejt waqt l-investigazzjoni tal-pulizija li inti ħati tal-aktar akkużi serji li jkunu saru kontrik, il-prosekuzzjoni normalment tara li l-każ jiġi ttrattat bħala ammissjoni ta’ ħtija.

 

X’inhu l-att tal-akkuża?

L-att tal-akkuża jifforma l-bażi tas-smigħ tal-każ fil-qorti. L-att tal-akkuża għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet statutorji li inti akkużat li ksirt u għandu jinkludi deskrizzjoni ta’ kif inti wettaqt ir-reat(i). Id-deskrizzjoni għandha tkun eżatta b’mod li inti tista’ tħejji d-difiża tiegħek fuq il-bażi tagħha.

 

Nista’ nkun akkużat b’reati oħrajn minbarra dawk li bihom ikunu akkużawni l-pulizija?

L-uffiċċju tal-prosekutur iħejji l-att tal-akkuża. Jekk l-uffiċċju tal-prosekutur ikollu opinjoni dwar il-każ li tkun differenti minn dik tal-pulizija, l-att tal-akkuża jista’ jinkludi kapi ta’ akkuża ġodda jew differenti.

Il-kapi ta’ akkuża ġodda jistgħu jiżdiedu mal-att tal-akkuża?

Il-prosekuzzjoni għandha tipprova tiġbor l-akkużi pendenti kollha kontrik biex ikun jista’ jingħata verdett kollettiv. Għaldaqstant l-att tal-akkuża jista’ jinkludi kapi ġodda jekk inti tkun ġejt akkużat b’reat f’diversi okkażjonijiet.

Regoli speċjali japplikaw jekk inti tkun ġejt estradit lejn id-Danimarka taħt Mandat ta’ Arrest Ewropew jew taħt xi ftehim ta’ estradizzjoni. Jekk inti tiġi akkużat b’kapi ġodda, inti għandek tikkonsulta mal-avukat tiegħek dwarhom.

L-att tal-akkuża jista’ jinbidel?

L-att tal-akkuża jista’ jinbidel jew jiżdied jekk titħejja jew tiġi nnotifikata akkuża ġdida, li tista’ ssir sad-data li fiha jkunu se jibdew il-proċeduri fil-qorti.

Jekk il-prosekutur fil-każ jemmen li s-sentenza tal-qorti għandha tkun iktar ħarxa minn dik iddikjarata fl-att tal-akkuża, bidla bħal din hija possibbli biss jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jaqbel li jibdel l-att tal-akkuża. Jekk dan jinbidel, inti għandek tiġi mgħarraf fi żmien xahrejn.

Meta jibdew il-proċeduri fil-qorti, jistgħu jsiru bidliet limitati ħafna fl-att tal-akkuża. Il-qorti tiddeċiedi jekk għandhiex issir xi bidla jew le.

Nista’ nkun akkużat b’xi reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Mhuwiex eskluż li inti tista’ tiġi akkużat b’reat li inti diġà tkun ġejt akkużat bih f’pajjiż ieħor. Madankollu, ma tistax tinstab ħati ta’ akkuża jekk tkun diġà ngħatajt sentenza għaliha jew jekk tkun ġejt illiberat minnha f’pajjiż ieħor.

Nista’ nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda kontrija?

Il-prosekutur għandu jippreżenta l-att tal-akkuża quddiem il-qorti flimkien ma’ lista ta’ evidenza li telenka l-ismijiet tax-xhieda. L-avukat tiegħek jirċievi kopja ta’ din il-lista. Normalment inti jkollok id-dritt li tkun taf l-identità tax-xhieda.

It-tħejjija tad-difiża (6)

Fuq liema bażi l-avukat tiegħi u jiena nistgħu nħejju d-difiża tiegħi?

L-avukat tiegħek normalment jirċievi kopji tar-rapporti kollha mħejjija mill-pulizija waqt l-investigazzjoni. Inti għandek dritt ġenerali li tara l-materjal. L-avukat tiegħek jista’ jagħtik kopja tal-materjal biss jekk il-pulizija tagħtih permess li jagħmel dan.

 

Jiena intitolat nara l-materjal kollu ppreżentat mill-pulizija?

Il-pulizija jistgħu jordnaw lill-avukat tiegħek sabiex ma jagħtikx ċerta informazzjoni dwar il-materjal tal-każ jekk dan jitqies meħtieġ biex jitħarsu l-interessi ta’ qawwiet barranin jew biex tiġi pprovduta l-evidenza. Ordni bħal din tista’ tinħareġ biss f’każijiet serji, u tapplika biss sakemm inti tkun tajt ix-xhieda tiegħek fil-qorti.

Min jiddeċiedi jekk nistax nara l-materjal kollu?

Il-pulizija għandhom jissottomettu l-materjal u jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ inġunzjoni għal każ kollu jew għal parti minnu. Id-deċiżjoni tal-pulizija tista’ tiġi appellata fil-qorti, li mbagħad tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

Nista’ nkun preżenti waqt is-seduti kollha tal-każ?

Ġeneralment, inti għandek id-dritt li tkun preżenti f’dawk is-seduti kollha fil-qorti fejn il-qorti tiddeċiedi jekk għandekx tinżamm taħt arrest preventiv, jew fejn il-kompliċi jew ix-xhieda jiġu eżaminati qabel il-proċess quddiem qorti kriminali.

Jekk il-pulizija tagħmel talba, il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma tħallikx tattendi għas-seduti kollha. F’dak il-każ, inti għandek id-dritt tkun taf x’ġara waqt is-smigħ. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li inti ma tingħatax din l-informazzjoni. Għandek id-dritt li tkun taf x’ġara waqt seduta li inti ma stajtx tattendi għaliha. L-aktar tard li dan jista’ jsir huwa wara li inti tkun tajt ix-xhieda tiegħek quddiem il-qorti.

L-avukat tiegħi jista’ jipparteċipa fis-seduti kollha tal-każ?

L-avukat tiegħek huwa intitolat li jipparteċipa fis-seduti kollha tal-każ. Dan japplika wkoll għas-seduti fejn il-qorti tiddeċiedi jekk tippermettix l-interċettar tat-telefon, it-tiftix jew miżuri invażivi oħrajn li jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-qorti.

L-avukat tiegħi jista’ jipparteċipa fl-investigazzjoni tal-pulizija?

L-avukat tiegħek għandu jkun informat dwar l-investigazzjoni u huwa intitolat li jipparteċipa f’dik il-parti tal-investigazzjoni li tista’ sservi bħala evidenza fil-każ kontrik. Tali eżempji huma l-iskjeramenti ta’ identifikazzjoni, ir-rikostruzzjonijiet, eċċ.

L-avukat tiegħi jista’ jwettaq investigazzjoni huwa stess?

L-avukat tiegħek normalment jistaqsi lill-pulizija jagħmlu investigazzjonijiet ulterjuri jekk temmen li naqsu li jiksbu informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna fil-każ tiegħek. Jekk il-pulizija jirrifjutaw li jagħmlu dawn l-investigazzjonijiet ulterjuri, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-qorti, li tista’ tordna lill-pulizija twettaq l-investigazzjonijiet rilevanti.

L-avukat tiegħek jista’ jagħżel ukoll li jwettaq investigazzjonijiet huwa stess. Madankollu, dan rari jseħħ fil-prattika. Jekk l-avukat tiegħek iwettaq investigazzjoni huwa stess tal-każ, huwa ma jistax ifixkel l-investigazzjoni tal-pulizija, u l-investigazzjoni personali tal-avukat tiegħek għandha tikkonforma mal-kodiċi ta’ kondotta etika li tapplika għall-avukati.

L-avukat tiegħi jista’ jsejjaħ xhieda biex jixhdu fil-qorti?

L-avukat tiegħek jista’ jistaqsi li jissejħu ċerti xhieda sabiex jixhdu fil-qorti. Jekk il-prosekuzzjoni toġġezzjona għas-smigħ ta’ dawk ix-xhieda, il-qorti għandha tiddeċiedi jekk is-smigħ tax-xhieda inkwistjoni hijiex rilevanti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Daniża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att Daniż dwar l-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali tad-DNA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttur tal-Prosekuzzjoni Pubblika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att Daniż dwar l-Estradizzjoni


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2012

3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti


Fejn isir il-proċess?

Il-proċess isir fil-qorti lokali tal-belt u jkun miftuħ għall-pubbliku. Jekk inti ammettejt li wettaqt ir-reat jew reati li int akkużat bihom, il-prosekuzzjoni titlob proċeduri dwar ammissjoni ta’ ħtija. F’dak il-każ, il-bord tal-qorti jkun jikkonsisti biss minn imħallef professjonali wieħed. L-istess japplika jekk l-unika penali mitluba tkun multa.

Jekk int ma ammettejtx il-ħtija tiegħek, il-każ jinstema’ wkoll minn imħallfin lajċi, u l-bord tal-qorti mbagħad ikun jikkonsisti f’imħallef wieħed professjonali u żewġ imħallfin lajċi.

Jekk il-prosekutur jordna priġunerija għal erba’ snin jew aktar, il-każ għandu jinstema’ minn ġurija. Il-bord tal-qorti mbagħad ikun magħmul minn tliet imħallfin professjonali u sitt ġurati. L-eċċezzjonijiet huma l-każijiet dwar kriminalità relatata man-narkotiċi u l-kriminalità ekonomika, li jinstemgħu minn imħallfin professjonali u minn imħallfin lajċi irrispettivament mis-sentenza mitluba.

L-akkużi jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk il-każ li għandu jinstema’ jkun każ b’dikjarazzjoni ta’ ħtija, jista’ jkun hemm qbil sabiex l-akkużi jiġu adattati skont id-delitt li qed tammetti li int ħati għalih.

Malli jkun inbeda l-proċess quddiem qorti kriminali kontrik, l-elementi minuri biss jistgħu jinbdilu fl-akkuża. L-akkużi ma jistgħux jiġu estiżi mingħajr il-kunsens tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Inti għandek tkun preżenti matul il-proċess kollu. Il-qorti tista’ tħallik titlaq minn seduta wara li tkun tajt ix-xhieda tiegħek.

Jekk tkun ġejt innotifikat dwar seduta, iżda ma tidhirx il-qorti mingħajr ma tagħti skuża leġittima, il-qorti tista’ tiddeċiedi li x-xhieda għandhom jiġu eżaminati fin-nuqqas tiegħek. Il-qorti tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha fin-nuqqas tiegħek jekk il-prosekuzzjoni tkun talbet priġunerija sa sitt xhur u inti tkun tajt il-kunsens tiegħek għall-konklużjoni tal-proċess quddiem qorti kriminali. Jekk inti tirċievi sentenza mhux kundizzjonali ta’ mhux aktar minn tliet xhur priġunerija, il-każ jista’ jiġi konkluż anke mingħajr il-kunsens tiegħek.

Mill-1 ta’ Novembru 2009 kien possibbli li wieħed jattendi proċeduri legali permezz ta’ konnessjoni bil-vidjow jekk il-piena massima mitluba tkun multa jew priġunerija għal mhux aktar minn sena. Madankollu, mhux il-qrati kollha installaw l-apparat meħtieġ biex ikollok dik l-għażla.

Jekk inti ma titkellimx u ma tifhimx il-lingwa tal-qorti tal-pajjiż, inti għandek id-dritt għall-għajnuna ta’ interpretu matul il-proċess kollu. L-interpretu jgħinek ukoll jekk ikollok bżonn tkellem lill-avukat tiegħek matul seduta.

Jekk inti għad m’għandekx avukat, il-qorti taħtar wieħed għalik jekk inti tiddikjara li m’intix ħati tal-akkużi miġjuba kontrik, u jekk il-piena mitluba tkun aktar minn multa. Jekk inti tiddikjara li int ħati f’każ fejn il-prosekuzzjoni titlob sentenza ta’ priġunerija, il-qorti taħtar avukat għalik jekk inti titlob li jkollok wieħed. Jekk inti ma taqbilx mal-avukat tiegħek jew għal xi raġuni oħra tixtieq li jkollok avukat ġdid, normalment jaqtgħulek xewqtek.

Inti m’għandekx għalfejn tirrispondi l-mistoqsijiet waqt il-proċess quddiem qorti kriminali jew tgħid il-verità. Inti ma tistax tiġi kkastigat talli tagħti xhieda falza waqt il-proċess quddiem qorti kriminali. L-avukat tiegħek jista’ jagħtik parir dwar jekk hux iktar favorevoli għall-interessi tiegħek li tagħmel stqarrija fil-każ tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi rigward il-provi miġjuba kontrija?

L-użu ta’ provi bil-miktub matul proċess quddiem qorti kriminali huwa rregolat fid-dettall mil-liġi. Apparti hekk, ma hemm kważi l-ebda regoli, u inti liberu li tipproduċi kwalunkwe tip ta’ evidenza. Int u l-avukat tiegħek tistgħu tikkontestaw l-ammissibbiltà ta’ xhieda jew evidenza, b’mod partikolari jekk dawn ikunu irrilevanti għall-każ tiegħek jew jekk l-evidenza tkun inkisbet illegalment. Il-qorti tiddeċiedi jekk tilqax din ix-xhieda jew provi ikkontestati minnek. F’ħafna każijiet, l-evidenza miksuba illegalment tkun iddikjarata inammissibbli fil-qorti. Il-qorti tikkunsidra l-piż tal-evidenza inkwistjoni wara li tkun semgħet l-evidenza l-oħra.

Inti tista’ titlob li ċerti xhieda jiġu msejħa biex jixhdu f’seduta jew sabiex jippreżentaw ċerta evidenza biex issostni l-każ tiegħek. Din tista’ pereżempju tkun lista tal-passiġġieri li turi li inti ma kontx fuq il-post tad-delitt meta dan ikun twettaq. Jekk il-prosekuzzjoni ma taqbilx mar-rilevanza ta’ ċerti provi, il-qorti tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

Il-parti li tkun sejħet xhud għandha teżamina lix-xhud l-ewwel. Wara, il-parti l-oħra jkollha l-opportunità li tagħmel kontroeżami tax-xhud. Meta tagħti l-verdett tagħha, il-qorti tevalwa ċ-ċertezza u l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet tax-xhieda mogħtija matul il-proċess quddiem qorti kriminali.

Il-kondotta tiegħi tista’ tiġi kkunsidrata?

L-informazzjoni dwar il-kundanni preċedenti tiegħek tiġi kkunsidrata jekk mid-deskrizzjoni tar-reat jirriżulta li huwa reat ripetut. F’każijiet rari, l-informazzjoni dwar il-mod ta’ tħaddim użat f’każ preċedenti tista’ tiġi invokata sabiex tissostanzja ħtija jew innoċenza fil-kawża pendenti. Normalment dan jaffettwa t-tul tas-sentenza tiegħek jekk qabel kont ġejt ikkundannat għal reat simili, jew jekk tkun wettaqt ir-reat matul il-perjodu ta’ probation wara sentenza sospiża jew matul liberazzjoni fuq parole.

Normalment, ma ssir l-ebda inkjesta dwar kwalunkwe kundanna preċedenti li jista’ jkollok fi Stat Membru ieħor.

X’jiġri fl-aħħar tal-proċess quddiem qorti kriminali?

Il-kawża tintemm bid-deċiżjoni tal-qorti. Ir-riżultat jista’ jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

  • Liberazzjoni
  • Multa
  • Sentenza sospiża, li tista’ tkun ukoll ordni għal trattament jew ordni għal servizz fil-komunità
  • Sentenza ta’ priġunerija mhux kundizzjonata

Fil-każ ta’ sentenza sospiża, il-qorti normalment tistabbilixxi piena ta’ priġunerija li inti ma tkunx mitlub li tiskonta jekk ma tikkommettix reat ieħor matul il-perjodu ta’ probation, li normalment ikun ta’ sena jew sentejn. Bħala kundizzjonijiet għall-probation, il-qorti tista’ teżiġi li int tibqa’ taħt is-superviżjoni tal-uffiċjal tal-probation, tiġi ttrattat għal abbuż tal-alkoħol jew tipi oħra ta’ abbużi, tirċievi trattament psikjatriku u/jew twettaq ċertu għadd ta’ sigħat ta' servizz fil-komunità mhux imħallas kif stabbilit mill-qorti.

Hemm sanzjonijiet speċjali għal awturi ta’ ksur li jkunu minorenni (awturi ta’ ksur taħt l-età ta’ 18-il sena).

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Il-vittma hija meqjusa bħala xhud bħax-xhieda l-oħra kollha. Madankollu, f’ċerti każijiet il-vittma għandha d-dritt għal avukat li huwa maħtur separatament mill-qorti u/jew id-dritt li tikseb id-danni waqt il-proċess, sakemm it-talba għad-danni tkun sempliċi u ddokumentata tajjeb u sakemm tali għoti ta’ danni ma jikkawżax xi inkonvenjent materjali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Daniża


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2012

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tkun tat id-deċiżjoni tagħha


Nista’ nappella?

Il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha f’seduta. Inti tista’ tappella kontra d-deċiżjoni, il-verdett jew is-sentenza quddiem il-qorti tal-appell. Inti tista’ titlob liberazzjoni jew tnaqqis tas-sentenza tiegħek. Jekk temmen li saru żbalji serji matul il-proċess fil-każ tiegħek quddiem il-qorti distrettwali, tista’ titlob li l-każ jerġa’ jintbagħat lura lejn il-qorti distrettwali għal ritrattazzjoni quddiem imħallfin ġodda.

Inti tista’ tappella oralment kontra l-kundanna, il-verdett jew is-sentenza fis-seduta li fiha tingħata d-deċiżjoni. Tista’ tappella wkoll bil-miktub quddiem il-qorti distrettwali jew l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni. L-appell tiegħek għandu jiġi ppreżentat fi żmien ġimagħtejn.Jekk ikollok avukat, dan normalment jieħu ħsieb d-dettalji prattiċi marbutin mal-appell tiegħek. Jekk il-piena tiegħek hija multa ta’ DKK 3,000 jew inqas, inti għandek bżonn permess mill-Bord Daniż tal-Permessi għal Appell biex tappella d-deċiżjoni. L-applikazzjoni tiegħek lill-Bord tal-Permessi għal Appell għandha tiġi sottomessa fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni.

X’jiġri jekk nappella?

Jekk inti tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti, il-każ jinstema’ mill-qorti tal-appell. Din is-seduta, hija miftuħa wkoll għall-pubbliku. M’hemm l-ebda limitu ta’ żmien dwar meta l-każ għandu jinstema’ mill-qorti tal-appell.

Jekk inti qed tinżamm taħt arrest, il-qorti tal-appell għandha tisma’ l-każ tiegħek qabel kwalunkwe każ ieħor. Il-qorti tal-appell għandha tiddeċiedi wkoll jekk għandekx tibqa’ fil-kustodja sal-proċeduri tal-appell kif ukoll matulhom.

Jekk inti tappella għal liberazzjoni, il-każ tiegħek ser jidher mill-ġdid quddiem il-qorti tal-appell. F’dak il-każ, inti intitolat li tressaq provi ġodda. Għandek tiddiskuti mal-avukat tiegħek malajr kemm jista’ jkun dwar liema provi ġodda għandhom jitressqu f’każ ta’ appell.Hekk kif il-prosekuzzjoni tiżvela liema provi se tuża fil-proċeduri tal-qorti tal-appell, l-avukat tiegħek normalment ikollu 14-il jum biex jiżvela l-provi tiegħek. Għandek tkun tista’ tikseb eżenzjoni mil-limitu ta’ żmien ta’ 14-il jum.

Jekk tappella biss għal tnaqqis tas-sentenza tiegħek, il-qorti tal-appell tikkunsidra biss il-piena. F’każijiet bħal dawn il-partijiet ma jipproduċu l-ebda evidenza quddiem il-qorti tal-appell, iżda l-avukat tiegħek jista’ jitlob lill-qorti biex tikseb informazzjoni addizzjonali dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħek li hija rilevanti għad-determinazzjoni tas-sentenza jew tal-kwistjoni tal-estradizzjoni.

X’jiġri fis-seduta tal-appell?

Jekk appellajt għal liberazzjoni, il-każ tiegħek jidher mill-ġdid quddiem il-qorti tal-appell. Fil-prattika, Il-qorti tal-appell ta’ spiss tibda billi jinqraw l-istqarrijiet tiegħek u tax-xhieda fil-proċeduri tal-qorti distrettwali. Madankollu, jekk inti u l-avukat tiegħek ma taqblux ma’ din il-proċedura, l-istqarrijiet għandhom jingħataw mill-ġdid.

Jekk inti appellajt għal tnaqqis tas-sentenza tiegħek, il-qorti tal-appell għandha tikkunsidra l-evidenza ppreżentata fil-qorti distrettwali u tiddeċiedi s-sentenza fuq dik il-bażi.

Il-qorti tal-appell għandha tħabbar id-deċiżjoni tagħha waqt is-seduta. Il-qorti tal-appell tista’ tiddeċiedi li tikkonferma s-sentenza tal-qorti distrettwali, li żżid jew tnaqqas is-sentenza, jew li tilliberak. Jekk inti tiġi lliberat jew jekk is-sentenza tiġi mnaqqsa, l-ispejjeż tal-appell jitħallsu minn fondi pubbliċi. L-istess japplika f’każ li l-prosekuzzjoni appellat kontra s-sentenza u l-qorti tal-appel taffermaha biss. Fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha, x’aktarx li int tiġi ordnat tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell.

X’jiġri jekk nirbaħ/nitlef l-appell?

Is-sentenza tal-qorti tal-appell tegħleb dik tal-qorti distrettwali u ġeneralment tkun finali u konklussiva. Il-każ jista’ f’ċirkustanzi straordinarji jitressaq quddiem il-Qorti Suprema bil-permess tal-Bord tal-Permessi għal Appell. Tali permess normalment jingħata biss jekk il-każ ikun kwistjoni ta’ prinċipju u għalhekk ikun jikkostitwixxi każ ta’ prova, jew għal raġunijiet oħra speċjali.Il-Bord jagħti l-permess biss għal ftit każijiet kriminali li jitressqu quddiem il-Qorti Suprema. L-avukat tiegħek jista’ jagħtik parir dwar il-possibiltajiet tiegħek li tikseb tali permess.

Jekk inti tiġi lliberat u jekk ikunu ntużaw miżuri intrużivi bħall-arrest, id-detenzjoni jew it-tfittxija fl-investigazzjoni, int tista’ titlob għad-danni. It-talba tiegħek għandha ssir bil-miktub lill-prosekutur pubbliku reġjonali sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-deċiżjoni tal-qorti. L-avukat tiegħek normalment jieħu ħsieb id-dettalji prattiċi marbutin mal-preżentazzjoni tat-talba. Tinsiex tinforma lill-avukat tiegħek fejn jista’ jikkuntattjak f’pajjiżek.

Jiena minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura hemmhekk wara l-proċess quddiem qorti kriminali?

Normalment, tista’ tintbagħat lejn Stat Membru ieħor biex tiskonta s-sentenza tiegħek. Ġeneralment, dan jiġri biss jekk inti titlob li tintbagħat lura lejn il-pajjiż tiegħek stess biex tiskonta s-sentenza tiegħek. Inti għandek tibgħat l-applikazzjoni tiegħek biex tiskonta s-sentenza tiegħek f’pajjiżek lill-Ministeru Daniż tal-Ġustizzja.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ niġi akkużat għall-istess delitt?

Fid-Danimarka, inti ma tistax tiġi kkundannat darbtejn għall-istess delitt. L-istess prinċipju japplika fil-pajjiżi Ewropej l-oħra. Billi d-dispożizzjonijiet penali jistgħu jkunu differenti minn pajjiż għal ieħor, inti għandek tistaqsi dwar dan fil-pajjiż li jista’ jiftaħ ukoll prosekuzzjoni kontra d-delitt.

Informazzjoni dwar l-akkużi/il-kundanna

Malli l-każ jiġi deċiż, id-deċiżjoni għandha tiġi rrappurtata lir-Reġistru Ċentrali tal-Kriminalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-ksur tal-Kodiċi Kriminali Daniża jiddaħħlu fil-parti tar-reġistru li tirrigwarda d-deċiżjoni. Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ksur ta’ leġiżlazzjoni oħra jiġu rreġistrati jekk inti tingħata sentenza ta’ priġunerija jew sentenza ta’ skwalifika (sentenza li ċċaħħdek minn dritt). Id-deċiżjoni tiġi rreġistrata billi jiġu speċifikati l-isem tal-qorti li tkun ħarġet is-sentenza, id-data tas-sentenza, id-dispożizzjonijiet statutorji li ġew miksura, u s-sentenza.

Hemm restrizzjonijiet dwar liema deċiżjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kondotta li tista’ tinħareġ għall-użu personali tiegħek. Id-dejta tiġi rreġistrata elettronikament, u t-tħassir tad-dejta jiddependi fuq kemm tkun serja s-sanzjoni. Inti tista’ tagħmel ilment dwar żbalji ta’ reġistrazzjoni jew ta’ tħassir, iżda mhux dwar ir-reġistrazzjoni attwali tad-deċiżjoni. Ilmenti dwar ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Nazzjonali tal-Pulizija Daniża, li hija l-awtorità tad-dejta relatata mal-kondotti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Daniża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni eżekuttiva dwar l-ipproċessar tad-dejta personali fir-Reġistru Ċentrali tal-Kriminalità


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2012

5 – Reati minuri


Kif inhuma ttrattati r-reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Jekk inti tiġi mwaqqaf mill-pulizija tat-traffiku, li jinfurzaw il-liġijiet tat-traffiku fit-triq, tista’ tammetti jew tiċħad il-ħtija tiegħek. Il-pulizija għandha takkużak b’reat li temmen li int wettaqt. Inti għandek id-drittijiet ta’ imputat u m’għandekx għalfejn tagħmel dikjarazzjoni lill-pulizija.

Il-penali għal reat tat-traffiku fit-triq hija normalment multa. Ir-reati tat-traffiku fit-triq huma ttrattati bl-istess mod bħal reati oħra li l-penali mitluba għalihom hija multa. Il-pulizija tibgħatlek kont għall-multa. Jekk inti tħallas il-kont, dan ifisser li inti tammetti l-akkużi. Jekk inti ma tħallasx il-kont, il-każ jitressaq quddiem il-qorti. Inti tiġi mħarrek sabiex tidher f’seduta fejn jistgħu jiġu ppreżentati provi tar-reat.

Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi ħareġ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakatalogu tal-penalitajiet għar-reati tat-traffiku fejn inti tista’ tivverifika li l-multa tiegħek taqbel mal-multi li normalment jingħataw għat-tip ta’ reat tat-traffiku li tkun wettaqt.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku fit-Triq jippermetti lill-pulizija biex tieħu pussess tal-vettura tiegħek jekk inti tkun residenti barra mid-Danimarka u l-karozza tiegħek tkun irreġistrata f'pajjiż differenti mid-Danimarka. Il-vettura tista’ tiġi ssekwestrata sakemm titħallas il-multa jew sakemm tiġi pprovduta garanzija għall-ħlas tal-multa. Jekk inti ma taqbilx li inti wettaqt reat tat-traffiku fit-triq, f’ċerti każijiet ikollok tipprovdi garanzija għall-ħlas tal-multa u titlob li l-każ jinstema’ fil-qorti. Il-pulizija ta’ spiss jużaw id-dritt li jissekwestraw il-vetturi.

Hemm regoli speċjali applikabbli għal vetturi u sewwieqa ġejjin minn pajjiżi Skandinavi oħra.

Kif inhuma ttrattati r-reati marbuta mal-parkeġġ?

Ir-restrizzjonijiet fuq il-parkeġġ ġeneralment jiġu infurzati mill-gwardjani tat-traffiku li jaħdmu għal awtorità lokali jew intrapriża privata, u mhux mill-pulizija. Jekk inti tipparkja illegalment, tirċievi multa tal-parkeġġ. Il-multa tal-parkeġġ titqiegħed fuq il-karozza tiegħek.

Jekk tara lill-gwardjan tat-traffiku qabel ma dan jirreġistra r-reat tal-parkeġġ, inti tista’ toġġezzjona direttament mal-gwardjan tat-traffiku. Il-gwardjan tat-traffiku jista’ jiddeċiedi li ma jirreġistrax ir-reat jew li jieħu nota rigward l-oġġezzjoni tiegħek. Jekk inti tirċievi multa tal-parkeġġ, il-multa għandha tkun akkumpanjata minn linji gwida dwar kif inti tista’ tressaq ilment dwar il-multa. M’hemm l-ebda korp ċentrali għall-ilmenti.

Il-multi tal-parkeġġ jinġabru bl-istess mod bħal talbiet ċivili oħra. Dan ifisser li t-talba tintbagħat lill-aġenzija tal-ġbir fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek jekk inti ma tħallasx il-multa.

Reat ta’ dan it-tip jista’ jiġi jidher fuq il-kondotta tiegħi?

Il-kondotta tiegħek normalment ma tkunx tinkludi l-multi. Madankollu, il-multi mogħtija għal reati kriminali jiġu inklużi fil-kondotta tiegħek.

Il-multi tal-parkeġġ mhumiex meqjusa bħala sanzjonijiet kriminali u għalhekk ma jkunux inklużi fil-kondotta tiegħek.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2012

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Ġermanja

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk tkun issuspettat li inti wettaqt delitt. Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku li min iwettaqhom jista’ jeħel biss multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 6.

Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni dettaljata dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Il-proċeduri kriminali fil-qosor

Din it-taqsima tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-fażijiet involuti fil-proċeduri kriminali.

Il-proċeduri kriminali huma diviżi fi tliet fażijiet: il-proċeduri tal-investigazzjoni, il-proċeduri intermedji (interlokutorji) u l-proċess quddiem il-qorti kriminali (inklużi l-appelli u l-infurzar).

  • Il-proċeduri tal-investigazzjoni (Ermittlungsverfahren): L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni (jew il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija) jibdew investigazzjoni kontra tiegħek jekk qed jiġi ssuspettat li inti wettaqt reat kriminali. L-għan tal-investigazzjoni huwa li jiġi stabbilit jekk is-suspett fil-konfront tiegħek huwiex iġġustifikat jew le. It-tmexxija tal-investigazzjoni tagħhom tista’ tinvolvi diversi miżuri, inkluża perkwiżizzjoni fid-dar tiegħek. Meta l-investigazzjonijiet jitlestew, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi jekk jissospendix il-proċeduri minħabba nuqqas ta’ suspett jew jekk jippreżentax il-kapi tal-akkuża kontrik.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-proċeduri intermedji (interlokutorji) (Zwischenverfahren): Matul il-proċeduri intermedji l-qorti tivvaluta l-kap tal-akkuża u tiddeċiedi jekk tipproċedix jew le. Jekk il-qorti temmen li jkun hemm provi suffiċjenti biex kundanna tkun probabbli, hija tagħti bidu għall-proċeduri prinċipali.
  • Il-proċeduri prinċipali (Hauptverfahren): Fil-proċeduri prinċipali, il-qorti tipprepara u twettaq il-proċess. Il-qorti tittestja l-kap tal-akkuża waqt smigħ billi tuża l-provi disponibbli (xhieda okulari, dokumenti, eċċ.). Inti tingħata wkoll l-opportunità tgħid lill-qorti l-verżjoni tiegħek ta’ dak li ġara u biex tikkumenta dwar l-allegazzjonijiet. Jekk il-kap tal-akkuża jiġi kkonfermat, inti tiġi kkundannat. Jekk il-kap tal-akkuża ma jiġix ikkonfermat, inti tiġi lliberat. Inti tista’ tappella kontra sentenza billi tosserva ċerti limiti ta’ żmien. Fl-appell (Berufsverfahren), il-proċeduri prinċipali jiġu ripetuti quddiem qorti superjuri. Fl-appelli ta’ reviżjoni (Revisionsverfahren), il-verdett jiġi vverifikat biss għal difetti legali.

Hemm varjazzjonijiet ta’ dan. Il-varjazzjonijiet prinċipali huma l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura sommarja (Strafbefehlsverfahren), is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasospensjoni tal-proċedura (Einstellung des Verfahrens), u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura aċċellerata (beschleunigtes Verfahren).

Dawn l-iskedi informattivi jinkludu dettalji tal-fażijiet individwali fil-proċeduri kriminali u tad-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni għandha sservi biss ta' gwida u ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li qed tissostwixxi parir legali.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda influwenza fuq il-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tkunx tista’ tagħtik assistenza jekk ikollok xi lment.

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Noti ta' spjegazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri ta’ investigazzjoni

  • L-interrogazzjoni
  • Il-proċedura ta’ identifikazzjoni/perkwiżizzjoni fuq il-persuna
  • Il-perkwiżizzjoni/is-sekwestru/l-interċettazzjonijiet telefoniċi
  • L-arrest
  • Iż-żamma taħt arrest preventiv
  • L-att ta’ akkuża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri fil-qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida6 – Reati tat-traffiku fit-triq

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

1 - Noti ta' Spjegazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Is-sospensjoni tal-proċeduri (1)

Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi (Einstellung) fi kwalunkwe punt, jew mill-prosekutur pubbliku jew, wara li tkun inbdiet il-prosekuzzjoni, mill-qorti. Hemm diversi modi kif il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi. Dawk prinċipali, fil-prattika, huma dawn li ġejjin:

Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi b’mod provviżorju, pereżempju, jekk inti tkun assenti għal perjodu twil ta’ żmien. Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi wkoll jekk l-investigazzjoni ma tipproduċix raġunijiet suffiċjenti sabiex ikunu ppreżentati l-kapi tal-akkuża. Madankollu, il-prosekutur pubbliku jista’ jerġa’ jagħti bidu għall-proċeduri fi kwalunkwe ħin (soġġetti għal ċerti perjodi ta' preskrizzjoni), pereżempju, jekk jinstabu provi ġodda.

Il-proċeduri jistgħu anki jiġu sospiżi b'mod definit. Dan jista’ jkun il-każ f’delitti minuri jekk ikun hemm ftit ħtija u jekk fil-prosekuzzjoni ma jkun hemm l-ebda interess pubbliku. Il-proċeduri jistgħu jiġu sospiżi wkoll jekk tiġi sodisfatta kundizzjoni partikolari, pereżempju jekk inti tħallas multa jew tobdi ordni, bħall-ordni li tattendi kors dwar is-sikurezza fit-toroq.

Il-proċedura sommarja (2)

Fil-każ ta’ reati minuri (Vergehen), fi tmiem il-proċeduri tal-investigazzjoni, il-prosekutur pubbliku jista’ jagħmel talba bil-miktub lill-qorti għal sentenza sommarja (Strafbefehl) minflok ma jippreżenta kap tal-akkuża. Tista’ tingħata sentenza sommarja jekk il-qorti temmen li l-provi miktuba jkunu suffiċjenti. Sentenza sommarja tagħti deskrizzjoni fil-qosor tar-reat u timponi penali partikolari. Jekk inti ma tappellax, din tidħol fis-seħħ bħala verdett assolut.

Sentenza sommarja għandha konsegwenzi legali limitati. Normalment, hija timponi xi multa imma tista’ wkoll twassal għal projbizzjoni tas-sewqan. Jekk għandek avukat difensur, inti tista’ tingħata wkoll sentenza ta' mhux aktar minn sena priġunerija, fejn għandha tingħatalek il-probation.

Jekk inti tappella, għandek żewġ possibbiltajiet:

Fil-każ ta’ multa, inti tista’ toġġezzjona biss għar-“rata ta’ kuljum” li ntużat sabiex tkun ikkalkulata l-multa. Jekk inti u l-prosekutur pubbliku taqblu, il-qorti tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha mingħajr ma jsir proċess quddiem qorti kriminali.

Jekk inti ma tillimitax l-appell tiegħek, il-każ iwassal għal proċess quddiem il-qorti kriminali. Ma hemmx għalfejn tidher personalment, imma tista’ tkun irrappreżentat minn avukat. Lanqas ix-xhieda ma hemm għalfejn jidhru personalment. Il-verbali tal-interrogazzjoni tax-xhieda jistgħu jinqraw, bil-kunsens tiegħek, jekk inti tkun preżenti waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Fl-aħħar, il-qorti tagħti l-verdett tagħha. Hija ma tkunx marbuta bil-penali imposta fis-sentenza sommarja. Hija tista’ timponi wkoll penali iktar iebsa, fil-limiti legali tal-għoti ta’ sentenzi.

Il-proċedura aċċellerata (3)

F’każijiet sempliċi fejn il-provi jkunu ċari, il-prosekutur pubbliku jista’ anki jagħmel talba lill-qorti għal proċedura aċċellerata (beschleunigtes Verfahren). Dan ġeneralment isir jekk pereżempju inti ma tkunx residenti fil-Ġermanja u jkun hemm raġuni biex l-awtoritajiet jemmnu li ma intix se tkun tista’ tidher fi smigħ sussegwenti tal-qorti.

Jekk il-prosekutur pubbliku jagħmel talba għal dan, il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali jibda immedjatament jew wara perjodu qasir ta’ żmien. F’dak il-każ, ma tkun meħtieġa deċiżjoni mill-qorti biex din tipproċedi għall-fażi tal-proċess quddiem il-qorti kriminali, b’differenza għal kif jiġri fi prosekuzzjoni normali. Il-proċedura aċċellerata taqbeż il-proċeduri intermedji.

Ir-regoli ssemplifikati tal-proċeduri aċċellerati, jippermettu lill-qorti tirrifjuta t-talbiet sabiex jiġu kkunsidrati ċerti provi.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-għoti ta' sentenzi huwa wkoll limitat. Il-qorti tista’ timponi multa biss jew sa sena priġunerija. Il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tista’ tiġi rtirata wkoll.

L-avukat maħtur mill-qorti (4)

Jekk qed tiġi ssuspettat li inti wettaqt delitt aktar gravi (Verbrechen), jew jekk is-sentenza mistennija f'każ ta' kundanna tkun ta’ iktar minn sena priġunerija, jew jekk qed tinżamm taħt arrest preventiv jew ma tistax tiddefendi ruħek għal raġunijiet oħrajn, il-qorti hija obbligata li taħtarlek avukat difensur jekk inti għadek m'intix irrappreżentat minn wieħed. Fil-proċedura aċċellerata, inti tiġi pprovdut b’avukat difensur uffiċjali jekk is-sentenza mistennija tkun ta’ iktar minn sitt xhur. L-obbligu li jinħatar avukat ma jiddependix mill-istatus finanzjarju tiegħek.

Il-qorti tiddeċiedi liema avukat għandu jinħatar. Madankollu, trid ukoll tippermettilek li tagħżel l-avukat difensur tiegħek u li tinnominah għall-qorti. Jekk inti ma tinnominax avukat, il-qorti tagħmel dan f’ismek.

L-avukat difensur maħtur mill-qorti jista’ jitbiddel biss f’każijiet eċċezzjonali. Inti tista’ taħtar ukoll avukat differenti li tagħżel inti, f’liema każ, il-qorti tirtira l-ħatra tal-avukat difensur uffiċjali. Jekk inti tagħżel lill-avukat tiegħek, ikollok tħallas id-drittijiet tiegħu inti, sakemm ma tiġix illiberat mill-akkużi, f’liema każ dawn ikollhom jitħallsu mill-Istat.

Informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet/il-kapi tal-akkuża/il-kundanni (5)

X’informazzjoni tinżamm?

Il-pulizija żżomm il-bażi tad-dejta tagħha bl-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjonijiet.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku wkoll jaħżen dejta kemm waqt kif ukoll wara l-investigazzjoni. L-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjoni tinżamm ukoll f’reġistru ċentrali tal-prosekuzzjonijiet. L-informazzjoni trid titħassar hekk kif jgħaddu perjodi speċifiċi, iffissati bil-liġi .

Ir-rekords tal-kundanni fil-kawżi kriminali jinżammu fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali (Bundeszentralregister). Inti ma tiġix ikkonsultat dwar jekk din id-dejta tiġix irreġistratata jew le. Il-kundanni jitħassru wara perjodu ta’ żmien speċifikat, jekk ma jkunu ġew miżjuda l-ebda kundanni ġodda. Il-perjodu ta’ żmien jiddependi mis-sentenza.

Liema dejta tiġi kkonsultata fil-proċeduri kriminali u meta?

Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku jista’ jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-dejta tagħhom fi kwalunkwe ħin. M'għandhomx aċċess dirett għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali. Meta l-qorti tipprepara għall-proċess, hija titlob silta mir-reġistru.

Xi rwol għandha d-dejta fl-istadju tal-proċedura ta’ investigazzjoni?

Jekk ikun hemm rekords ta’ investigazzjonijiet preċedenti, il-prosekutur pubbliku jrid jikkunsidrahom jekk, pereżempju, qed jikkontrolla l-possibbiltà li jissospendi l-proċeduri taħt is-Sezzjonijiet 153 u 153a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Xi rwol għandha d-dejta fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-liġi tippermetti li waqt il-proċess jiġu kkunsidrati l-kundanni preċedenti rreġistrati fir-reġistru ċentrali. Jekk jiġi stabbilit li kellek kundanni preċedenti, dawn jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-sentenza mogħtija. Id-dejta li tinżamm biss mill-prosekutur pubbliku u mill-pulizija tista' ma tiġix ikkunsidrata meta tingħata s-sentenza.

Kif nista’ nsir naf x’informazzjoni baqgħet tinżamm dwari, u x’nista’ nagħmel dwar dan?

Tista’ ssir taf liema dejta li tikkonċernak baqgħet tinżamm billi tressaq applikazzjoni quddiem id-dipartimenti li jirreġistraw id-dejta.

Inti tista’ tapplika sabiex id-dejta titħassar mid-dipartiment rilevanti. Jekk id-dipartiment jirrifjuta li jagħmel dan, inti tista’ titlob li d-deċiżjoni tiġi riveduta minn qorti.

Iktar informazzjoni

Ir-Reġistru Kriminali Ċentrali huwa rregolat mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali. Id-dejta miżmuma mill-prosekutur pubbliku hija soġġetta għas-Sezzjoni 483 u għas-sezzjonijiet sussegwenti tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; ir-reġistru ċentrali tal-prosekuzzjonijiet huwa kopert mis-Sezzjoni 492(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali, b’iktar dettalji f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament; il-bażijiet tad-dejta tal-pulizija huma rregolati mill-Att dwar l-Uffiċċju Federali tal-Prevenzjoni tad-Delitti u mil-leġiżlazzjoni dwar il-pulizija tal-Istati federali (Länder).

Kontestazzjonijiet legali waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni (6)

Inti għandek id-dritt li tikkontesta l-miżuri meħuda fil-proċeduri tal-investigazzjoni. Ir-rimedji disponibbli jinkludu l-possibbiltà li tippreżenta lment kontra l-pulizija jew li tagħmel talba biex il-kwistjoni tiġi deċiża minn qorti.

Inti tista’ tressaq ilment (Beschwerde) kontra tali deċiżjoni tal-qorti.

Jekk il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jkunu ħadu miżura mingħajr mandat, inti tista’ tagħmel talba sabiex din tiġi analizzata retrospettivament mill-qorti. Jekk inti toġġezzjona għal sekwestru, il-kwistjoni tiegħek titressaq awtomatikament quddiem l-imħallef mingħajr ma jkollok għalfejn tagħmel talba biex isir dan.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

2 - Kif tikseb parir legali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jista’ jkun ta’ vantaġġ għalik li tfittex parir legali indipendenti jekk inti involut fi kwalunkwe xorta ta’ proċeduri kriminali. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi inti għandek id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jindikawlek ukoll x’jagħmel għalik tali avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tispjegalek kif issib avukat, u kif jitħallsu d-drittijiet tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallas għal parir legali.


Kif issib avukat?

Meta ssir taf li inti soġġett għal investigazzjoni kriminali, inti tista’ tfittex avukati kriminali speċjalisti fuq l-Internet pereżempju. Kull avukat (Anwalt) irreġistrat fil-Ġermanja huwa awtorizzat li jagħmilha ta’ avukat difensur. Jekk il-każ ikun urġenti minħabba li dalwaqt tkun se tiġi arrestat jew dalwaqt tkun se ssir perkwiżizzjoni fil-binjiet tiegħek, inti tista’ ssib avukat difensur 24 siegħa kuljum permezz ta’ hotline għal avukati kriminali. Jekk inti teħtieġ lil xi ħadd b’ħiliet lingwistiċi speċifiċi jew f’post partikolari, tista’ tikkonsulta l-opzjoni ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatfittxija għal avukati kriminali pprovduta mid-Dipartiment Kriminali tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniża (Deutsches Anwaltverein). Tista’ anki tfittex l-assoċjazzjoni tal-avukati reġjonali (Rechtsanwaltskammer). Mill-1 ta’ Jannar 2010, ġew ikkompilati listi reġjonali ta’ avukati li lesti jaħdmu bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati difensuri maħtura mill-qorti. Tista’ ssir taf minn fejn iġġib dawn il-listi u kif tużahom permezz tal-assoċjazzjoni tal-avukati lokali tiegħek (inkluż minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk).

Jekk inti qiegħed tinżamm taħt arrest jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataħt arrest preventiv mhux se tkun tista’ tikseb aċċess għal din l-informazzjoni. Il-pulizija huma obbligati li jipprovdulek lista ta’ avukati jew direttorju tat-telefon jekk inti titlob wieħed. Il-pulizija jafu wkoll bil-hotlines. Jekk il-pulizija ma jħallukx tikkuntattja avukat, inti għandek tgħarraf lill-qorti dwar dan malli tidher quddiemha. Il-qrati wkoll għandhom listi ta’ avukati li jkunu lesti li jagħmluha ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati difensuri maħtura mill-qorti.

Min iħallas għall-parir legali?

Jekk inti tiġi lliberat mill-akkużi, l-Istat irid iħallas id-drittijiet tal-avukat. Jekk il-proċeduri jiġu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasospiżi fil-fażi tal-investigazzjoni jew jekk inti tiġi kkundannat, inti tkun responsabbli mill-ħlas tad-drittijiet.

Anki jekk inti għandek introjtu baxx jew ma għandek l-ebda introjtu, ma hemm l-ebda dritt bażiku għal appoġġ finanzjarju fi proċeduri kriminali min-naħa tal-Istat. Tista’ biss tagħmel talba biex tingħata għajnuna għal parir legali inizjali mingħand il-qorti lokali tiegħek (Amtsgericht) .

Hemm regoli partikolari li jikkonċernaw il-ħlas ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati difensuri maħtura mill-qorti. Għall-ewwel l-Istat iħallas lill-avukat, imma l-ħlas statutorju għal avukat difensur maħtur mill-qorti huwa iktar baxx minn dak illi kieku jkun seta' jitlob l-avukat. Jekk inti tiġi kkundannat, jinħariġlek il-kont tad-drittijiet tal-avukat difensur maħtur mill-qorti fi tmiem il-proċeduri. Imbagħad int ikollok tħallas l-ispejjeż tal-għajnuna legali lura lill-Istat, u jkollok tħallas ukoll lill-avukat l-ammont tad-drittijiet li kien jitlob li kieku ma nħatarx bħala avukat difensur mill-qorti, dejjem jekk inti tkun tiflaħ tħallas.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din l-iskeda informattiva tittratta l-proċeduri tal-investigazzjoni, li jibdew bl-investigazzjoni preliminari mill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u jintemmu permezz ta' preżentata tal-att tal-akkuża jew sospensjoni tal-proċeduri mill-prosekutur pubbliku.


X’inhuma l-fażijiet fl-investigazzjonijiet kriminali?

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni (li jistgħu jkunu jew il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija) se jibdew investigazzjoni kontra tiegħek jekk jissuspettaw li inti wettaqt reat. L-għan tal-investigazzjoni huwa li jiġi stabbilit jekk hemmx raġunijiet biex jissuspettaw fik jew le. Huma jridu jinvestigaw ukoll kwalunkwe ċirkustanza attenwanti. Jekk il-prosekutur pubbliku jemmen li hemm raġunijiet sabiex inti tiġi ssuspettat, huwa se jippreżenta l-kapi tal-akkuża kontrik (jew jagħmel talba għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasentenza sommarja (Strafbefehl)).

Hemm tipi differenti ta' miżuri li jistgħu jwettqu l-pulizija u l-prosekutur pubbliku matul l-investigazzjoni tagħhom . X’inhuma l-miżuri u meta jittieħdu jvarjaw minn każ għall-ieħor. Pereżempju, inti tista’ tiġi arrestat immedjatament wara li wettaqt reat. L-arrest jista’ jkun segwit minn arrest preventiv.

Inti tista’ tikkontesta quddiem il-qorti kwalunkwe miżura tal-investigazzjoni li tħoss li tista’ tkun ta’ preġudizzju għalik, kemm dak il-ħin stess kif ukoll retrospettivament.

Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku jistgħu anki jfittxu informazzjoni dwar investigazzjonijiet u kundanni preċedenti. Id-dettalji huma spjegati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Inti għandek id-dritt għal avukat matul il-proċeduri tal-investigazzjoni kollha. Għal informazzjoni dwar kif issib avukat u l-ispejjeż relatati, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Jekk inti ma titkellimx bil-Ġermaniż, tista’ titlob li jkun hemm interpretu waqt il-laqgħat li jkollok mal-avukat difensur tiegħek.

Inti ma għandekx id-dritt li tara l-fajl tiegħek. Madankollu, tista’ tiġi żvelata xi informazzjoni mid-dokumenti jekk dan ma jpoġġix l-investigazzjonijiet fil-periklu jew jekk ma jiksirx id-drittijiet ta’ partijiet terzi. Meta l-investigazzjoni tkun lesta, l-avukat difensur tiegħek jingħata aċċess għad-dokumenti. Qabel dan, l-aċċess jingħata biss jekk dan ma jipperikolax l-iskop tal-investigazzjoni.

Għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek, jekk tittieħed kontra tiegħek kwalunkwe waħda mill-miżuri tal-investigazzjoni li ġejjin, ara l-iskedi informattivi elenkati hawn taħt:

Jekk jiena ċittadin barrani, dan kif se jaffettwa l-proċeduri tal-investigazzjoni?

B’mod ġenerali, inti għandek id-dritt li titlaq mill-Ġermanja waqt proċedura ta’ investigazzjoni kriminali. L-uniċi ċirkustanzi fejn ma tistax tħalli l-pajjiż huma jekk tkun ġejt arrestat, jew jekk il-mandat ta' arrest ikun ġie sospiż bil-kundizzjoni li ma tħallix il-post tar-residenza tiegħek mingħajr il-permess tal-qorti.

Jekk inti taf li qed tiġi investigat, inti għandek tiżgura ruħek li l-prosekutur pubbliku u l-qorti jistgħu jikkuntattjawk bil-posta.

Matul investigazzjoni, inti dejjem tista’ tikkuntattja lill-konsulat nazzjonali tiegħek.

L-interrogazzjoni (1)

Jekk qed jiġi ssuspettat li inti wettaqt reat, il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku se jinterrogawk dwar il-kap tal-akkuża sabiex jiżguraw li int tingħata smigħ xieraq. F’ċerti każijiet, jekk il-prosekutur pubbliku jkun jixtieq dan, inti tista’ tiġi interrogat ukoll minn imħallef.

X’għandi nagħmel jekk nissejjaħ biex niġi interrogat?

Jekk il-prosekutur pubbliku jew il-qorti sejħulek biex tiġi interrogat (Vernehmung), inti trid tattendi. Jekk tonqos milli twieġeb għal ċitazzjoni, inti tista’ titressaq bil-forza quddiem il-prosekutur jew quddiem il-qorti. Jekk tissejjaħ għall-interrogazzjoni mill-pulizija inti m'intix marbut li tattendi.

Xi spjegazzjonijiet ningħata qabel l-interrogazzjoni?

Qabel l-interrogazzjoni, għandek tkun taf b’liema reat qed tiġi akkużat u x’inhuma l-liġijiet li huwa maħsub li ksirt. Għandek tkun avżat li għandek id-dritt li tibqa’ sieket, li tista’ tikkonsulta avukat qabel ma tiġi interrogat u li tista’ tagħmel talba biex tinġabar kwalunkwe prova li teżonerak.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa tal-pajjiż?

Jekk il-Ġermaniż tiegħek mhuwiex tajjeb biżżejjed, jiġi pprovdut interpretu, mingħajr ħlas. L-interpretu jattendi l-interrogazzjoni kollha u jittraduċi l-mistoqsijiet, it-tweġibiet tiegħek u r-rekord bil-miktub tal-interrogazzjoni.

Nista’ nitkellem ma’ avukat?

Bħala persuna suspettata inti tista’ titkellem ma’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat difensur waħdek jew fil-preżenza ta’ interpretu. Meta l-prosekutur pubbliku jew l-imħallef jinterrogak, inti jista’ jkollok avukat difensur preżenti, imma mhux meta tiġi interrogat mill-pulizija.

Se niġi interrogat? Għandi nagħti xi informazzjoni?

Qabel tintemm l-investigazzjoni, il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jridu jinterrogawk sakemm il-proċeduri ma jiġux sospiżi. Jekk il-każ ikun wieħed sempliċi, inti tista’ tiġi interrogat bil-miktub.

Iżda anki f’interrogazzjoni bil-miktub, inti mitlub tagħti d-dettalji personali tiegħek. Dawn jinkludu l-ismijiet, il-kunjom, l-isem ta' meta twelidt, il-post u d-data tat-twelid, l-istat ċivili, l-impjieg, l-indirizz u n-nazzjonalità tiegħek.

Madankollu, inti ma inti obbligat tgħid xejn dwar il-kapi tal-akkuża u lanqas ma inti obbligat tagħti informazzjoni relatata mal-każ. Dak li tgħid u kemm tgħid hija deċiżjoni tiegħek – wara li tkun ikkonsultajt mal-avukat tiegħek.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li se tiżvantaġġja l-każ tiegħi?

Dak kollu li tgħid waqt interrogazzjoni se jiġi rreġistrati fil-minuti. Jekk inti tgħid xi ħaġa li tiżvantaġġjak, il-qorti li tikkunsidra l-każ tiegħek wara li jiġu ppreżentati l-kapi tal-akkuża kontra tiegħek, tkun taf b’dan ukoll. Anki jekk tibqa’ sieket jew tkun trid tirtira d-dikjarazzjoni tiegħek iktar tard, il-qorti tista’ tinkorpora dak kollu li tkun għidt qabel fis-sentenza tagħha.

Matul l-interrogazzjoni, se ningħata informazzjoni dwar fiex tkun waslet l-investigazzjoni?

Huwa l-prosekutur pubbliku li jiddeċiedi jekk jinformakx jew le dwar fiex tkun waslet l-investigazzjoni. Madankollu, il-prosekutur pubbliku ma jistax jagħtik informazzjoni qarrieqa.

Liema metodi ma jistgħux jintużaw?

Inti ma tistax tiġi ttrattat ħażin jew tkun soġġett għal trattament fiżiku ħażin ieħor matul l-interrogazzjoni. Ħadd ma jista’ jheddek jew iwegħdek xi ħaġa li mhijiex permessa bil-liġi. Kwalunkwe dikjarazzjoni li tagħmel f’dawk il-kundizzjonijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, anki jekk inti taqbel dwar dan.

Iktar informazzjoni

Ir-regoli dwar l-interrogazzjoni tal-persuni ssuspettati huma stabbiliti fis-Sezzjonijiet 136, 136 a u 163 a tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Kriminali.

Il-proċedura ta’ identifikazzjoni/perkwiżizzjoni fuq il-persuna/kampjuni tad-demm, eċċ. (2)

Għandek issib id-dettalji dwar kif tista' tikkontesta dawn il-miżuri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’tinvolvi l-proċedura ta’ identifikazzjoni? Meta ssir?

L-għan tal-proċedura ta’ identifikazzjoni (Erkennungsdienstliche Behandlung, ED-Behandlung) huwa li jiġi stabbilit jekk intix ħati jew innoċenti fi kwalunkwe proċeduri kriminali pendenti. Għaldaqstant,, l-awtoritajiet jistgħu jieħdulek ritratti, marki tas-swaba’ jew marki tal-pali tal-id, u jistgħu jieħdu nota ta' karatteristiċi partikolari, bħal tpinġijiet fuq il-ġilda.

Il-qrati, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jistgħu jagħtu bidu għal proċedura ta’ identifikazzjoni. Il-proċedura ġeneralment titwettaq mill-pulizija.

Il-proċedura ta’ identifikazzjoni tista’ titwettaq bil-forza, li jfisser li l-pulizija jistgħu jżommuk u jiddrittawlek idejk jew is-swaba’ sabiex jieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek, pereżempju.

Tista’ ssir proċedura ta’ identifikazzjoni jekk dan ma jkunx meħtieġ attwalment (eż. jekk ikun ovvju li jiena l-awtur tar-reat)?

Il-proċeduri ta’ identifikazzjoni jistgħu jitwettqu wkoll għal finijiet ta’ proċeduri kriminali futuri; fi kliem ieħor, il-proċedura ta’ identifikazzjoni tista’ ma tkunx mitluba għall-każ preżenti, imma sabiex jinżammu d-dettalji tiegħek għal każijiet li jistgħu jinqalgħu fil-futur. Dan ifisser li jrid ikun hemm raġuni sabiex l-awtoritajiet jemmnu li inti tista’ tkun soġġett għal proċeduri kriminali futuri.

Huma permessi l-perkwiżizzjonijiet fuq il-persuna?

Perkwiżizzjoni fuq il-persuna tista’ tiġi ordnata sabiex ikunu stabbiliti fatti li huma materjali għall-proċeduri kriminali.

B’perkwiżizzjoni sempliċi fuq il-persuna mill-pulizija, tiġi investigata l-persuna tiegħek sabiex ikun stabbilit jekk ikunx hemm xi ħaġa moħbija f'xi waħda mit-toqbiet ta' ġismek. Jekk perkwiżizzjoni bħal din tkun imbarazzanti għalik, din tista’ titwettaq minn persuna tal-istess sess tiegħek jew minn tabib. Qabel il-perkwiżizzjoni, inti għandek tiġi informat li tista' tirrikjedi li jkun hemm preżenti persuna li tafda u li inti għandek id-dritt li tagħżel is-sess tal-persuna li se twettaq il-perkwiżizzjoni, f'każ li jkollok raġuni leġittima biex tagħmel dan. Inti obbligat li tittollera l-perkwiżizzjoni, imma ħadd ma jista’ jġiegħlek tieħu sehem b'mod attiv fiha.

Jistgħu jittieħduli kampjuni tad-demm, ta’ fluwidi oħrajn tal-ġisem jew tad-DNA tiegħi (pereżempju xagħar jew bżieq)?

Jistgħu jittieħdu kampjuni tad-demm u ta' sustanzi oħrajn tal-ġisem, pereżempju, sabiex ikun ivverifikat jekk hemmx alkoħol fid-demm tiegħek jew sabiex id-DNA tiegħek jiġi pparagunat ma’ traċċi ta’ DNA li jkunu nstabu fil-post tad-delitt. Dawn il-kampjuni għandhom dejjem jittieħdu minn tabib; u qatt mill-pulizija. Meta l-kampjuni ma jkunux iktar meħtieġa għall-proċeduri kriminali, dawn għandhom jinqerdu. Madankollu, l-impronta tad-DNA tiegħek tista’ tinżamm f’fajl jekk l-awtoritajiet ikollhom raġuni biex jemmnu li fil-ġejjieni jistgħu jinbdew proċeduri kontra tiegħek għal xi delitt serju.

Jekk inti ma taqbilx li jsirulek perkwiżizzjoni fuq il-persuna jew test tad-DNA, ikollha tinħareġ ordni mill-qorti. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija huma awtorizzati joħorġu l-ordni huma. Dan jista' jitwettaq ukoll bil-forza.

Iktar informazzjoni

Il-proċeduri ta’ identifikazzjoni huma rregolati mis-Sezzjoni 81b tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, il-perkwiżizzjonijiet fuq il-persuna u l-kampjuni tad-demm huma rregolati mis-Sezzjonijiet 81a u 81d u t-testijiet tad-DNA huma rregolati mis-Sezzjonijiet 81e, 81f u 81g.

Il-perkwiżizzjoni/is-sekwestru/l-interċettazzjonijiet telefoniċi (3)

Tista’ ssib dettalji dwar kif tista' tikkontesta dawn il-miżuri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Jistgħu jsiru perkwiżizzjonijiet f'dari, fl-uffiċċju jew fil-karozza tiegħi, eċċ.?

Jekk inti qed tiġi ssuspettat li wettaqt delitt, il-prosekutur pubbliku u l-pulizija jistgħu jagħmlu perkwiżizzjonijiet f’darek u f’imkejjen oħrajn tiegħek, inkluża l-karozza tiegħek, jekk qed jistennew li jsibu provi hemmhekk jew jekk ikun hemm bżonn li jarrestawk.

Il-perkwiżizzjoni trid tiġi ordnata mill-qorti. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jitħallew joħorġu mandat.

Inti tista’ tkun preżenti waqt il-perkwiżizzjoni. Jista’ wkoll ikollok l-avukat difensur tiegħek preżenti. Jekk ma jkunx hemm imħallef jew prosekutur disponibbli sabiex jattendi għall-perkwiżizzjoni, jekk ikun possibbli għandhom jinġiebu żewġ uffiċjali tal-gvern lokali (Gemeindebeamte). Iżda inti ma għandekx għalfejn titlob li jkunu preżenti. Meta l-perkwiżizzjoni tkun lesta, inti trid tingħata dokument li jiddikjara r-raġunijiet għall-perkwiżizzjoni u r-reat li qed tiġi akkużat li wettaqt, jekk tistaqsi għalih.

Il-proprjetà tiegħi tista’ tiġi ssekwestrata?

L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jieħdu l-oġġetti li jappartejnu lilek jekk ikunu importanti bħala provi. Jekk inti ma tgħaddihomlhomx bir-rieda t-tajba, huma jistgħu jiġu ssekwestrati. Irid jinħareġ mandat tal-qorti sabiex tiġi ssekwestrata proprjetà. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jistgħu joħorġu l-mandat huma. Inti tista’ tikkontesta mandat maħruġ mill-qorti fi kwalunkwe ħin, anki wara li l-perkwiżizzjoni tkun lesta.

Jekk waqt il-perkwiżizzjoni jittieħed jew jiġi ssekwestrat xi oġġett, inti għandek id-dritt għal inventarju ta’ dawn l-oġġetti jekk titlob wieħed.

Il-liċenzja tas-sewqan tiegħi tista’ tiġi kkonfiskata?

Il-qorti biss tista' tissospendilek temporanjament il-liċenzja tiegħek jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti sabiex wieħed jassumi li l-qorti se tirtira l-liċenzja tiegħek f’sentenza sussegwenti li tikkonċerna reat tat-traffiku. Dan ġeneralment japplika jekk inti tkun wettaqt reat tat-traffiku li wera li inti m'intix tajjeb biex issuq vettura. L-irtirar provviżorju mill-qorti tal-liċenzja tiegħek jikkostitwixxi konferma ta' konfiska tal-liċenzja tas-sewqan li tkun saret preċedentement. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, u jekk hemm raġunijiet urġenti għall-irtirar tad-dritt tiegħek li ssuq vettura, il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jistgħu jikkonfiskaw il-liċenzja tiegħek.

L-interċettazzjonijiet telefoniċi huma permessi?

Kwalunkwe komunikazzjoni (eż. bit-telefon) jew taħdita li jkollok f’darek tista’ tiġi mmonitorjata u rreġistrata soġġetta għal kundizzjonijiet legali stretti; madankollu, irid ikun hemm suspett ta’ delitt serju jew serju ħafna. Iż-żewġ miżuri jirrikjedu mandat tal-qorti. F’każ li kwalunkwe dewmien jista' jimplika riskju, jiġifieri jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, dawn il-miżuri jistgħu jiġu ordnati wkoll mill-prosekutur pubbliku. Inti trid tiġi informat bil-miżuri retrospettivament.

Iktar informazzjoni

Il-perkwiżizzjonijiet u s-sekwestru huma rregolati mis-Sezzjoni 102 u s-sezzjonijiet segwenti u mis-Sezzjoni 94 u s-sezzjonijiet segwenti tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali, is-sospensjoni provviżorja ta’ liċenzja tas-sewqan (il-konfiska ta’ liċenzja tas-sewqan) hija rregolata mis-Sezzjoni 111a u l-interċettazzjonijiet telefoniċi huma rregolati mis-Sezzjoni100a u s-sezzjonijiet segwenti. .

L-arrest (4)

Il-prosekutur pubbliku u l-pulizija jistgħu jżommuk taħt arrest preventiv jekk tinqabad fuq il-post tad-delitt jew jekk inti ġejt segwit mill-post tad-delitt u qed tiġi suspettat li qed tipprova taħrab. Il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija jistgħu anki jżommuk taħt arrest preventiv jekk ikun hemm dewmien li jista' jimplika riskju u l-kwistjoni tkun waħda urġenti, sakemm il-kunduzzjonijiet sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest ikunu sodisfatti. Dan ikun il-każ jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti sabiex jiġi ssuspettat li inti wettaqt delitt u jkun hemm raġunijiet speċifiċi għall-arrest. Meta inti tiġi arrestat, jista’ jkun li diġà jkun inħareġ mandat jew li tkun diġà saret talba mill-prosekutur pubbliku biex jinħareġ il-mandat.

Tiġi kkunsidrata wkoll iż-żamma taħt arrest jekk jeħtieġ li jitwettqu miżuri partikolari tal-investigazzjoni, pereżempju l-interrogazzjoni jew il-perkwiżizzjoni fuq il-persuna bil-forza.

Niġi informat għaliex inkun qed ninżamm taħt arrest?

Inti dejjem tiġi informat bir-raġuni għaliex tkun qed tinżamm taħt arrest. Jekk ikun inħareġ mandat, trid tingħata kopja ta' dan lilek meta inti tiġi arrestat.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest?

Jekk inti tinżamm taħt arrest fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest li nħareġ diġà jew li se ssir talba għalih, iż-żamma taħt arrest tiegħek hija soġġetta għal dawn il-limiti ta’ żmien.

Jekk inti ġejt miżmum taħt arrest sabiex ikunu jistgħu jitwettqu bil-forza l-miżuri investigattivi, dawn għandhom isiru immedjatament u inti trid tiġi lliberat hekk kif dawn jitlestew. Iż-żmien neċessarju għal dan jiddependi miċ-ċirkostanzi. F'każijiet ta' dan it-tip, inti ma tistax tinżamm taħt arrest għal iktar minn tmiem l-għada tal-jum taż-żamma taħt arrest tiegħek, għall-ebda raġuni.

Jekk inti tinżamm taħt arrest u jirriżulta li preċedentement kellek piena ta’ kustodja li tkun għadek ma skontajtx, inti tista’ tinżamm f'kustodja fi tmiem l-arrest preventiv tiegħek.

Nista’ nikkuntattja lil xi ħadd?

Meta inti tinżamm taħt arrest inti għandek id-dritt li fi kwalunkwe ħin titlob għal avukat difensur tal-għażla tiegħek. Inti tista’ tinforma lil membru tal-familja jew lil xi ħadd li tafda jekk dan ma jippreġudikax l-iskop tal-investigazzjoni. Inti tista’ titlob ukoll biex jiġi informat il-konsulat tal-pajjiż tiegħek.

Nista’ nara tabib jekk neħtieġ wieħed?

Inti tista’ titlob li tiġi eżaminat minn tabib tal-għażla tiegħek.

X’inhu mandat ta’ arrest Ewropew, u x’nista’ nagħmel biex nikkontestah?

L-iskop ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew huwa li jordna l-arrest u li jikkonsenja lill-persuna mfittxija fl-UE għal prosekuzzjoni jew biex tiskonta terminu ta' priġunerija jew piena ta’ kustodja oħra. Jekk inti soġġett għal Mandat ta’ Arrest Ewropew, inti tista’ tinżamm taħt arrest fi kwalunkwe Stat Membru u tista’ tiġi estradit lejn l-Istat Membru li jkun ħareġ il-mandat.

Jekk inti qed tinżamm fil-Ġermanja taħt mandat ta’ arrest Ewropew, l-ewwel tiġi interrogat fil-qorti lokali l-aktar viċin tiegħek (Amtsgericht) sabiex tistabbilixxi d-dettalji tiegħek u biex tinstema' dwar jekk toġġezzjonax għall-estradizzjoni eventwali tiegħek. Id-deċiżjoni dwar kwalunkwe oġġezzjoni għandha tittieħed mill-qorti reġjonali superjuri (Oberlandsgericht).

Inti jkollok id-dritt għal rappreżentanza legali f’kull fażi tal-proċedura.

Jekk inti taqbel mal-estradizzjoni, inti tiġi estradit immedjatament (il-“proċedura ta’ estradizzjoni ssimplifikata”). Tiġi wkoll informat dwar li tista' tiġi eżentat mir-“regola ta' speċjalità”. Jekk tagħmel dan, inti tista’ titressaq quddiem qorti fil-pajjiż li jkun ħareġ il-mandat fuq il-bażi ta’ proċeduri oħrajn li mhumiex koperti mill-mandat. Ladarba inti tkun qbilt ma’ estradizzjoni simplifikata jew mal-eżenzjoni tar-regola ta' speċjalità, inti ma tistax tirtira mill-ftehim.

Jekk inti ma taqbilx, il-qorti reġjonali superjuri se tieħu deċiżjoni dwar il-validità tal-estradizzjoni fi żmien 60 jum. Ma hemm l-ebda dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti.

Għal iktar informazzjoni, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-arrest preventiv (5)

Meta rrid niġi informat bil-mandat ta’ arrest?

Jekk inti ġejt miżmum taħt arrest fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest, dan irid jingħata lilek mal-arrest tiegħek. Jekk inti ġejt arrestat b’mod provviżorju, ikollok tidher quddiem il-qorti mhux iktar tard mill-għada tal-jum li fih ġejt arrestat. Għaldaqstant, jekk il-qorti mbagħad toħroġ mandat ta’ arrest, hija se tinfurmak dwar dan. Jekk il-qorti ma toħroġx mandat ta’ arrest, inti tiġi lliberat.

Meta ninżamm taħt arrest preventiv?

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti sabiex inti tiġi ssuspettat u jkun hemm raġunijiet sabiex inti tinżamm taħt arrest. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkludu delitt serju ħafna, tentattivi biex taħrab, il-periklu li inti taħrab, il-periklu li tirrepeti r-reat, jew il-periklu li inti tista’ timpedixxi l-investigazzjoni tar-reat, pereżempju billi teqred il-provi jew tinfluwenza lix-xhieda. Jekk ma jkollok l-ebda residenza fissa, l-ebda impjieg permanenti u l-ebda relazzjoni soċjali qrib tiegħek, ikun maħsub li tista' tipprova taħrab.

X’nista’ nagħmel dwar mandat ta’ arrest preventiv?

Inti tista’ tikkontesta mandat ta’ arrest preventiv quddiem il-qorti superjuri li jmiss. Inti tista’ tagħmel ukoll talba għal reviżjoni tal-mandat (Haftprüfung) quddiem il-qorti li tkun ħarġitu. Madankollu, jekk tapplika għal reviżjoni mill-istess qorti li tkun ħarġet il-mandat, ma tkunx tista’ tikkontestah quddiem qorti aktar superjuri.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest preventiv?

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv sakemm tintemm il-proċedura kriminali. Din tista’ tintemm qabel jekk il-mandat ta' arrest jiġi rtirat, jew jekk il-mandat jiġi sospiż. L-arrest tiegħek jiġi sospiż b'kundizzjoni: pereżempju, inti tista’ tintalab tħalli somma flus bħala garanzija jew tintalab tirrapporta regolarment għand il-pulizija.

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv għal iktar minn sitt xhur f’ċirkustanzi partikolari biss li jeħtieġ li jiġu analizzati mill-prosekutur pubbliku jew mill-qorti ex officio (eż. jekk ikun hemm diffikultajiet partikolari matul l-investigazzjoni jew jekk din ikollha ambitu wiesa’ mhux tas-soltu jew jekk ikun hemm raġunijiet importanti oħrajn).

X'informazzjoni se ningħata meta niġi arrestat?

Meta tiġi arrestat int għandek tingħata l-informazzjoni segwenti, b’lingwa li tifhem:

  • li int se tidher immedjatament quddiem qorti, jew mhux iktar tard mill-għada tal-jum li fih ġejt arrestat;
  • li għandek id-dritt tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar il-kap tal-akkuża u li tibqa' sieket;
  • li għandek id-dritt li tagħmel talba li jiġu kkunsidrati l-provi li jeżonerawk u li inkella tibqa' sieket;
  • li tista’ tikkonsulta ma' avukat tal-għażla tiegħek fi kwalunkwe ħin, anki qabel ma tiġi interrogat formalment;
  • li għandek id-dritt li titlob li tiġi eżaminat minn tabib li tagħżel inti, u
  • li tista’ tinforma lil xi qarib jew lil xi persuna oħra li tista' tafda bil-kwistjoni, sakemm dan ma jipperikolax l-iskop tal-investigazzjoni.

Għandek tiġi informat li inti tista’ titlob is-servizzi ta’ interpretu mingħajr ħlas u li tista’ tinforma lill-konsulat tal-pajjiż tiegħek, li huwa intitolat li jikkorrespondi miegħek. Barra minn hekk, waqt l-interrogazzjoni formali trid tiġi informat bi kwalunkwe ċirkustanza inkriminanti. Inti trid titħalla tikkontesta r-raġunijiet għas-suspett u għall-arrest tiegħek u trid titħalla tinvoka kwalunkwe fatt favur tiegħek. Fl-aħħar nett, inti trid tiġi informat bid-dritt tiegħek li tikkontesta l-arrest tiegħek fl-istess qorti jew f'qorti superjuri.

Nista’ nirċievi żjarat jew ittri, nilbes ħwejġi, eċċ. meta nkun miżmum taħt arrest?

Ġeneralment, inti titħalla tirċievi ittri meta tinżamm taħt arrest preventiv. Madankollu, inti tista’ tkun soġġett għal ċerti restrizzjonijiet. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li inti titlob permess sabiex tirċievi żjarat u sabiex tuża l-mezzi ta’ telekomunikazzjoni. Jista’ jkun hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu mmonitorjati t-telekomunikazzjonijiet tiegħek u kwalunkwe ittra jew pakkett li tirċievi, jew li jingħata permess sabiex tirċievi oġġetti waqt iż-żjarat. Inti tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe waħda minn dawn ir-restrizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, ġeneralment ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub mal-avukat difensur tiegħek. Ir-regoli dwar l-arrest preventiv jistgħu jvarjaw minn Stat federali (Land) għall-ieħor.

L-att ta’ akkuża kontra tiegħek (6)

Jekk l-investigazzjonijiet jiżvelaw raġunijiet suffiċjenti sabiex jiġu ppreżentati l-kapi tal-akkuża kontra tiegħek, il-prosekutur pubbliku jissottometti att ta’ akkuża (Anklage) jew jagħmel talba għal ordni ta’ piena permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasentenza sommarja (Strafbefehl) quddiem il-qorti rilevanti. Jekk dan ma jsirx, il-prosekutur jissospendixxi l-proċedura. Fl-att ta’ akkuża, il-prosekutur pubbliku jiġbor fil-qosor il-kapi tal-akkuża fil-konfront tiegħek, il-liġijiet li tkun ksirt u x’inhuma l-provi.

Xi jfisser jekk il-qorti tibgħatli att ta’ akkuża?

Dan ifisser li l-qorti se tiddeċiedi fi proċeduri interlokutorji dwar jekk għandhiex tipproċedi għall-proċedura ewlenija, jiġifieri l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Inti tiġi informat b’dan fl-att ta’ akkuża. Il-qorti titolbok ukoll tiddikjara sa ċertu żmien jekk għandhomx jiġu kkunsidrati provi oħrajn li jeżonerawk, jew jekk inti tixtieqx tagħmel xi oġġezzjoni għall-fatt li se jinbdew il-proċeduri.

L-att ta’ akkuża jiġi ttrattat b’mod differenti fi proċeduri aċċellerati: ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’nista’ nagħmel jekk ma nifhimx l-att ta’ akkuża għaliex ma nitkellimx bil-Ġermaniż?

Jekk il-kapi tal-akkuża jiġu ppreżentati b’lingwa li ma tifhimx, inti tista’ titlob li dawn jiġu tradotti mingħajr ħlas, u jiġu nnotifikati mill-ġdid.

X’nista’ nagħmel jekk nemmen li l-kapi tal-akkuża huma żbaljati?

Il-qorti tagħtik ċertu ammont ta’ żmien sabiex tiddikjara r-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom temmen li l-kap tal-akkuża mhuwiex veru. Inti tista’ tagħmel ukoll talba sabiex jiġu kkunsidrati provi li taħseb li se jeżonerawk.

Il-qorti tista’ tiċħad l-att ta’ akkuża?

Jekk il-qorti temmen li probabbilment inti ma tiġix ikkundannat fuq il-bażi tal-att ta’ akkuża, pereżempju, jekk temmen li ma hemmx provi suffiċjenti, hija ma tippermettix li jinbeda l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Il-prosekutur pubbliku jista’ jappella immedjatament kontra din id-deċiżjoni.

L-att ta’ akkuża jista’ jinbidel qabel il-fażi tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-prosekutur pubbliku jista’ jirtira u jemenda l-att ta’ akkuża fi kwalunkwe ħin qabel ma l-qorti tibda l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Huwa jista’ wkoll jipproduċi provi ġodda fi kwalunkwe ħin waqt il-proċeduri kriminali kollha.

Nista’ niġi akkużat għal delitt li diġà ġejt akkużat għalih fi Stat Membru ieħor?

Il-fatt li kont akkużat fi Stat Membru ieħor ma jipprevjenix li inti tiġi akkużat fil-Ġermanja. Iżda inti ma terġax titressaq quddiem il-qorti jekk diġà tkun ġejt ikkundannat għall-istess reat.

Niġi informat bix-xhieda u bil-provi li jkun hemm kontrija?

Fl-att ta’ akkuża, il-prosekutur pubbliku jelenka l-provi li jappoġġjaw il-kap tal-akkuża. L-avukat difensur tiegħek ikun jista’ jara l-fajls mhux iktar tard minn meta tintemm l-investigazzjoni u qabel ma l-kap tal-akkuża jitressaq kontra tiegħek. Inti stess għandek id-dritt għal aċċess għall-informazzjoni mill-fajl u għal kopji individwali tad-dokumenti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

4 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri fil-qorti


Il-prosekutur pubbliku se jgħaddi l-att ta’ akkuża lill-qorti li, fil-proċeduri interlokutorji, se tiddeċiedi jekk tipproċedix għall-fażi tal-proċedura prinċipali jew le, jiġifieri għal proċess quddiem il-qorti kriminali.

Jekk il-qorti tippermetti li l-att ta’ akkuża jkompli għal proċess quddiem il-qorti kriminali, għandha tinbeda l-proċedura prinċipali permezz ta' smigħ quddiem il-qorti kriminali. Is-smigħ jista’ jdum jum wieħed jew diversi jiem. Hemm ukoll il-possibbiltà li l-att ta’ akkuża jiġi kkunsidrat fi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura aċċellerata, li hija soġġetta għal ċerti regoli.

Kif se jipproċedi l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

L-ewwel nett, il-qorti tiddetermina dawk kollha li jkunu preżenti: il-prosekutur pubbliku, inti u l-avukat difensur (jekk ikollok wieħed), ix-xhieda u x-xhieda esperti. Ix-xhieda mbagħad jintalbu jistennew barra mill-awla.

Inti tintalab tagħti d-dettalji personali tiegħek. Trid tagħti ismek, l-indirizz, il-post tat-twelid, l-istat ċivili u l-impjieg tiegħek. Ma hemmx għalfejn tgħid kemm taqla’.

Imbagħad jinqraw il-kapi tal-akkuża.

Inti tkun tista’ tiddikjara l-opinjoni tiegħek dwar il-kapi tal-akkuża. Tista’ ma tgħid xejn: tista' tibqa' sieket. Il-qorti ma tista’ tiġbed l-ebda konklużjoni għad-detriment tiegħek mill-fatt li initi ma tgħid xejn. Wara jiġu ppreżentati l-provi, jiġifieri jiġu interrogati x-xhieda, jinstemgħu x-xhieda esperti u/jew jinqraw id-dokumenti.

Fl-aħħar nett, il-prosekutur pubbliku u l-avukat difensur tiegħek (jekk ikollok wieħed) jiġbru fil-qosor ir-riżultati tal-provi u jipproponu li inti tiġi kkundannat jew li tiġi lliberat.

Inti jkollok l-aħħar kelma.

Imbagħad il-qorti tagħti l-verdett tagħha u r-raġunijiet li fuqhom ibbażat il-verdett tagħha.

Fejn iseħħ il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir fl-istess post fejn il-prosekutur pubbliku jkun ippreżenta l-kapi tal-akkuża; hemm regoli partikolari dwar dan l-aspett. Ta’ spiss il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir fil-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fiż-żona fejn ikun twettaq ir-reat.

Jekk il-proċeduri jitmexxewx mill-qorti distrettwali (Amtsgericht), mill-qorti reġjonali (Landgericht) jew mill-qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht) jiddependi mill-piena eventwali għar-reat inkwistjoni. Jekk tkun mistennija multa jew priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn, il-kawża tinstema' minn imħallef wieħed fil-qorti distrettwali. Jekk tkun mistennija sentenza ta' bejn sentejn u erba’ snin priġunerija, il-kawża tinstema' minn tliet imħallfin fil-qorti distrettwali, li jikkonsistu f’imħallef professjonali u f’żewġ imħallfin lajċi (Schöffen). Jekk tkun mistennija sentenza ta’ iktar minn erba’ snin priġunerija, il-kawża tinstema' mill-qorti reġjonali magħmula minn żewġt imħallfin professjonali jew tlieta, u żewġt imħallfin lajċi. Il-kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali jinstemgħu mill-qorti reġjonali superjuri li tikkonsisti fi tlett imħallfin professjonali.

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkun wieħed pubbliku?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkunu pubbliċi. Il-pubbliku jiġi eskluż biss f’każijiet eċċezzjonali, eż. sabiex ikunu protetti x-xhieda.

Il-kapi tal-akkuża jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi tal-akkuża jistgħu jinbidlu b’mod minuri fuq l-istruzzjonijiet tal-qorti. Il-kapi tal-akkuża l-ġodda jistgħu jiġu ppreżentati biss waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Madankollu, dawn il-kapi tal-akkuża l-ġodda jiġu kkunsidrati biss jekk inti u l-qorti taqblu dwar dan.

X’jiġri jekk niddikjara li jiena ħati ta’ wħud mill-akkużi jew tal-akkużi kollha waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Stqarrija ta’ ħtija mhijiex se ġġib fi tmiemhom il-proċeduri. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma tismax uħud mix-xhieda jekk hija tikkunsidra li l-istqarrija ta’ ħtija tiegħek hija affidabbli, jiġifieri li hija appoġġjata mix-xhieda li diġà nstemgħu. Il-qorti tista’ tnaqqas mis-sentenza tiegħek jekk inti tistqarr il-ħtija tiegħek. F’uħud mill-każijiet, l-istqarrija ta’ ħtija tiegħek tista’ tifforma parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura bil-patteġġjament. Dan jaffettwa s-sentenza, imma mhux jekk inti tiġix iddikjarat innoċenti jew ħati.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti mitlub tattendi għall-proċess quddiem il-qorti kriminali. Jekk inti ma ġejtx meħlus mid-dmir tiegħek li tattendi imma xorta ma tidhirx, il-proċess jiġi sospiż u jista’ jinħareġ mandat għall-arrest tiegħek. L-eċċezzjoni għal dan hija jekk il-proċeduri jkunu parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura sommarja.

Jekk inti ma titkellemx il-lingwa tal-pajjiż sew, il-qorti tipprovdik b’interpretu sabiex jittraduċi l-passi importanti meħuda u d-dikjarazzjonjijiet kollha li jsiru waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Inti tista’ taħtar avukat sabiex jiddefendik. F’uħud mill-każijiet, inti bilfors irid ikollok avukat difensur. Jekk ma tagħżilx avukat, il-qorti tassenjalek Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat difensur maħtur mill-qorti.

Nista' nikkontesta l-provi ppreżentati kontrija?

Meta jiġu ppreżentati l-provi kontrik, inti tista’ tagħmel dikjarazzjoni dwar dan. Inti tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe prova li temmen li tressqet b’mod mhux xieraq kontrik.

Inti tista’ wkoll tagħmel talba biex jiġu ppreżentati iktar provi. Inti tista’ tiġbor ukoll il-provi tiegħek, imma mhux se tgawdi mill-istess drittijiet bħall-pulizija. Pereżempju, inti ma tistax tagħmel interċetazzjonijiet telefoniċi u tipproduċi r-rekordings bħala prova.

Inti tista’ titlob lix-xhieda sabiex jgħidu dak li jafu, u tista’ tressaqhom quddiem il-qorti. Madankollu, trid iżżomm quddiem għajnejk li x-xhieda huma obbligati jgħidu l-verità lill-qorti.

Il-maġistrat jew il-maġistrati huwa/huma dak/dawk li jagħmel/jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda, segwit(i) mill-prosekutur pubbliku. Imbagħad, l-avukat tiegħek u inti tistgħu tagħmlu l-mistoqsijiet tagħkom lix-xhieda warajhom.

Ġeneralment, tinqara silta mir-reġistru li jindika l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakondotta tiegħek, sew jekk din tkun nadifa sew jekk le. Jekk diġà ġejt ikkundannat għal delitt simili għal dak relatat mal-proċeduri preżenti, tista’ tinqara anki s-sentenza preċedenti. Ir-reġistru kriminali ma jinkludix il-kundanni preċedenti tiegħek fi Stati Membri oħrajn. Madankollu, jekk il-qorti ssir taf b’kundanni preċedenti b'xi mod ieħor, hija tista’ tikkunsidrahom waqt il-proċess.

X’jiġri fi tmiem il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jista' jintemm b’sentenza jew il-proċeduri jistgħu jiġu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasospiżi.

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-proċess jintemm b’sentenza. Il-qorti tista’ tikkundannak jew teħilsek mill-akkużi, jiddependi mill-provi disponibbli. Il-kundanni jistgħu jimponu multa jew priġunerija. Hemm ukoll każijiet partikolari fil-liġi fejn il-qorti tordna li tiġi applikata miżura bħas-sistemazzjoni fi sptar psikjatriku jew f’ċentru ta’ riabilitazzjoni mid-droga jew inkella d-detenzjoni preventiva. Miżura oħra ta' dan it-tip hija l-possibbiltà li tiġi rtirata l-liċenzja tas-sewqan tiegħek. Il-projbizzjoni tas-sewqan tista' tiġi imposta wkoll bħala penali supplimentari.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMulta titkejjel f’termini ta’ ċertu numru ta’ “rati ta’ kuljum” (Tagessätze, eż. 50 rata ta’ kuljum ta’ EUR 15). Ir-rata ta’ kuljum hija dejjem parti minn kull 30 tal-introjtu mensili tiegħek. Tista’ anki taħdem minflok tħallas il-multa. Jekk ma tħallasx il-multa u ma taħdimx minflok ma tħallasha, inti tiġi arrestat għal jum wieħed għal kull rata ta’ kuljum. Jekk tingħata multa ta’ mhux iktar minn 180 rata ta’ kuljum, il-penali tista’ tiġi sospiża. Dan ifisser li inti tingħata twissija u jkollok tħallas il-multa biss jekk terġa’ twettaq reat ieħor wara s-sentenza, jew inkella tikser kwalunkwe ordni tal-qorti b’xi mod ieħor.

Is-sentenzi ta’ ħabs għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn jistgħu jiġu sospiżi wkoll. Jekk inti tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-probation, is-sentenza tista’ tiġi infurzata.

Mas-sentenza jistgħu jiġu miżjuda miżuri oħrajn kif ukoll penali addizzjonali.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-vittma tkun xhud importanti u tinstema’ f’dik il-kapaċità.

Il-vittmi ta’ delitti partikolari jistgħu anki jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess jekk bħala parti ċivili jkunu jistgħu jgħaqqdu l-kawża ċivili tagħhom mal-proċess kriminali pubbliku. Vittma tista’ wkoll tagħmel mistoqsijiet jew tagħmel talba biex jitqiesu xi provi, jew jekk tkun irrappreżentata minn avukat, dan tal-aħħar ikun jista' jagħmel dan f'isimha. Fi tmiem il-proċess, il-vittma jew l-avukat tal-vittma tagħmel/jagħmel dikjarazzjoni finali fejn tirrakkomanda/jirrakkomanda li tingħata sentenza partikolari.

Iktar informazzjoni

Il-proċeduri prinċipali huma soġġetti għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Proċedura Kriminali u għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Ġermaniża dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Meta l-qorti tikkundannak, inti tista’ tappella kontra s-sentenza. Inti ma għandek l-ebda dritt għal appell jekk tiġi lliberat mill-akkużi, anki jekk ma taqbilx mar-raġunijiet għaliex tkun ġejt illiberat mill-akkużi. Il-qorti trid tinformak bid-drittijiet tiegħek li tappella.

Hemm żewġ tipi ta’ appell kontra verdett ta’ qorti distrettwali (Amtsgericht): l-appell (Berufung) għal kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi, u l-applikazzjoni għal reviżjoni (Revision), li hija forma ta' appell li jikkonċerna aspetti legali biss. Għall-verdetti mogħtija mill-qrati reġjonali (Landgericht), inti tista’ titlob biss li ssir reviżjoni.


Għandi dritt ta’ appell?

Malli tinqata’ s-sentenza, inti jew l-avukat tiegħek tistgħu tiddikjaraw b’mod pubbliku li qed tappellaw is-sentenza. Inti tista’ wkoll tressaq appell sa ġimgħa wara li tinqata’ s-sentenza. Tista’ tappella bil-miktub jew titlob lill-uffiċċju tal-qorti sabiex jirreġistra b’mod uffiċjali li inti qed tappella. Inti tista’ tappella anki jekk is-sentenza kienet ibbażata fuq proċedura bil-patteġġjament.

Inti tista’ tappella jew kontra l-kundanna nnifisha jew kontra l-livell tal-penali.

Jekk tappella għal kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi, mhux neċessarju li tiġġustifika l-appell tiegħek.

Jekk tapplika għal reviżjoni li tikkonċerna aspetti legali biss, int għandek tipprovdi dikjarazzjoni bir-raġunijiet tiegħek fi żmien xahar minn meta tinħareġ il-ġustifikazzjoni tal-verdett. Jekk inti tagħmel dan, tkun teħtieġ avukat, għaliex ma tistax tissottometti tali dikjarazzjoni bir-raġunijiet mingħajr l-ebda assistenza professjonali.

X’jiġri jekk nappella?

Meta tappella kontra s-sentenza, din tiġi sospiża u ma tiġix infurzata. Dak ifisser li inti ma jkollokx għalfejn tħallas il-multa jew tiskonta s-sentenza f’dak il-waqt. Madankollu, jekk inti tkun taħt arrest preventiv ma tiġix illiberat. Sabiex tiġi lliberat mill-arrest preventiv, il-qorti trid tirtira jew tissospendi l-mandat tal-arrest preventiv.

Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien għal meta jiġi deċiż l-appell tiegħek. Madankollu, hemm rekwiżit ġenerali li l-proċeduri kriminali għandhom jitlestew kemm jista’ jkun malajr.

F’appell, isir proċess ġdid quddiem il-qorti reġjonali. Il-qorti tiddeċiedi hija stess liema provi jistgħu jkunu sinifikanti. Il-provi jistgħu jkunu l-istess provi li ntgħażlu mill-ewwel qorti, Imma l-qorti tista' tqis ukoll provi differenti. Inti tista’ wkoll tagħmel talba sabiex jiġu kkunsidrati provi ġodda.

F’applikazzjoni għal reviżjoni ma tiġi ppreżentata l-ebda prova ġdida. Il-qorti tikkunsidra biss jekk kienx hemm xi difetti legali fil-verdett li ngħata qabel u fil-proċedura li wasslet għalih.

X’jiġri fis-smigħ tal-appell?

Fil-proċeduri tal-appell quddiem il-qorti reġjonali, is-smigħ isegwi l-istess mudell tas-smigħ fil-qorti distrettwali. Il-qorti tasal għall-verdett tagħha. Il-proċedura tkun differenti biss jekk l-appell tiegħek ikun limitat għas-sentenza li ngħatajt. F'dak il-każ, il-qorti tisma' biss lix-xhieda li jkunu rilevanti sabiex tkun stabbilita l-piena, eż. rigward il-motivi u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek.

Fl-applikazzjonijiet għal reviżjoni, is-sentenza tista’ tingħata mingħajr ma jsiru proċeduri verbali.

X’jiġri jekk l-appell tiegħi jirnexxi/ma jirnexxix?

Jekk l-appell tiegħek jirnexxi, fi tmiem il-proċeduri inti tiġi lliberat mill-akkużi jew is-sentenza tiegħek tkun inqas severa. Jekk inti ma tiġix illiberat, inti tista’ titlob biex is-sentenza tal-appell tiġi riveduta.

Jekk int tlabt għal reviżjoni tal-ewwel sentenza u din tirnexxi, hemm żewġ possibbiltajiet. Il-qorti li tkun qed twettaq l-appell, f’ċerti ċirkustanzi, tista' tasal għall-verdett hija stess u, pereżempju, tista' teħilsek mill-akkużi. Pero' f’każijiet oħrajn, hija jista’ jkollha tirrevoka l-verdett li tkun appellajt minnu u tirrinvija l-kawża quddiem il-qorti inferjuri.

Sentenza li tkun ġiet irrevokata ma tistax titniżżel fir-reġistru kriminali tal-kondotti.

Sentenza tkun assoluta jekk l-ebda waħda mill-partijiet, jew inti jew il-prosekutur pubbliku jew kwalunkwe parti oħra li bħala parti ċivili tkun tħalliet tgħaqqad il-kawża ċivili tagħha mal-proċess kriminali pubbliku, ma tressaq appell fil-limiti ta’ żmien awtorizzat.

Jiena ġej minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura d-dar wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Bħala ċittadin tal-UE inti tista’ titkeċċa mill-Ġermanja u tista' tiġi ddeportat biss f'ċirkostanzi speċifiċi ħafna. Id-dettalji huma koperti mill-Att dwar il-Moviment Liberu taċ-Ċittadini tal-UE. Jekk inti inkwetat minħabba d-deportazzjoni, tista’ tikkonsulta avukat.

Jekk jiena ġejt ikkundannat, nista’ nerġa’ nitressaq quddiem qorti kriminali għall-istess reat?

Fil-prinċipju, inti ma tistax titressaq quddiem qorti kriminali darbtejn għall-istess reat. Pero', jekk is-sentenza effettivament tapplikax għall-istess reat hija kwistjoni li tinvolvi distinzjonijiet legali fini.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

6 - Reati tat-traffiku fit-triq

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Kif jiġu ttrattati r-reati tat-traffiku?

Ir-reati minuri tat-traffiku, bħall-veloċità eċċessiva, jiġu ttrattati mill-awtoritajiet amministrattivi. Dawn mhumiex meqjusa bħala reati kriminali (Straftaten), iżda bħala delitti minuri (Ordnungswidrigkeiten). Iżda, reati serji tat-traffiku, partikolarment reati li jkunu ta' periklu għal utenti oħrajn tat-triq jew fejn dawn jisfgħu mweġġa', jiġu kkunsidrati bħala reati kriminali.

L-investigazzjoni relatata ma' reati minuri tat-traffiku ssir mill-awtoritajiet amministrattivi. Waqt il-proċeduri, inti tista’ tippreżenta l-opinjonijiet tiegħek bil-miktub. Għal reati minuri ħafna (eż. reati relatati mal-parking), inti l-ewwel tiġi mwissi u offrut il-possibbiltà li tħallas penali ta’ twissija (Verwarnungsgeld) li ma taqbiżx EUR 35. Jekk tħallas, il-kwistjoni tintemm hemm; jekk ma tħallasx u l-awtoritajiet amministrattivi jemmnu li inti għandek tort, huma jistgħu joħorġu avviż ta’ piena (Bußgeldbescheid) li jeżiġi li inti tħallas il-multa (Bußgeld). Avviż ta’ piena bħal dan jista’ anki jimponi projbizzjoni tas-sewqan. L-ammont tal-multa u t-tul tal-projbizzjoni huma stabbiliti f’katalgu ta' penali.

Inti tista’ tappella  (Einspruch) kontra avviż ta’ piena. Il-prosekutur pubbliku jirreferi l-każ lill-qorti. Fil-prinċipju, għandu jkun hemm proċess, simili għall-proċeduri deskritti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 4. Jekk il-qorti tiddeċiedi li mhux neċessarju li jsir proċess sħiħ quddiem il-qorti kriminali, u jekk inti u l-prosekutur pubbliku taqblu dwar dan, il-qorti tista' tiddeċiedi dwar il-kwistjoni permezz ta' ordni tal-qorti (Beschluss). Inti tista’ tikkontesta l-verdett jew l-ordni tal-qorti f’dawn il-proċeduri, billi tressaq ilment dwar punt ta' liġi (Rechtsbeschwerde) quddiem il-qorti reġjonali superjuri (Oberlandsgericht). Madankollu, dan it-tip ta' appell huwa disponibbli biss f’ċerti ċirkustanzi, bħal pereżempju f'każ li tkun ingħatajt multa ta’ iktar minn EUR 250 jew fejn il-kwistjoni sservi sabiex il-liġi tiġi ċċarata.

Jistgħu ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn jitressqu l-qorti għal reati bħal dawn? Jekk iva, kif?

Ċittadini tal-Istati Membri l-oħra wkoll jistgħu jitressqu l-qorti għal reati bħal dawn. Jekk inti twettaq reat tas-sewqan, tista' tingħata penali ta' twissija jew garanzija tal-ħlas dak il-ħin stess. Din tal-aħħar tikkumpensa għal multa li tiġi ddeterminata fi tmiem il-proċeduri. Jekk inti ma titwaqqafx waqt li qed twettaq reat tat-traffiku, inti tista’ titressaq quddiem qorti jekk il-pajjiż tiegħek jikkondividi d-dejta tal-identifikazzjoni tal-vetturi mal-Ġermanja. Il-Ġermanja mistennija tissieħeb fis-sistema tal-infurzar tal-multi mifruxa mal-UE kollha mill-ħarifa tal-2010. Dan ifisser li l-multi imposti fil-Ġermanja jistgħu jiġu infurzati fil-pajjiż tal-oriġini tiegħek.

Dawn ir-reati jistgħu jiġu inklużi fil-kondotta tiegħi?

Ir-reati minuri tat-traffiku ma jiġux irreġistrati fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kriminali Federali Ċentrali imma fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Ċentrali ta' Awturi tar-Reati tat-Traffiku. Dan ir-reġistru jinkludi d-dettalji tal-persuni kollha li jwettqu reati tat-traffiku fil-Ġermanja, sew jekk għandhom liċenzja Ġermaniża sew jekk barranija. Kwalunkwe reat li jinvolvi multa ta’ EUR 40 jew iktar jiġi rreġistrat fil-bażi tad-dejta. Skont il-gravità tar-reat, jiġi rreġistrat ukoll ċertu numru ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapunti penali. Is-sewwieqa Ġermaniżi jitilfu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom jekk jeħlu 18-il punt jew iktar, filwaqt li s-sewwieqa barranin jitilfu d-dritt li jsuqu fil-Ġermanja.

Iktar informazzjoni

Ir-reati tat-traffiku u l-proċeduri rilevanti huma koperti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku fit-Triq, mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Awtostrada u mill-Att dwar id-Delitti Minuri.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/04/2018

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Estonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk inti tkun issuspettat jew tiġi akkużat li wettaqt delitt li jinstema’ quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku, li ġeneralment min iwettaqhom jeħel multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċedura kriminali

Dan li ġej huwa s-sommarju tal-istadji standard fil-proċedura kriminali

  • Il-bidu tal-proċedura kriminali
  • Il-proċedura jew l-investigazzjoni ta’ qabel is-smigħ fil-qorti
  • L-aċċess għall-proċess kriminali u s-smigħ tar-rikorsi
  • Il-persuna tiġi mixlija li wettqet delitt
  • Il-proċedimenti ta’ qabel jibda’ l-proċess quddiem il-qorti kriminali
  • Is-seduti fil-qorti
  • Is-sentenza
  • Il-proċedura tal-appelli (fil-qrati tat-tieni u tat-tielet istanza)
  • L-eżekuzzjoni tas-sentenza

L-iskedi informattivi jagħtu dettalji dwar dawn l-istadji fil-proċedura u dwar drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi parir legali u hija maħsuba biss biex tkun ta’ gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċedimenti kriminali li jitwettqu fl-Istati Membri u ma tistax tagħtik assistenza jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni tad-delitt

  • Il-bidu tal-proċedura kriminali
  • Id-detenzjoni u l-arrest
  • L-interrogazzjoni u l-ġbir tal-provi
  • L-aċċess għall-proċess kriminali, is-smigħ tar-rikorsi u l-preżentata tal-akkuża
  • Informazzjoni addizzjonali għal dawk li mhumiex residenti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Ir-reati tat-traffiku

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĦarsa ġenerali lejn il-proċedura kriminali Estonjana bl-Ingliż


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

1 – Kif tikseb parir legali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Huwa ferm importanti li tikseb parir legali indipendenti jekk b’xi mod tkun involut fil-proċedura kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi jkollok id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll dak li se jagħmel għalik l-avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu d-drittijiet tal-avukat jekk inti ma jkollokx il-possibbiltà li tħallas għall-parir legali.


Bilfors irid ikolli avukat?

Inti jrid ikollok avukat waqt il-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali mill-mument meta jkollok l-opportunità li teżamina l-proċess kriminali (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 2). Qabel dan l-istadju, inti jrid ikollok avukat fil-każijiet li ġejjin:

  • jekk inti kont minorenni meta twettaq id-delitt;
  • jekk ma tistax tiddefendi lilek innifsek minħabba diżabbiltà fiżika jew mentali, jew jekk id-difiża tkun ikkumplikata għalik minħabba diżabbiltà bħal din;
  • jekk tkun issuspettat li wettaqt delitt li għalih tista’ tingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs;
  • jekk il-każ tiegħek jidħol f’kunflitt mal-każ ta’ persuna oħra li jkollha avukat difensur;
  • jekk inti tkun ilek miżmum f’kustodja għal mill-inqas sitt (6) xhur;
  • jekk il-każ tiegħek ikun qed jinstema’ fi proċedura sommarja.

Irid ikollok avukat waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Il-parteċipazzjoni tal-avukat fil-proċess quddiem il-qorti kriminali hija obbligatorja.

Kif issib avukat

Inti għandek id-dritt li tagħżel l-avukat tiegħek li, bi qbil, jirrappreżentak fuq il-bażi ta’ kuntratt. L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-avukati huma disponibbli fuq il-paġna ewlenija tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana.

Jekk ma jkollok l-ebda avukat fuq il-bażi ta’ kuntratt, jew jekk l-avukat tiegħek ma jistax jirrappreżentak, inti għandek id-dritt li titlob li jinħatarlek avukat. F’dan il-każ, l-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana taħtar avukat sabiex jirrappreżentak.

Id-dritt tiegħek li jkollok avukat maħtur għalik mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana ma jiddependix mis-sitwazzjoni ekonomika tiegħek. Ma hemmx għalfejn tiżvela dettalji dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek meta tagħmel talba għal avukat.

Jekk trid li jinħatarlek avukat mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana, inti trid tressaq talba quddiem l-aġenzija investigattiva, il-prosekuzzjoni jew il-qorti.

F’ċerti proċedimenti, il-parteċipazzjoni tal-avukat hija obbligatorja. Jekk fi proċedura bħal din, inti ma tkunx għażilt avukat għalik innifsek, l-aġenzija investigattiva, il-prosekuzzjoni jew il-qorti taħtar wieħed għalik. Ma hemmx għalfejn tressaq talba għal avukat.

Kif jitħallas l-avukat

Inti trid tħallas lill-avukat li tkun għażilt int. Id-drittijiet tal-avukat u l-kundizzjonijiet tal-ħlas ikunu inklużi fil-kuntratt li jiġi stipulat mal-klijent.

Jekk ma tridx tqabbad avukat inti, għandek id-dritt li jkollok avukat ipprovdut mill-Istat. L-avukat, li jinħatar mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana, jitħallas mill-Istat. Ma għandekx għalfejn tħallas lill-avukat. Jekk il-qorti ssibek ħati, inti tkun obbligat tirrimborża d-drittijiet tal-avukat lill-Istat .

Nista’ nbiddel l-avukat tiegħi?

Inti għandek id-dritt li tbiddel lill-avukat li tkun għażilt. Jekk inħatarlek avukat, inti għandek id-dritt li tbiddel lill-avukat jekk ikun hemm qbil bejn l-avukat oriġinali u l-avukat il-ġdid. Jekk l-avukat maħtur għalik kien inkompetenti jew traskurat, inti għandek id-dritt li tressaq talba quddiem il-qorti biex dan jitneħħa u jinħatar avukat ġdid mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana.

Links relatati

L-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

2 – Id-Drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni tad-delitt u qabel ma’ l-każ jitressaq quddiem il-qorti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-iskop tal-interrogazzjoni u l-ġbir tal-provi huwa biex li jiġu vverifikati u rreġistrati bil-miktub iċ-ċirkostanzi tar-reat allegat sabiex ikunu jistgħu jiġu kkontrollati fil-qorti. Il-korp investigattiv u l-Uffiċċju tal-Prosekutur huma obbligati jiġbru kemm l-informazzjoni li tissuġġerixxi li inti kont involut f'reat kif ukoll l-informazzjoni li tkun favur tiegħek. Inti ma tridx tipprova l-innoċenza tiegħek.

Il-proċedura kriminali għandha żewġ fażijiet: il-proċedura jew l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali u l-proċess innifsu. Il-proċedura kriminali tista’ tiġi fi tmiemha mingħajr ma titressaq quddiem qorti (pereżempju, meta waqt l-investigazzjoni jkun stabbilit li d-delitt ma twettaqx). Inti tista’ tinstab ħati li wettaqt delitt biss f’qorti.


X’inhu l-għan tal-investigazzjoni kriminali?

L-għan tal-investigazzjoni kriminali huwa li jiġi stabbilit jekk id-delitt twettaqx u x’kienu ċ-ċirkustanzi tad-delitt. Waqt l-investigazzjoni, jinġabru l-provi tal-allegat delitt, jiġu stabbiliti ċ-ċirkustanzi, u tittieħed deċiżjoni dwar jekk il-provi humiex biżżejjed biex inti tiġi akkużat bid-delitt.

X’inhuma l-fażijiet tal-investigazzjoni kriminali?

Il-bidu tal-proċedura kriminali

Il-proċedimenti kriminali jinbdew minn korp investigattiv (il-pulizija jew xi korp ieħor tal-Istat bis-setgħa li jagħmel dan) jew mill-Uffiċċju tal-Prosekutur. Il-proċedimenti kriminali jinbdew meta l-pulizija jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur jirċievu informazzjoni dwar ir-reat allegat.

Id-detenzjoni u l-arrest

Jekk il-korp investigattiv ikollu raġuni valida biex jissuspetta li wettaqt xi reat, tista’ tinżamm detenut bħala suspettat għal mhux aktar minn 48 siegħa. Jekk tkun detenut, il-korp investigattiv irid jinterrogak mingħajr dewmien.

Jekk waqt l-investigazzjoni jsir evidenti illi ma hemmx raġunijiet għad-detenzjoni tiegħek, inti trid tiġi rilaxxat minnufih. Jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur ikun konvint li huwa meħtieġ li tinżamm detenut għal aktar żmien sabiex ma taħrabx mill-investigazzjoni jew tikkommetti reati ġodda, irid jitlob mandat għall-arrest tiegħek minn qorti.

Jekk jiġri dan, tinġieb quddiem imħallef fi żmien 48 siegћa mid-detenzjoni tiegħek. L-imħallef jiddeċiedi jekk l-arrest huwiex xieraq jew le. Jekk l-imħallef isib li m’hemmx raġunijiet għall-arrest tiegħek, inti tiġi rilaxxat minnufih.

L-interrogazzjoni u l-ġbir tal-evidenza

L-għan tal-investigazzjoni huwa li tinġabar l-evidenza li tikkonferma ċ-ċirkostanzi ta’ reat. Għal dan l-għan jiġu interrogati s-suspettat, il-vittmi u x-xhieda, tinġabar l-evidenza, issir l-analiżi forensika u jitwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza. L-azzjonijiet kollha li jitwettqu biex tinġabar l-evidenza jridu jiġu ddokumentati skont il-liġi. Biex tiġi akkużat tista' tintuża biss evidenza li tkun inġabret legalment

L-aċċess għall-proċess kriminali, is-smigħ tat-talbiet u l-preżentata tal-att ta’ akkuża

Jinfetaħ fajl kriminali li jkun fih id-dettalji tal-investigazzjoni kriminali u l-evidenza. Meta titlesta l-investigazzjoni kriminali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur jagħti kopja tal-fajl kriminali lill-avukat tad-difiża. L-avukat tiegħek jgħidlek dwar il-provi li jkunu nġabru u dwar il-bażi tal-akkużi fil-konfront tiegħek.

Inti u l-avukat tiegħek għandkom id-dritt tibagħtu applikazzjonijiet lill-Uffiċju tal-Prosekutur (pereżempju biex jinkludu evidenza addizjonali fil-fajl, biex jintemmu l-proċedimenti kriminali, eċċ.). L-Uffiċċju tal-Prosekutur irid jiddeċiedi dwar dawn l-applikazzjonijiet. Jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma jissodisfax applikazzjoni, inti tista’ tissottometti l-istess applikazzjoni mill-ġdid fil-qorti waqt il-proċess.

Jekk, wara li l-fajl ikun ġie ppreżentat lilek u jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet fuq kwalunkwe applikazzjoni, il-prosekutur isib li hemm biżżejjed evidenza biex jakkużak, jinħareġ att ta’ akkuża.

Dan huwa dokument li jkun fih il-fatti u jistabbilixxi l-evidenza li fuqha hija bbażata l-akkuża. Il-prosekutur jippreżenta l-att ta’ akkuża lill-avukat tad-difiża u jibgħatu lill-qorti. L-imħallef jibda l-proċess abbażi tal-att ta' akkuża.

Id-Drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Il-bidu tal-proċedura kriminali (1)

Għaliex tinbeda l-proċedura kriminali?

Proċedimenti kriminali jinbdew għax il-korp investigattiv ikun irċieva informazzjoni li tissuġġerixxi li twettaq reat. Din l-informazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq ilment imressaq minn persuna jew minn skoperta ta’ fatt li jissuġġerixxi li twettaq reat.

L-għan tal-proċedimenti kriminali huwa li jiġi stabbilit jekk twettaqx reat u jekk iva jekk hemmx biżżejjed evidenza biex xi suspettat jiġi akkużat b’reat.

Min iwettaq l-investigazzjoni kriminali?

Il-proċedimenti kriminali jitmexxew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Uffiċċju tal-Prosekutur, u l-investigazzjoni kriminali titwettaq mill-korp tal-investigazzjonijiet skont l-istruzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur. Ġeneralment, l-investigazzjoni titwettaq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-pulizija. L-investigazzjoni tista' ssir ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamis-Servizz tas-Sigurtà interna, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Bord tat-Taxxa u d-Dwana, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ispettorat Ambjentali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Dipartiment tal-Ħabsijiet u s-Servizzi tal-Ħabsijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, il-pulizija militari u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Awtorità tal-Kompetizzjoni.

Hemm ċerti atti proċedurali li l-korpi tal-investigazzjoni jistgħu jwettqu biss bil-permess tal-Uffiċċju tal-Prosekutur jew tal-qorti.

Kif insir naf li l-proċedura kriminali bdiet?

Il-proċedimenti kriminali jinbdew bl-ewwel att proċedurali. Jekk tiġi ssuspettat li wettaqt reat, int issir taf li nbdew proċedimenti kriminali meta tinżamm f’detenzjoni bħala suspettat jew tissejjaħ minn investigatur u tiġi interrogat

Għaliex nista’ niġi ssuspettat li wettaqt delitt?

Tista’ tiġi ttrattat bħala suspettat jekk il-korp investigattiv ikollu bażi biżżejjed biex jaħseb li wettaqt reat. Jista’ jkun hemm raġunijiet differenti għal din il-bażi, pereżempju:

  • inqbadt twettaq ir-reat jew immedjatament wara;
  • xhud ta’ reat jew il-vittma identifikak bħala persuna li tkun wettqet dan ir-reat;
  • evidenza tar-reat jew informazzjoni oħra tissuġġerixxi li int il-persuna li wettqet ir-reat.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala suspettat?

Id-drittijiet ewlenin tiegħek bħala suspettat huma:

  • id-dritt li tkun infurmat dwar dak li int suspettat dwaru, li tagħmel dikjarazzjonijiet fir-rigward tas-suspett, jew li tirrifjuta li tagħmel hekk;
  • id-dritt li tkun taf li d-dikjarazzjonijiet tiegħek jistgħu jintużaw kontrik;
  • id-dritt għall-assistenza ta’ interpretu;
  • id-dritt għall-assistenza ta’ akuvat difensur;
  • id-dritt li tiltaqa’ mal-avukat difensur fil-privat;
  • id-dritt li tiġi interrogat fil-preżenza tal-avukat difensur tiegħek;
  • id-dritt li tipparteċipa f’seduta ta' smigħ tal-qorti dwar it-talba għall-arrest tiegħek;
  • id-dritt li tissottometti provi;
  • id-dritt li tissottometti applikazzjonijiet u lmenti;
  • id-dritt li tispezzjona r-rekords li jikkonċernaw att proċedurali u li tagħmel dikjarazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet, l-iżvolġiment u r-riżultati tal-att proċedurali u dwar ir-rekords, b'dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu rreġistrati wkoll; li taqbel li tiġi applikata l-proċedura ta’ ftehim, li tieħu sehem fin-negozjati bħala parti mill-proċedura ta’ ftehim , li tagħmel proposti li jikkonċernaw it-tip u d-daqs tal-piena li għandha tiġi applikata, u li tidħol jew li tirrifjuta li tidħol fi ftehim ta’ ftehim.

X’inhuma l-obbligi tiegħi?

Inti obbligat li:

  • tidher meta tiġi msejjaħ mill-korp investigattiv, l-Uffiċċju tal-Prosekutur jew il-qorti;
  • li tipparteċipa fl-atti proċedurali u tobdi l-ordnijiet tal-korp investigattiv, l-Uffiċċju tal-Prosekutur jew il-qorti

X’se jingħad lili dwar il-proċeduri li jkunu għaddejjin?

Jekk inti suspettat, il-korp investigattiv irid jispjegalek id-drittijiet u l-obbligi tiegħek. Int tintalab tiffirma rekord bil-miktub u, b’hekk tkun qed tikkonferma li spjegawlek id-drittijiet u l-obbligi tiegħek.

Wara dan jgħidulek ta’ xiex inti ssuspettat. Dan ifisser li tingħata deskrizzjoni qasira tar-reat li jkun issuspettat li wettaqt. Tingħata wkoll dettalji tad-dispożizzjonijiet legali li jiddefinixxu l-att bħala reat. La l-korp investigattiv u lanqas l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma huma obbligati jagħtuk iktar tagħrif qabel jitlestew il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess

Meta nista’ nitkellem mal-avukat tiegħi?

Mill-mument li tiġi kkonfermat bħala suspettat fi proċedimenti kriminali għandek id-dritt tiltaqa’ u titkellem mal-avukat tiegħek. Għandek id-dritt titkellem mal-avukat tiegħek qabel il-korp investigattiv jibda jinterrogak

Id-detenzjoni u l-arrest (2)

F’liema ċirkustanzi nista’ ninżamm arrestat?

Tista’ tinżamm arrestat bħala suspettat jekk:

  • tinqabad twettaq ir-reat jew immedjatament wara;
  • xhud ta’ reat jew il-vittma identifikak bħala persuna li tkun wettqet dan ir-reat;
  • l-evidenza marbuta mar-reat tissuġġerixxi li stajt kont inti li wettaqtu.

Tista’ wkoll tinżamm detenut jekk il-korp investigattiv ikollu informazzjoni oħra li tissuġġerixxi li int suspettat u:

  • li se tipprova taħrab;
  • l-identità tiegħek ma tkunx ġiet aċċertata;
  • il-korp investigattiv ikun tal-opinjoni li tista’ tissokta twettaq reati, taħrab il-proċedimenti kriminali jew timpedihom b’xi mod ieħor.
Tista’ tinżamm detenut u arrestat għall-finijiet ta’ konsenja jew estradizzjoni lejn pajjiż ieħor (ara L-interrogazzjoni u l-ġbir tal-provi (3)).

Min jista’ jżommni taħt arrest?

Il-korp investigattiv għandu d-dritt li jżomm detenut. Jekk tinqabad waqt li tkun qed tikkommetti reat jew immedjatament wara, jew jekk tagħmel tentattiv biex taħrab, kulħadd jista’ jieħdok għand il-pulizija għad-detenzjoni

Kif insir naf għaliex inżammejt taħt arrest u x’jiġri wara?

Meta tkun qed tinżamm taħt arrest, uffiċjal mill-korp investigattiv irid jinfurmak dwar ir-raġuni għad-detenzjoni tiegħek u jispjegalek id-drittijiet u l-obbligi tiegħek. L-uffiċjal iħejji dokument dwar id-detenzjoni tiegħek li jistabbilixxi l-bażi ġuridika għad-detenzjoni tiegħek u ċ-ċirkostanzi tar-reat li jkun issuspettat li wettaqt. Għandek id-dritt tagħmel applikazzjonijiet u titlob li dawn jiġu inklużi fid-dokument tad-detenzjoni

Jiena ma nafx il-lingwa tal-post, kif se nifhem x’inhu jiġri?

Il-korp investigattiv irid jinfurmak bla dewmien b’lingwa u b’mod li tista' tifhem dwar ir-raġunijiet tad-detenzjoni tiegħek u d-drittijiet tiegħek. Il-korp investigattiv irid jipprovdilek interpretu f’każ li jkollok bżonnu. Tiġi pprovduta biss interpretazzjoni u mhux traduzzjoni bil-miktub

Nista’ ninforma lill-persuni qrib tiegħi bid-detenzjoni tiegħi?

Għandek id-dritt li tinforma mill-inqas persuna waħda tal-għażla tiegħek li huwa qrib tiegħek. Dan iseħħ permezz tal-korp investigattiv. Dan ifisser li għandek id-dritt titlob li tiġi avżata persuna tal-għażla tiegħek, u dan isir mill-korp investigattiv.

Fil-każ li l-korp investigattiv ikun tal-opinjoni li jekk il-persuna tal-għażla tiegħek tiġi infurmata jista’ jkun ta' dannu għall-proċedimenti kriminali, jista’ jirrifjuta. Dan ir-rifjut irid jiġi awtorizzat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur

Għal kemm nista’ ninżamm f'detenzjoni?

Tista’ tinżamm detenut għal mhux aktar minn 48 siegħa. Jekk il-qorti ma tkunx ħarġet mandat tal-arrest tiegħek fi żmien 48 siegħa mid-detenzjoni tiegħek, il-korp investigattiv irid jilliberak mingħajr dewmien

F’liema ċirkustanzi nista’ niġi arrestat?

Tista’ tiġi arrestat fuq talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur jekk ikun hemm raġuni li wieħed jaħseb li tista’ taħrab il-proċedimenti kriminali jew li tikkommetti reati ġodda. Imħallef biss jista' jawtorizza arrest

Kif tittieħed id-deċiżjoni għall-arrest tiegħi?

Il-korp investigattiv jieħdok quddiem imħallef, li jrid joħroġ mandat għall-arrest tiegħek. Il-prosekutur u, jekk int tixtieq, l-avukat tiegħek jintalbu jidhru quddiem l-imħallef ukoll. L-imħallef jeżamina l-fajl tal-każ kriminali tiegħek u jinterrogak biex jiċċekkja jekk hemmx raġunijiet għall-arrest tiegħek. Wara li tisma' l-partijiet, il-qorti tapprova jew tirrifjuta t-talba għall-arrest. Jekk it-talba għall-arrest tiġi rifjutata, trid tiġi rilaxxat minnufih

Għal kemm nista’ nibqa’ arrestat?

Fl-istadju ta’ qabel il-proċess ma tistax tinżamm għal aktar minn sitt xhur. F’każijiet straordinarji dan jista’ jiġi estiż. Wara kull perjodu ta’ xahrejn għandek id-dritt titlob lill-qorti teżamina mill-ġdid ir-raġunijiet għall-arrest tiegħek, u l-qorti trid tiddeċiedi fi żmien ħamest ijiem jekk huwiex ġustifikat li tibqa' tinżamm taħt arrest. Jekk il-qorti ssib li ma għadux iġġustifikat li tibqa' tinżamm taħt arrest, trid tiġi rilaxxat minnufih

Nista’ niġi meħlus wara li nħallas pleġġ?

Inti għandek id-dritt titlob li tkun fuq pleġġ minflok arrest. Biex tagħmel dan trid tippreżenta applikazzjoni fil-qorti. Tittieħed quddiem imħallef li jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-pleġġ. L-imħallef irid jisma’ l-opinjoni tiegħek u dik tal-avukat tiegħek.

Jekk l-imħallef jissodisfa l-applikazzjoni, tiġi lliberat mill-kustodja wara li l-ammont tal-garanzija jkun ġie ttrasferit fil-kont tal-qorti

Għandi d-dritt li nappella mill-mandat ta’ arrest tiegħi?

Għandek id-dritt tappella kontra l-mandat tal-arrest tiegħek. Biex tagħmel dan, int jew l-avukat tiegħek irid jippreżenta appell bil-miktub fil-qorti distrettwali permezz tal-qorti li tkun ħarġet il-mandat ta’ arrest oriġinali. L-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien 10 ijiem minn meta ssir taf bil-mandat tal-arrest.

L-interrogazzjoni u l-ġbir tal-provi (3)

X’inhu l-iskop tal-interrogazzjoni u tal-ġbir tal-provi?

L-iskop tal-interrogazzjoni u tal-ġbir tal-provi huwa li jiġu aċċertati ċ-ċirkustanzi tal-allegat delitt u li jkun hemm rekord bil-miktub ta’ dawn iċ-ċirkustanzi sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati fil-qorti. L-aġenzija investigattiva u l-prosekuzzjoni huma obbligati jiġbru kemm l-informazzjoni li tissuġġerixxi li inti kont involvut fid-delitt kif ukoll l-informazzjoni li tkun favur tiegħek. Inti ma għandekx għalfejn tipprova l-innoċenza tiegħek.

Se nintalab nagħti xi informazzjoni?

Jekk tkun suspettat, il-korp investigattiv irid jinterrogak mingħajr dewmien.

Bilfors irrid nagħti informazzjoni lill-aġenzija investigattiva?

M’intix obbligat tagħti informazzjoni lill-korp investigattiv jew twieġeb il-mistoqsijiet li jsirulek. Għandek id-dritt li tibqa’ sieket. Is-silenzju fl-ebda każ ma jista’ jiġi interpretat bħala ammissjoni ta’ ħtija. Ma tistax tkun sfurzat tinkrimina lilek innifsek jew nies qrib tiegħek.

Kif issir l-interrogazzjoni?

Fil-bidu tal-interrogazzjoni trid tiġi infurmat li għandek id-dritt tirrifjuta titkellem u li kwalunkwe ħaġa li tgħid tista’ tintuża kontra tiegħek. L-ewwel nett jistaqsuk jekk wettaqx ir-reat li int issuspettat li wettaqt.

Tingħata l-opportunità tiddikjara x’taf dwar ir-reat li qed jiġi investigat. Isirulek ukoll mistoqsijiet. Jitħejja rekord bil-miktub tal-interrogazzjoni. Qabel ma tiffirma dan ir-rekord, għandek id-dritt taqrah mill-bidu sal-aħħar. Għandek id-dritt li l-kummenti tiegħek jiġu inklużi fir-rekord.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li jista’ jkollha riperkussjonijiet ħżiena fuq il-kawża tiegħi fil-qorti?

Kull ħaġa li tgħid jista’ tintuża bħala evidenza kontra tiegħek.

Nista’ niddikjara li jiena ħati tal-akkużi kollha jew ta’ wħud minnhom qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Matul l-interrogazzjoni tista’ tiddikjara ruħek ħati għall-akkużi kollha jew uħud minnhom. Għandek ukoll id-dritt tagħmel dan f'kull ħin wara l-interrogazzjoni, anke jekk waqt l-interrogazzjoni kont għidt li m'intix ħati.

Il-proċedimenti kriminali ma jintemmux jekk tammetti l-ħtija tiegħek. Il-korp investigattiv xorta waħda jrid jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi tar-reat u jipprovahom. Ma tistax tinstab ħati ta' reat abbażi tal-konfessjoni tiegħek biss.

Għandi d-dritt li wara nirtira l-istqarrija ta’ ħtija li nkun għamilt?

Jekk tkun stqarrejt il-ħtija tiegħek, għandek id-dritt jerġa' jibdilek dwar ix-xhieda li tkun tajt qabel u tiċħad il-ħtija tiegħek aktar tard matul il-proċedimenti kriminali jew waqt il-proċess. Madankollu, f’dak il-każ, ammissjoni preċedenti tista' tiġi ppreżentata fil-qorti u użata bħala evidenza kontrik. Jekk provi oħrajn jikkonfermaw il-ħtija tiegħek, il-fatt li tkun irtirajt l-istqarrija ta’ ħtija tiegħek jiġi injorat, għax ma tkunx affidabbli.

Nista’ nikseb informazzjoni dwar ix-xhieda li se jixhdu kontra tiegħi?

Waqt l-investigazzjoni kriminali l-korp investigattiv mhux obbligat jagħtik informazzjoni dwar ix-xhieda li jkunu xehdu kontrik u x’ikunu qalu dawn xhieda. Tiġi infurmat dwar ix-xhieda u l-istqarrijiet tagħhom biss meta tingħata aċċess għall-fajl kriminali fi tmiem l-investigazzjoni (ara l-Għoti tal-aċċess għall-fajl kriminali, l-applikazzjonijiet għas-smigħ u s-sottomissjoni tal-akkużi (4)).

Isiruli mistoqsijiet dwar reati preċedenti li nkun wettaqt?

Jistgħu jsirulek mistoqsijiet dwar ir-reati preċedenti tiegħek, imma inti tista’ tirrifjuta li tagħti din l-informazzjoni. Il-korp investigattiv għandu d-dritt jistabbilixxi jekk għandekx reati preċedenti billi jirreferi għal diversi reġistri. Kull reat preċedenti jissemma fl-att ta' akkuża.

Jista’ jsir tfittix fuq il-persuna tiegħi (body search)?

Il-korp investigattiv għandu d-dritt iwettaq tfittxija fuq il-persuna biex ifittex traċċi tar-reat, biex jidentifika l-karatteristiċi partikolari ta’ ġismek u li jikseb informazzjoni oħra li tkun importanti għall-investigazzjoni kriminali.

Nista’ nintalab nagħti l-marki tas-swaba’, u jittieħduli kampjuni tad-DNA (pereżempju, xagħar u bżieq) jew fluwidi oħrajn tal-ġisem?

Il-korp investigattiv għandu d-dritt jieħu evidenza u kampjuni forensiċi mingħandek, inklużi l-marki tas-swaba’ u materjal bijoloġiku għall-analiżi tad-DNA.

Jekk tirrifjuta li tipprovdi l-kampjuni, il-korp investigattiv għandu d-dritt jisfurzak tipprovdihom. Madankollu, jekk xorta waħda tibqa' tirrifjuta li tipprovdi kampjuni jew jekk biex jittiħdulek ikun ta’ ħsara għall-integrità fiżika tiegħek, dan jista’ jsir biss fuq il-bażi ta’ deċiżjoni mill-korp investigattiv. Għandek id-dritt tara d-deċiżjoni.

Jistgħu jsir tfittix f’dari, fil-bini fejn huwa stabbilit in-negozju tiegħi, eċċ.?

Darek, il-bini tan-negozju, il-karozza, eċċ. jistgħu jiġu mfittxija għall-finijiet li tinstab evidenza tar-reat jew oġġetti oħra neċessarji biex jissolva l-każ. Irid jinħareġ mandat ta’ tfittxija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur jew mill-qorti. Jekk tkun meħtieġa tfittxija b’mod urġenti, din tkunukoll permessa fuq il-bażi ta’ mandat mill-korp investigattiv.

Il-persuna, li jkun se jsir tfittix fuq il-proprjetà tagħha, trid tintwera l-mandat ta’ tfittix u tintalab iċċedi l-oġġett imsemmi fil-mandat. Jekk l-oġġett ma jiġix ċedut, l-uffiċjali tal-korp investigattiv iwettqu t-tfittxija.

Nista’ nressaq ilment jekk id-drittijiet tiegħi ma jiġux rispettati?

Jekk jinkisru d-drittijiet tiegħek, għandek id-dritt tilmenta dwar l-attivitajiet tal-korp investigattiv u tressaq ilment għal dan l-għan lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Jekk ilment jikkonċerna l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, jista’ jitressaq lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. L-ilment jiġi eżaminat fi żmien 30 jum. Tintbagħatlek kopja tad-deċiżjoni. Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, għandek id-dritt tressaq ilment quddiem qorti fi żmien 10 ijiem.

L-aċċess għall-proċess kriminali, is-smigħ tat-talbiet u l-preżentata tal-akkuża (4)

X’inhu l-iskop li jinkiseb aċċess għall-proċess kriminali?

L-evidenza kollha miġbura matul l-investigazzjoni kriminali u s-sommarju tal-proċedimenti ta’ qabel il-proċess li jiddeskrivu ċ-ċirkustanzi tar-reat jiġu miżjuda fil-fajl kriminali. Huwa meħtieġ li bħala suspettat jingħatalek aċċess għall-fajl kriminali sabiex tkun taf x'inhuma l-akkużi kontrik u r-raġunijiet li saru fuqhom.

Meta nkun nista’ nara l-proċess kriminali?

Jekk tkun ġejt iddikjarat suspettat, il-fajl kriminali jkun disponibbli għalik wara li titlesta l-investigazzjoni kriminali.

Kif jingħata aċċess għall-proċess kriminali?

Hekk kif l-fajl kriminali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħek, irid ikollok avukat (ara l-Iskeda Informattiva 1). L-Uffiċċju tal-Prosekutur jagħti kopja tal-fajl kriminali lill-avukat tiegħek. L-avukat tiegħek jinfurmak bil-kontenut tal-fajl kriminali.

Kemm għandi żmien biex neżamina l-proċess kriminali?

Ma huwa ffissat l-ebda limitu ta’ żmien speċifiku biex teżamina l-fajl kriminali. Jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur isib li l-proċess tal-eżaminazzjoni tal-fajl kriminali qed jiġi mtawwal, jista’ jiġi stabbilit limitu ta’ żmien. L-Uffiċċju tal-Prosekutur irid jagħti biżżejjed żmien biex jiżgura li int tista’ effettivament teżerċita d-dritt tiegħek li tiddefendi ruħek.

Għaliex jitressqu t-talbiet?

Wara li tkun eżaminajt il-fajl kriminali, inti u l-avukat tiegħek għandkom id-dritt tressqu l-applikazzjonijiet lill-Uffiċċju tal-Prosekutur. L-iskop għal dan huwa li jkun iggarantit li l-investigazzjoni kriminali titwettaq bir-reqqa u b’mod ġust.

Għandek id-dritt titlob li:

  • isiru investigazzjonijiet addizzjonali;
  • tiddaħħal fil-fajl evidenza ġdida ppreżentata minnek;
  • materjal irrelevanti għal dan il-każ jitneħħa mill-fajl, eċċ.

Għandek ukoll id-dritt titlob li l-Uffiċċju tal-Prosekutur itemm il-proċedimenti kriminali jekk, fl-opinjoni tiegħek, m’hemmx raġunijiet fuq x'hiex jitkomplew. Barra minn hekk, għandek id-dritt titlob li l-każ jiġi ttrattat permezz ta’ proċedura simplifikata li hija preskritta mil-liġi (eż. il-proċedura tal-ftehim) mingħajr proċess sħiħ normali.

Kif għandhom jitressqu t-talbiet?

L-applikazzjonijiet jiġu sottomessi lill-Uffiċju tal-Prosekutur bil-miktub. Iridu jiġu sottomessi fi żmien 10 ijiem mill-eżami tal-fajl kriminali. Jekk il-kawża kriminali tkun kbira u kumplessa, l-Uffiċċju tal-Prosekutur jista’ jestendi dan il-perjodu għal 15-il jum (it-Taqsima 225 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2011).

Kif jiġu trattati t-talbiet?

L-Uffiċċju tal-Prosekutur jeżamina l-applikazzjonijiet fi żmien 10 ijiem. Jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma jissodisfax applikazzjoni, tittieħed deċiżjoni u tingħatalek kopja. Jekk l-applikazzjon tiegħek tiġi miċħuda f’din il-fażi, inti xorta tista’ tressaqha mill-ġdid matul il-proċess.

Meta tiġi ppreżenta l-akkuża?

Wara li tkun eżaminajt mill-ġdid il-fajl kriminali u l-Uffiċċju tal-Prosekutur ikun ħa deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tiegħek, int tiġi akkużat jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur ikun konvint li hemm biżżejjed evidenza biex titressaq quddiem il-qorti.

Kif tiġi ppreżentata l-akkuża?

L-Uffiċċju tal-Prosekutur ifassal att ta’ akkuża. Dan huwa dokument li jistabbilixxi ċ-ċirkustanzi li fuqhom huma bbażati l-akkużi u l-evidenza li tikkonfermhom. L-Uffiċċju tal-Prosekutur jagħti l-att tal-akkuża lilek u lill-avukat tiegħek u jibgħatha lill-qorti.

L-akkużi jistgħu jinbidlu qabel is-smigħ fil-qorti?

Il-qorti tista’ biss tisma' każ fuq il-bażi ta’ att ta’ akkuża. L-Uffiċċju tal-Prosekutur jista' jibdel jew jissupplimenta l-akkużi, iżda f’dan il-każ irid jiġi ppreżentat att ta’ akkuża ġdid.

Diġà ttellajt il-qorti fuq l-istess akkużi f’pajjiż ieħor. X’jiġri?

Jekk inti tkun ġejt misjub ħati fuq l-istess akkuża f’pajjiż ieħor jew jekk il-proċedimenti kriminali fir-rigward tal-akkużi ntemmu, ma tistax terġa' tiġi akkużat bl-istess reat. F’sitwazzjoni bħal din, jekk ikunu nbdew proċedimenti kriminali kontra tiegħek fl-Estonja, iridu jintemmu mingħajr ma tiġi akkużat bir-reat.

Il-każ tiegħi jista’ jiġi solvut bi ftehim?

Wara li tkun eżaminajt il-fajl kriminali, għandek id-dritt tapplika għand l-Uffiċċju tal-Prosekutur biex jinbdew negozjati fil-proċedura tas-soluzzjoni. Jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur jaqbel, jinbdew negozjati miegħek u mal-avukat tiegħek biex tiftiehmu dwar id-definizzjoni legali tal-att li tkun akkużat bih u piena għalih.

Jekk tilħaq ftehim b'riżultat tan-negozjati, dan jiġi miktub u ppreżentat lill-qorti għall-approvazzjoni. Jekk il-qorti tapprova l-ftehim, int teħel tar-reat bil-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim li tkun għamilt.

Informazzjoni addizzjonali għal dawk li mhumiex residenti (5)

X’inhu l-Mandat ta’ Arrest Ewropew?

Il-Mandat ta’ Arrest Ewropewhuwa talba minn korp ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lil Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' detenzjoni u arrest ta’ persuna partikolari u l-konsenja ta’ dik il-persuna lill-pajjiż rikjedenti sabiex dak il-pajjiż ikun jista' jkompli l-proċedimenti kriminali jew iżomm fil-ħabs lill-persuna konċernata.

X’inhuma drittijieti jekk ninżamm arrestat fuq il-bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew?

Meta inti tinżamm detenut, il-bażi għad-detenzjoni tiegħek trid tiġi spjegata lilek u trid tiġi infurmat li inti tista’ taqbel li tiġi kkonsenjat lil Stat Membru ieħor. Jekk inti taqbel li tiġi kkonsenjat, ma tkunx tista' tibdel id-deċiżjoni tiegħek aktar tard. Mad-detenzjoni tiegħek għandek id-dritt għall-għajnuna legali b’xejn u li jkollok l-assistenza ta’ interpretu.

Kif jiġi deċiż iċ-ċediment tiegħi lil Stat Membru ieħor?

Id-deċiżjoni tal-konsenja jew iċ-ċaħda tal-konsenja tiegħek tittieħed minn qorti. Inti, l-avukat tiegħek u l-prosekutur tattendu s-smigħ fil-qorti. Il-qorti trid tisma’ l-opinjoni tiegħek dwar il-konsenja tiegħek. Il-qorti tieħu deċiżjoni li permezz tagħha tiġi aċċettata jew miċħuda l-konsenja tiegħek. Għandek id-dritt li tressaq appell kontra s-sentenza ma’ qorti distrettwali fi żmien tlett ijiem minn meta tirċievi d-deċiżjoni. Il-qorti distrettwali teżamina mill-ġdid l-appell fi żmien 10 ijiem u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.

F’kemm żmien tintlaħaq deċiżjoni dwar iċ-ċediment tiegħi lil Stat Membr ieħor?

Jekk taqbel li tiġi konsenjat, trid tittieħed deċiżjoni fi żmien 10 ijiem. Jekk ma taqbilx li tiġi konsenjat, id-deċiżjoni finali dwar il-konsenja jew iċ-ċaħda tal-konsenja tiegħek trid issir fi żmien 60 jum mill-arrest tiegħek. F’każijiet straordinarji dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bi 30 jum. Jekk deċiżjoni tal-qorti dwar il-konsenja tiegħek tkun daħlet fis-seħħ, trid tiġi estradit lejn il-pajjiż li jkun għamel it-talba fi żmien 10 ijiem. Jekk ma tiġix estradit f’dan il-perjodu, trid tiġi rilaxxat.

F’liema ċirkustanzi nista’ niġi estradit lejn pajjiż ieħor?

Jekk pajjiż ieħor ikun beda proċedimenti kriminali kontra tiegħek u ħejja mandat ta’ arrest tiegħek jew jekk qorti f’dak il-pajjiż tkun imponiet sentenza ta’ kustodja fuqek, dak il-pajjiż jista’ japplika għall-estradizzjoni tiegħek. Jekk l-Estonja tirċievi talba minn pajjiż ieħor għall-estradizzjoni tiegħek jew talba permezz tal-Interpol għall-arrest tiegħek, tista’ tinżamm detenut u arrestat għat-tul taż-żmien tal-proċedura tal-estradizzjoni. Matul il-proċedura tal-estradizzjoni tista’ tinżamm taħt arrest sa sena. Qorti tiddeċiedi jekk l-estradizzjoni tiegħek għandhiex tiġi permessa.

Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata ta’ pajjjiżi meta niġi arrestat?

Jekk inti ċittadin barrani, tintbagħat kopja tal-mandat tal-arrest tiegħek lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, li jinforma lill-ambaxxata jew il-konsulat ta’ pajjiżek. Għandek dritt titlob li ssir laqgħa ma’ uffiċjal konsulari minn pajjiżek.

Ningħata intepretu jekk ma nkunx naf il-lingwa tal-post?

Il-korp investigattiv u l-Uffiċċju tal-Prosekutur iridu jiżguraw li inti tkun tista’ tuża l-assistenza ta’ interpretu. L-interpretu jrid ikun preżenti għal kull att proċedurali li fihom tipparteċipa int. L-interpretu huwa obbligat jittraduċi l-informazzjoni kollha relatata mal-att proċedurali b’mod preċiż u sħiħ. Tiġi pprovduta biss interpretazzjoni u mhux traduzzjoni bil-miktub.

Tista’ titlob li l-att tal-akkuża jiġi tradott bil-miktub fil-lingwa materna tiegħek jew lingwa oħra li tifhem. Dokumenti oħra li huma parti mill-proċedimenti kriminali ma jiġux tradotti bil-miktub.

Irrid inkun fil-pajjiż waqt il-proċedura kriminali? Nista’ nitlaq mill-pajjiż?

M’hemmx bżonn tkun fil-pajjiż matul il-proċedimenti kriminali u tista’ tħalli l-pajjiż, iżda tkun obbligata tippreżenta ruħek għand il-korp investigattiv meta meħtieġ sabiex ikun jista’ jwettaq att proċedurali. Il-korp investigattiv jista’ jipprojbixxilek milli tħalli l-post tar-residenza tiegħek mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħu.

Jekk tkun tixtieq tħalli l-post tar-residenza tiegħek għal iktar minn 24 siegħa, ikollok bżonn awtorizzazzjoni minn qabel mingħand il-korp investigattiv. Jekk ma tippreżentax ruħek għand il-korp investigattiv meta jkun meħtieġ jew tikser il-projbizzjoni billi toħroġ mill-post tar-residenza tiegħek, tista’ tiġi arrestat.

Nista’ niġi interrogat minn pajjiż barrani permezz ta’ mezz ta’ telekomunikazzjoni, eż. konnessjoni bil-vidjo?

Il-korp investigattiv jista’ jinterrogak f’pajjiż barrani permezz ta’ vidjo link dirett. Interrogazzjoni ta’ dan it-tip hija possibbli biss bil-kunsens tiegħek.

Links relatati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali bl-Ingliż (ma jinkludix l-emendi kollha)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Fejn isir is-smigħ?

Il-kawżi kriminali kollha jinstemgħu mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati tal-kontej. B'mod ġenerali, id-deċiżjoni tittieħed minn imħallef uniku. Il-kawżi kriminali dwar delitt tal-ewwel grad jinstemgħu minn qorti ffurmata minn president tal-qorti u żewġ ġudikanti lajċi.

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkun pubbliku?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkun pubbliku.

Il-qorti tista’ tiddikjara l-proċess parzjalment jew għal kollox privat:

  • sabiex tipproteġi sigrieti tal-Istat jew sigrieti kummerċjali;
  • sabiex tipproteġi l-morali, il-familja jew il-ħajja privata;
  • fl-interessi ta’ minorenni;
  • fl-interessi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, inkluż f’każijiet fejn smigħ pubbliku jista’ jipperikola s-sigurtà tal-qorti, tal-parteċipanti fil-proċedimenti jew tax-xhieda.

L-akkużi jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Qabel tmiem is-smigħ fil-qorti, l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni jista’ jbiddel l-akkużi jew iżid mal-akkużi kontra tiegħek. Jekk jiġri dan, l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni jipprepara att ta’ akkuża ġdid. Dan ma jsirx jekk l-akkużi jinbidlu favurik. Jekk l-akkużi jinbidlu, inti u l-avukat tiegħek għandkom id-dritt li titolbu li l-kawża tiġi posposta, sabiex tkunu tistgħu tippreparaw id-difiża tiegħek.

X’jiġri jekk niddikjara li jiena ħati ta’ wħud mill-akkużi jew tal-akkużi kollha waqt is-smigħ?

L-istqarrija tiegħek tiġi ttrattata bħala prova tad-delitt. Jekk inti tiddikjara li inti ħati, l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni xorta jrid jistabbilixxi l-ħtija tiegħek permezz ta’ provi oħra.

Bilfors irrid inkun preżenti waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali? Jista’ jsir mingħajri?

L-akkużat bilfors irid ikun preżenti għall-proċess. B’mod eċċezzjonali, is-smigħ jista’ jsir mingħajrek fil-każijiet li ġejjin:

  • meta inti ħloqt disturb waqt is-smigħ, injorajt l-ordnijiet tal-imħallef u ntbgħatt barra mill-awla minħabba f’hekk;
  • inti ma intix fir-Repubblika tal-Estonja, ma dehertx fil-qorti u huwa possibbli li l-kawża tinstema’ fl-assenza tiegħek;
  • fejn wara l-interrogazzjoni tiegħek fil-qorti inti tkun fi stat tali li ma tkunx tista’ tkompli tipparteċipa fil-proċess quddiem il-qorti kriminali u huwa possibbli li l-kawża tinstema’ fl-assenza tiegħek.

Jekk ngħix f’pajjiż ieħor, nista’ nipparteċipa permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo?

Il-qorti għandha d-dritt li tħallik tipparteċipa fis-smigħ permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo jekk huwa problematiku għalik li tidher fil-qorti. Dan huwa possibbli biss bil-kunsens tiegħek.

Niġi pprovdut bi traduzzjoni jekk ma nifhimx xi jkun għaddej?

Jekk ma tistax tifhem il-lingwa tal-proċess fil-qorti, il-qorti trid tipprovdik b’interpretu waqt is-smigħ. Ikun ipprovdut biss servizz ta’ interpretar (ma tkun ipprovduta l-ebda traduzzjoni bil-miktub).

Bilfors irid ikolli avukat? Ningħata avukat?

Bilfors irid ikollok avukat u jekk ma għażiltx avukat inti stess, jinħatar wieħed għalik mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Estonjana (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1).

Nista’ nitkellem waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali? Bilfors irrid nitkellem waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti għandek id-dritt li titkellem waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali u li tesprimi fehmtek dwar iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ tiegħek. Ma hemmx għalfejn titkellem waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali u għandek id-dritt li tibqa’ sieket.

X’jiġri jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

L-akkużat mhuwiex obbligat li jgħid il-verità fil-qorti. Jekk inti ma tgħidx il-verità, ma tista’ tiġi imposta l-ebda sanzjoni fil-konfront tiegħek. Jekk waqt is-smigħ jiġi pprovat li inti ma għidtx il-verità fil-qorti, ix-xhieda kollha tiegħek (inkluża l-parti li tkun vera) tista’ tiġi kkunsidrata bħala inaffidabbli. F’każ bħal dan, ix-xhieda tiegħek ma tiġix ikkunsidrata bħala prova.

Nista’ nimpunja l-provi li jiġu ppreżentati kontra tiegħi?

Inti għandek id-dritt li tippreżenta oġġezzjonijiet għall-provi mogħtija kontra tiegħek fil-qorti. Il-provi ma jkunux ammissibbli fil-qorti jekk dawn ikunu nkisbu bi ksur fundamentali tal-liġi. Inti għandek id-dritt li timpunja l-affidabbiltà tal-provi kif ukoll jekk hijiex legalment ammissibbli.

Inti u l-avukat tiegħek tistgħu topponu l-provi verbalment u bil-miktub waqt kull fażi tal-proċedura sa tmiem il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

X’tip ta’ provi nista’ nippreżenta għad-difiża tiegħi?

Fil-qorti, inti għandek id-dritt li tippreżenta l-provi kollha li huma rilevanti għall-każ u li nkisbu legalment.

X’kundizzjonijiet japplikaw għall-provi tiegħi?

Ġeneralment, sabiex jiġu ppreżentati provi ġodda, trid titressaq talba wara li jkun ġie eżaminat il-fajl kriminali jew mill-inqas tlett (3) ijiem ta’ xogħol qabel is-seduta preliminari. Madankollu, huwa wkoll possibbli li jiġu ppreżentati provi ġodda waqt il-proċess fil-qorti, jekk ma kienx possibbli li jiġu ppreżentati qabel, minħabba raġunijiet validi.

Nista’ nqabbad investigatur privat biex jiġbor il-provi?

Inti għandek id-dritt li tqabbad investigatur privat sabiex tikseb il-provi. Il-provi miġbura mill-investigatur privat huma ammissibbli fil-qorti jekk l-investigatur privat ikun kisibhom mingħajr ma kiser il-liġi.

Nista’ nitlob lil xhieda biex jitkellmu favur tiegħi?

Inti għandek id-dritt li titlob li l-persuni li jkollhom informazzjoni importanti li tkun meħtieġa sabiex jissolva l-każ tiegħek, jiġu mistiedna jattendu l-qorti.

Nista’ jiena jew l-avukat tiegħi nagħmel mistoqsijiet lil xhieda oħrajn fil-każ tiegħi? Nista’ jiena jew l-avukat tiegħi nimpunja dak li jgħidu?

Inti u l-avukat tiegħek għandkom id-dritt li tagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda kollha. Inti għandek id-dritt li tesprimi fehmtek dwar ir-rilevanza u l-veraċità ta’ dikjarazzjoni ta’ xhud. Inti għandek id-dritt li tippreżenta prova li turi li d-dikjarazzjoni tax-xhud hija żbaljata jew li tqajjem dubju dwar kemm huwa affidabbli.

Tiġi kkunsidrata l-informazzjoni dwar ir-reati preċedenti li nkun wettaqt?

Fil-qorti tista’ tiġi kkunsidrata biss l-informazzjoni dwar ir-reati preċedenti li wettaqt li tkun irreġistrata fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-pieni u li ma tkunx tneħħiet mill-kondotta tiegħek (reat jitneħħa mill-kondotta tiegħek bejn sena (1) u għaxar (10) snin minn meta tiskonta s-sentenza tiegħek, skont kemm ikun serju r-reat.

Tista’ tiġi kkunsidrata anki informazzjoni minn pajjiżi oħrajn dwar ir-reati preċedenti li tkun wettaqt. Ir-reati li għandhom jitqiesu fil-qorti jridu jkunu stabbiliti fl-att ta’ akkuża. Fil-każ ta’ ċerti delitti, il-fatt li qabel tkun wettaqt delitt simili jista’ jwassal biex tkun imposta piena iktar serja.

X’inhuma l-eżiti possibbli tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Wara l-proċess, il-qorti jew teħilsek mill-akkużi jew issibek ħati. Inti tinħeles mill-akkużi jekk, waqt il-proċess ma jiġix ipprovat li d-delitt twettaq jew li d-delitt wettaqtu inti. Tinħeles mill-akkużi wkoll jekk l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni jwaqqa’ l-akkużi kontra tiegħek. Inti tinsab ħati jekk jiġi pprovat fil-qorti li inti wettaqt id-delitt.

Jekk inti tinsab ħati, il-qorti timponi piena fuqek skont il-liġi. Il-pieni possibbli huma:

  • multa, li l-ammont tagħha jista’ jkun minn 30 sa 500 darba d-dħul medju tiegħek ta’ kuljum;
  • sentenza ta’ ħabs ta’ bejn 30 jum u 20 sena jew sentenza ta’ għomrok il-ħabs.

Jekk inti taqbel, il-qorti tista’ tissostitwixxi l-ħabs b’servizz fil-komunità.

F’ċerti ċirkustanzi, il-qorti tista’ tiddeċiedi wkoll li tagħtik probation. Jekk dan ikun il-każ, inti ma tiskontax is-sentenza oriġinali jew tiskonta biss parti minnha, sakemm ma twettaqx delitt ieħor waqt il-perjodu tal-probation. Il-perjodu tal-probation huwa ta’ bejn tlieta (3) u ħames (5) snin.

Minbarra l-pieni prinċipali, il-qorti tista’ timponi pieni addizzjonali, bħal meta ma tħallikx tinvolvi ruħek f’ċerti attivitajiet jew tkeċċik mill-Estonja. Barra minn hekk, kwalunkwe proprjetà li jkollha x’taqsam mad-delitt tista’ tiġi kkonfiskata.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-vittma għandha d-dritt li tipparteċipa fil-proċess, tagħmel dikjarazzjonijiet u tippreżenta provi, titlob għad-danni biex ikun kopert it-telf ikkawżat mid-delitt u tesprimi fehmitha dwar is-sentenza proposta mill-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni sabiex inti tiġi kkastigat

Links relatati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali bl-Ingliż (ma jinkudix l-emendi kollha)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Penali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Penali bl-Ingliż (ma jinkudix l-emendi kollha)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Nista’ nappella mis-sentenza?

Inti għandek id-dritt li tappella mis-sentenza. Inti tista’ tappella kemm mill-kundanna ta’ ħtija tiegħek u kemm mis-sentenza. Inti għandek id-dritt li tappella mis-sentenza kollha jew minn parti minnha.

Kif nappella?

Inti trid tinforma lill-qorti li sabitek ħati li tixtieq tippreżenta appell. Trid tagħmel dan bil-miktub fi żmien sebat (7) ijiem minn meta d-deċiżjoni tal-qorti ssir pubblika. Dan jista’ jsir ukoll bil-faks.

L-appell jiġi ppreżentat fil-qorti li tkun tat is-sentenza fi żmien 15-il jum mid-data ta’ meta tkun ingħatajt l-ewwel l-opportunità li teżamina s-sentenza. L-appell isir bil-miktub u jintbagħat lill-qorti bil-posta jew bil-faks. Appelli mħejjija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-avukat jinbagħtu wkoll lill-qorti elettronikament.

Il-qorti li tkun tat is-sentenza tibgħat l-appell u l-proċess kriminali lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCircuit Court.

X’jiġri jekk nappella?

Jekk tappella, is-sentenza inizjali ma tiġix eżegwita sakemm is-Circuit Court tieħu d-deċiżjoni tagħha. Jekk inti ġejt arrestat qabel jew wara li tkun ingħatat is-sentenza, m’intix se tiġi rrilaxxat għaliex tkun appellajt. Inti tista’ tinżamm arrestat sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-appell. Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien iffissat bil-liġi biex jiġi kkunsidrat l-appell, imma dan irid isir f’perjodu raġonevoli ta’ żmien.

Nista’ nippreżenta provi ġodda għall-appell tiegħi? X’kundizzjonijiet japplikaw?

Waqt l-appell, inti għandek id-dritt li tippreżenta provi ġodda jekk ikollok raġuni valida għaliex ma tkunx ippreżentajt dawn il-provi qabel.

X’jiġri waqt is-smigħ fil-qorti tal-appell?

Waqt is-smigħ fis-Circuit Court, jiġu kkunsidrati l-argumenti li tqajmu waqt l-appell. Jekk inti ma tidhirx fil-qorti, is-Circuit Court tista’ tikkunsidra l-appell mingħajr il-parteċipazzjoni tiegħek. Wara li tikkunsidra l-appell, is-Circuit Court tista’:

  • tiċħad l-appell;
  • temenda s-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza jew tagħti sentenza ġdida;
  • tannulla s-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza u ttemm il-proċedura kriminali;
  • tannulla s-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza u tirrinvija l-kawża lura quddiem din il-qorti sabiex terġa’ tiġi kkunsidrata.

Nista’ nippreżenta appell ieħor jekk l-ewwel wieħed ma jirnexxiex?

Tista’ tippreżenta “appell fil-kassazzjoni” mid-deċiżjoni tas-Circuit Court lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema. L-“appell fil-kassazzjoni” jista’ jitressaq biss permezz ta’ avukat.

Jekk tixtieq tagħmel “appell fil-kassazzjoni”, inti trid tinforma lis-Circuit Court fi żmien sebat (7) ijiem minn meta d-deċiżjoni tal-appell issir pubblika.

L-“appell fil-kassazzjoni” nnifsu jrid jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn dakinhar meta inti tkun ingħatajt l-ewwel opportunità li teżamina d-deċiżjoni tas-Circuit Court. L-“appell fil-kassazzjoni” jiġi ppreżentat lill-Qorti Suprema permezz tas-Circuit Court li tkun ħadet id-deċiżjoni tal-appell.

Il-Qorti Suprema għandha d-dritt li tiddeċiedi jekk tismax l-“appell fil-kassazzjoni” jew le. Jekk il-qorti tirrifjuta l-“proċedura fil-kassazzjoni”, ma tingħata l-ebda raġuni.

Meta ssir finali l-kundanna ta’ ħtija?

Il-kundanna ta’ ħtija ssir finali meta s-sentenza tidħol fis-seħħ. Dan jiġri meta l-limitu ta’ żmien sabiex jiġi ppreżentat appell jew appell fil-kassazzjoni jkun skada. Fil-każ ta’ appell fil-kassazzjoni, is-sentenza tidħol fis-seħħ jekk il-Qorti Suprema tkun irrifjutat il-proċedura fil-kassazzjoni jew tkun ħadet deċiżjoni dwar il-każ.

Jekk l-appell tiegħi jirnexxi, il-kundanna ta’ ħtija tiegħi se tiġi rreġistrata?

Il-kundanna ta’ ħtija tiegħek tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-pieni biss jekk tiġi eżegwita. Jekk il-Qorti Suprema tannulla d-deċiżjoni tal-qorti li sabitek ħati, il-kundanna tal-ħtija ma tiġix irreġistrata fir-reġistru tal-pieni.

Jekk l-ewwel deċiżjoni kienet żbaljata, ningħata xi kumpens?

Inti għandek id-dritt għal kumpens għad-danni li tkun ġarrabt jekk tkun miċħud mil-libertà bla ebda raġuni. Tista’ tagħmel talba bil-miktub għal kumpens lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Finanzi fi żmien sitt (6) xhur mid-dħul fis-seħħ tal-ħelsien mill-akkużi jew mid-deċiżjoni li tkun temmet il-proċedura kriminali.

L-ammont tal-kumpens huwa wieħed fiss u huwa ekwivalenti  għal seba’ (7) darbiet is-salarju minimu ta’ kuljum fis-seħħ fir-Repubblika tal-Estonja għal kull jum li tkun qattajt arrestat. Barra minn hekk, inti għandek id-dritt li titlob li l-Istat jirrimborża l-flus li tkun ħallast lill-avukat tiegħek.

Jiena minn pajjiż ieħor. Nista’ nintbagħat lura hemmhekk wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk inti ċittadin barrani, li qed tgħix legalment fl-Estonja u ġejt misjub ħati ta’ delitt intenzjonali u ngħatajt sentenza ta’ ħabs, il-qorti tista’, bħala piena addizzjonali, tiddeċiedi li tkeċċik mill-Estonja u ma tħallikx tidħol fl-Estonja għal għaxar (10) snin. Peress li t-tkeċċija mill-Estonja hija piena wkoll, inti għandek id-dritt li tappella minnha.

Jekk inti ma għandekx id-dritt li tgħix fl-Estonja, it-tkeċċija tiegħek mill-Estonja sseħħ awtomatikament mingħajr deċiżjoni tal-qorti. Inti għandek id-dritt li timpunja t-tkeċċija tiegħek billi tressaq ilment quddiem il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva. Il-fatt li inti tkun impunjajt it-tkeċċija tiegħek mhuwiex se jipposponiha sakemm iddum għaddejja l-proċedura fil-qorti.

Jiena ġejt misjub ħati; tista’ ssir kawża oħra kontra tiegħi fuq il-bażi tal-istess akkużi?

Jekk inti ġejt misjub ħati, ma tistax issir kawża ġdida kontra tiegħek fuq il-bażi tal-istess akkużi.

L-informazzjoni dwar il-kundanna ta’ ħtija tiegħi tiġi rreġistrata? Kif se tinħażen din l-informazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-kundanna ta’ ħtija tiegħek titniżżel fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-pieni. Ir-reġistru jinżamm mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja u jiġi amministrat miċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni. L-informazzjoni li tiddaħħal fir-reġistru hija pubblika, ħlief f'każijiet speċifikati mil-liġi.

L-informazzjoni tista’ tingħadda lil korpi statali ta’ pajjiżi barranin jekk dan ikun permess minn ftehimiet internazzjonali. L-informazzjoni dwar il-piena tiegħek tinżamm mingħajr il-kunsens tiegħek. Id-dejta titħassar wara l-perjodu ta’ skadenza stipulat mill-liġi (minn sena sa 15-il sena minn meta tiskonta s-sentenza, skont kemm ikun serju r-reat).

Links relatati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Kriminali bl-Ingliż (ma jinkludix l-emendi kollha)

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reġistru tal-Pieni

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reġistru tal-Pieni bl-Ingliż (ma jinkludix l-emendi kollha)

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-kumpens għad-danni kkawżati mill-Istat lil persuna li ġiet miċħuda inġustament mil-libertà

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-kumpens għad-danni kkawżati mill-Istat lil persuna li ġiet miċħuda inġustament mil-libertà bl-Ingliż (ma jinkludix l-emendi kollha)

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-obbligu tat-tluq u l-projbizzjoni tad-dħul

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-obbligu tat-tluq u l-projbizzjoni tad-dħul bl-Ingliż (ma jinkludix l-emendi kollha)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

5 – Ir-reati tat-traffiku

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Kif jiġu ttrattati r-reati minuri tat-traffiku?

Il-piena meta wieħed jaqbeż il-limitu tal-veloċità kif ukoll meta jikser regoli dwar il-parkeġġ u regoli oħrajn tat-traffiku tiġi imposta fi proċedimenti ta' infrazzjoni.

Il-proċedura tar-reati minuri titwettaq mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapulizija jew fil-post fejn ġie skopert ir-reat jew fl-għassa tal-pulizija.

Ma hemm l-ebda obbligu li inti tingħata l-piena fil-post. Minflok tista’ tinħariġlek twissija, jew tista’ tiġilek imposta ammenda (ta' sa EUR 15). Tista’ wkoll tittieħed deċiżjoni fil-proċedura mħaffa fil-post u tkun imposta ammenda ta' sa EUR 400. Il-proċedura fil-post tista’ titwettaq biss bil-kunsens tiegħek. Reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjo jistgħu jsiru minn dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna rigward ir-reat.

Jekk inti taqbeż il-limitu tal-veloċità u tinqabad minn kamera tal-veloċità, tista’ tiġi imposta ammenda fuq is-sid jew fuq l-utent irreġistrat tal-vettura. L-ammenda massima hija ta’ EUR 190. L-avviż tal-infrazzjoni jintbagħtlek bil-posta. Jekk inti ma taqbilx mal-avviż tal-infrazzjoni, għandek id-dritt li tikkontestah fi żmien 30 jum minn meta tirċevih. Il-kontestazzjoni għandha ssir fl-għassa tal-pulizija li tkun bagħtitlek l-avviż tal-infrazzjoni. Jekk il-persuna fiżika responsabbli għal vettura tikkontesta l-impożizzjoni ta' ammenda minħabba li l-vettura kienet użata minn xi ħadd ieħor, hi trid tiddikjara fil-kontestazzjoni l-isem u l-kunjom tal-persuna li kienet qed tuża l-karozza fil-ħin imniżżel fl-avviż tal-infrazzjoni, kif ukoll l-indirizz, in-numru tal-liċenjza tas-sewqan u d-data tat-twelid jew in-numru tal-ID personali ta' dik il-persuna.

Jekk inti ma taqbilx mal-fehmiet tal-pulizija dwar l-allegat reat, inti għandek id-dritt li toġġezzjona għall-proċedura fil-post. F’dak il-każ il-pulizija se tipprepara d-dokumenti dwar ir-reat fil-post, imma l-kastig ma jiġix impost immedjatament.

Id-dokumenti jiġu mgħoddija lill-għassa tal-pulizija li l-uffiċjali tagħha jridu jiġbru l-evidenza dwar ir-reat. Jekk isirulek xi mistoqsijiet, inti għandek id-dritt li tibqa’ sieket. Inti għandek id-dritt li jkollok avukat u interpretu preżenti. Inti għandek id-dritt li teżamina l-materjal miġbur waqt il-proċedimenti ta’ infrazzjoni u għandek id-dritt li toġġezzjona għall-akkużi.

Inti tista’ tressaq l-oġġezzjonijiet tiegħek fi żmien 15-il jum minn meta tirċievi r-rapport tal-infrazzjoni. Inti tkun informat dwar meta tkun tista’ tikseb kopja tad-deċiżjoni meħuda dwar l-infrazzjoni mill-għassa tal-pulizija. Sabiex tikseb kopja, inti jew l-avukat tiegħek tridu tmorru l-għassa tal-pulizija. Ma tintbagħatx bil-posta.

Ir-reati tat-traffiku jistgħu jingħataw piena massima ta’ ammenda ta’ EUR 1 200. Għal reat tat-traffiku serju, inti tista’ tiġi detenut għal perjodu li ma jaqbiżx it-30 jum. Deċiżjoni ta' detenzjoni tista’ tittieħed biss minn qorti. Tista’ wkoll tiġi pprojbit milli ssuq sa sentejn.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-pulizija, inti għandek id-dritt li tressaq rikors quddiem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-qorti tal-kontea. Ir-rikors trid tressqu fi żmien 15-il jum mid-data meta d-deċiżjoni saret disponibbli għall-ewwel darba.

Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea jistgħu jingħataw huma wkoll piena għal reati tat-traffiku.

Ir-reati minuri jidhru fil-fedina penali tiegħi?

Il-kastigi għal reati tat-traffiku jitniżżlu fir-reġistru tal-pieni, ħlief għall-informazzjoni dwar l-ammendi. Informazzjoni fuq reatititħassar mir-reġistru u tinżamm fl-arkivju sa sena wara li titħallas l-ammenda imposta għall-infrazzjoni, tiġi servuta s-sentenza ta' detenzjoni, jitwettaq is-servizz lill-komunità jew bħala sanzjoni ewlenija tingħata is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan;

Links relatati

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku bl-Ingliż (ma jinkludix l-emendi kollha)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura tar-Reati Minuri

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura tar-Reati Minuri bl-Ingliż (ma jinkudix l-emendi kollha)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Irlanda

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x'jiġri meta persuna tkun suspettata jew tiġi akkużata b'delitt li jinstema' permezz ta' proċess quddiem qorti kriminali. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku fit-triq, li ġeneralment iġorru piena fissa bħal pereżempju multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva Nru 5.

Jekk inti l-vittma ta' delitt, tista' ssib l-informazzjoni kompluta dwar id-drttijiet tiegħek hawnhekk.


Ħarsa fil-qosor lejn il-proċess kriminali

  • L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAn Garda Siochána għandhom għadd ta' poteri biex iwaqqfu persuna u jagħmlulha perkwiżizzjoni, kif ukoll poteri biex jarrestaw persuna jekk jemmnu li tkun wettqet reat jew li tkun qed twettaq reat li tiegħu tista' tiġi arrestata.
  • Meta tkun fil-kustodja tal-Garda, membru tal-An Garda Siochána jispjegalek id-drittijiet tiegħek u dawn jinkludu d-dritt li tkellem avukat u tabib u d-dritt li jkollok interpretu preżenti jekk tkun teħtieġ wieħed. Hemm dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' tfal li jkunu miżmuma taħt kustodja li jistipulaw li għandu jkun hemm adult xieraq waqt l-interrogazzjonijiet.
  • Jista' jkun li f'dan l-istadju tintalab biex tagħti l-kunsens tiegħek biex jittieħdu kampjuni għat-testijiet tad-DNA, biex jittiħdulek il-marki tas-swaba’, biex jitteħidlek ritratt u/jew biex tipparteċipa fi skjerament ta' identifikazzjoni.
  • Waqt l-investigazzjoni, membru tal-An Garda Siochána jista' jakkużak b'reat. Dan jista' jsir permezz ta' Att ta' Akkuża jew tista' tiġi nnotifikat b'taħrika biex tidher quddiem il-Qorti f'data partikolari. Il-Gardai jibagħtu fajl bid-dettalji tal-investigazzjoni lid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettur tal-Prosekuzzjoni Pubblika li jiddeċiedi dwar jekk hemmx lok għal prosekuzzjoni min-naħa tal-Istat.
  • Tista' tiġi rilaxxat immedjatament fuq garanzija ("Station Bail") bil-kundizzjoni li tidher quddiem il-Qorti jew jista' jkun li jkun meħtieġ li titlob garanzija quddiem il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Distrettwali fi stadju ulterjuri.
  • Ir-reati minuri, magħrufa bħala 'reati sommarji' jinstemgħu quddiem il-Qorti Distrettwali. Ir-reati iktar serji jew ir-'reati li jwasslu għal att ta' akkuża', jinstemgħu quddiem Imħallef u ġurija.
  • Tul il-proċess ta' ġustizzja kriminali dejjem ikun hemm il-preżunzjoni tal-innoċenza fir-rigward tiegħek sakemm ma tiġix ippruvata l-ħtija.
  • Għandek dritt għal parir legali. Jekk ma tiflaħx tħallas għal avukat, tista' tapplika biex tingħata l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħajnuna legali.
  • Jekk tingħata piena, inti tkun ġejt misjub ħati mir-reat mingħajr dubju dettat mir-raġuni. Jekk tinstab ħati fil-Qorti Distrettwali għandek dritt ta' appell mill-piena jew mis-sentenza. Jekk tiġi lliberat, il-każ jispiċċa hemm u ma jistgħu jittieħdu l-ebda passi ulterjuri kontra tiegħek.
  • Jekk tinstab ħati minn ġurija ta' reat li jwassal għal att ta' akkuża, m'hemmx dritt awtomatiku ta' appell u għandek tikkonsulta mal-avukati tiegħek dwar kif għandek tipproċedi.

Fl-iskedi informattivi għandek issib id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma tistax tissostitwixxi l-parir legali u hija maħsuba biss biex isservi ta' gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok kun konxju li l-Kummissjoni Ewropea m'għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik jekk ikollok xi lment. F'dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Agħfas fuq il-links ta' hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-invetigazzjoni ta' delitt

L-arrest

  • L-interrogazzjoni u l-investigazzjoni tal-pulizija
  • Il-perkwiżizzjonijiet
  • L-ewwel smigħ fil-qorti
  • Il-tħejjija għall-proċess quddiem il-qorti kriminali, jew eċċezzjoni ta' ammissjoni ta' ħtija qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Reati tat-traffiku fit-triq


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2012

1 – Kif tikseb parir legali

Huwa importanti ħafna li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod jew ieħor tkun involut fil-proċess kriminali. Dawn l-iskedi informattivi jinfurmawk dwar meta u f'liema ċirkostanzi inti intitolat li tkun rappreżentat minn avukat. Jinfurmawk ukoll dwar x’jista' jagħmel għalik l-avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tinfurmak dwar kif għandek issib avukat u kif tista’ tħallas l-ispejjeż tal-avukat jekk ma tkunx tiflaħ tħallashom.


Kif issib avukat

Jekk qiegħed miżmum taħt arrest u teħtieġ avukat, il-Gardaí jkollhom lista ta’ avukati li jkunu lesti li jiltaqgħu miegħek b’urġenza biex jagħtuk parir. Il-lista tagħhom tkun tikkonsisti f’persuni magħrufa li jistgħu jmorru fl-Istazzjonijiet tal-Garda 24 siegħa fuq 24 siegħa.

Jekk m’intix taħt arrest imma teħtieġ parir minn avukat li jipprattika fil-qasam kriminali, tista’ tikkuntattja lil-Law Society of Ireland. li tipprovdik b’ismijiet ta’ avukati li jieħdu kawżi kriminali. Ma jistgħux jirrakkomandaw xi uffiċċju legali partikolari.

Mod aħjar ta’ kif issib avukat huwa bil-fomm, fil-każ li taf persuni li fil-passat kienu f’sitwazzjoni simili għal tiegħek. Alternattivament tista’ tfittex fuq l-internet, peress li issa ħafna uffiċċji legali għandhom il-websajt tagħhom li telenka l-qasam ta' xogħol li jispeċjalizzaw fih.

Kif tħallas għal avukat

Fl-Irlanda hemm sistema ta' għajnuna legali li f'ċerti ċirkostanzi tista' tipprovdi s-servizzi ta' avukat bla ħlas lil persuna li tkun suspettata jew mixlija b'reat.

Jekk qiegħed tinżamm f'Garda Station biex tiġi interrogat dwar reat, u tkun ma taħdimx jew taqla' paga baxxa probabbilment tkun intitolat għas-servizzi ta' avukat bla ħlas, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskema ta' Pariri Legali tal-Garda Station. Jeħtieġ li tiffirma formola għall-avukat tiegħek li tinkludi dikjarazzjoni li l-paga tiegħek hija inqas mil-limitu permess ta' EUR 20,316.00 jew li qed tirċievi ħlasijiet tal-għajnuna soċjali. M'hemmx iktar karti u formoli x'jimtlew.

Jekk ġejt mixli b'reat inti intitolat li tapplika għall-għajnuna legali quddiem l-imħallef fil-qorti li tinġieb quddiemha. Dan jissejjaħ Ċertifikat għal Għajnuna Legali bla Ħlas. L-avukat tiegħek jgħinek biex tippreżenta l-applikazzjoni fil-qorti. Jekk m'għandekx avukat, spiss l-imħallef joffrilek l-għajnuna legali u jagħżillek avukat. Jekk int mixli b'reat serju u tkun ma taħdimx, huwa probabbli li tingħata l-għajnuna legali. Jekk għandek impjieg, jista' jkun meħtieġ li timla formola fejn tiddikjara d-dħul u l-ħruġ tiegħek.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna Legali fil-Qasam KriminaliIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legalaid.ie/

Law Society tal-Irlanda http://www.lawsociety.ie/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2012

2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt


X'inhu l-iskop ta’ investigazzjoni kriminali?

L-iskop ta’ investigazzjoni kriminali huwa li tittieħed azzjoni rigward ilment dwar att kriminali li jkun sar minn membru tal-pubbliku, jew fejn il-Gardaí jissuspettaw li kien hemm xi ksur tal-liġi kriminali, u li jinstab/jinstabu l-persuna li tkun wettqet ir-reat. Normalment membru tal-pubbliku jirrapporta inċident u l-Gardaí jirreaġixxu billi jagħtu bidu għal investigazzjoni biex jiddeterminaw jekk ikunx fil-fatt sar ksur tal-liġi kriminali. Jekk iva, jibdew jinvestigaw il-kwistjoni aktar fil-fond.

Min jagħmilha l-investigazzjoni?

Kważi fil-każijiet kollha, id-dritt li jiġi investigat delitt jaqa’ f'idejn il-Pulizija Irlandiża magħrufa bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAn Garda Síochána. Il-Gardaí jistgħu jingħataw gwida legali dwar kif l-aħjar ikomplu bl-investigazzjoni tagħhom mill-Uffiċċju tal-Avukati Ewlenin tal-Prosekuzzjoni (Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi) li huma l-uffiċjali legali li jmexxu l-biċċa l-kbira tal-prosekuzzjonijiet f'isem l-istat Irlandiż.

Liema huma l-istadji ta’ investigazzjoni kriminali?

L-ewwel stadju ta’ investigazzjoni kriminali jikkonsisti fi tressiq ta' lment mingħand membru tal-pubbliku, jew l-identifikazzjoni ta’ delitt suspettat minn xi Garda (membru tal-pulizija Irlandiża). Il-Gardaí jivverifikaw jekk l-inċident, kif ikun ġie rrappurtat, huwiex reat kriminali. Jekk iva, jibdew jinvestigaw ir-reat.

Huwa f'dan l-istadju li l-Gardaí jiddeċiedu jekk ir-reat suspettat għandux jitqies bħala wieħed ‘ta’ natura serja’ jew le. It-terminu ‘ta’ natura serja’ jfisser kwalunkwe reat li teoretikament jista’ jwassal għal piena ta' priġunerija ta’ mill-inqas ħames snin. Jekk ir-reat jaqa' taħt din il-kategorija jista' jiġi investigat mill-Gardaí, li jistgħu jużaw is-setgħa tagħhom biex jarrestawk u jżommuk f’għassa tal-Gardaí, u biex jinterrogawk waqt il-perjodu ta’ detenzjoni. Id-drittijiet tal-arrest, id-detenzjoni u l-interrogazzjoni se jiġu diskussi aktar ’il quddiem f'din l-iskeda informattiva.

Jekk ir-reat ma jkunx wieħed ta’ natura serja, il-Gardaí jkollhom restrizzjonijiet akbar fuq is-setgħat tagħhom. Dawn normalment ikollhom is-setgħa li jinvestigaw id-delitt li allegatament ikun sar, iżda ma jkollhomx is-setgħa li jarrestawk u jżommuk bl-iskop li jinterrogawk. Huma jkollhom biss is-setgħa li jarrestawk biex iħarrkuk b’konnessjoni mar-reat suspettat. Jekk ma jarrestawkx għal reat li mhuwiex ta’ natura serja, normalment itellgħuk il-qorti sabiex jinbeda l-istadju tal-proċess quddiem il-qorti kriminali.

It-tielet stadju ta’ investigazzjoni jikkonsisti fil-ġbir ta' informazzjoni li tista’ sservi bħala evidenza fi proċess quddiem il-qorti kriminali li jseħħ aktar tard. Dan il-proċess ta’ ġbir ta’ informazzjoni jista' jieħu diversi forom, u d-drittijiet li jkollhom il-Gardaí biex jiġbru din l-informazzjoni jiddependu fuq in-natura tad-delitt suspettat. Id-dritt li għandhom il-pulizija biex jarrestawk u jinterrogawk jagħtihom poteri limitati biex jiġbru mingħandek evidenza forensika kif ukoll tipi oħra ta’ provi li jista' jkollhom potenzjal. Dan id-dritt se jiġi diskuss f’din l-iskeda informattiva.

Il-Gardaí jistgħu jieħdu deċiżjoni weħidhom jew bl-għajnuna tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDPP dwar jekk għandekx tiġi mixli u biex għandek tiġi mixli. Id-deċiżjoni li titmexxa prosekuzzjoni kontra delitti ta’ natura serja u ta’ natura mhux serja normalment tittieħed mill-Gardaí. Jekk id-delitt ikun wieħed mhux tas-soltu, jew jekk ikun jidher b’mod evidenti li hu ta’ natura serja, jew inkella li jkun jeħtieġ l-għajnuna tad-DPP biex issir il-prosekuzzjoni, il-Gardaí normalment jitolbu l-għajnuna tad-DPP.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Ikklikkja fuq il-links li jidhru hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek waqt l-istadji differenti tal-investigazzjoni.

Id-drittijiet tiegħi meta niġi arrestat (1)

Jekk id-delitt ikun ‘ta’ natura serja’, il-Gardaí jkollhom is-setgħa li jarrestawk u jżommuk għall-interrogazzjoni. Dan ifisser li inti tittieħed fil-kustodja tal-Gardaí u li ma tkunx tista’ titlaq għall-bqija tal-kustodja legali tiegħek.

Il-Gardaí għandhom bżonn mandat biex jarrestawni?

Le. Il-Gardaí mhux bilfors għandhom bżonn mandat biex jarrestawk jekk jissuspettaw li tkun wettaqt ir-reat li jkunu qed jinvestigaw.

Fejn jistgħu jarrestawni?

Il-Gardaí jistgħu jarrestawk fid-dar tiegħek jew fi kwalunkwe post pubbliku. Biex il-Gardaí jkunu jistgħu jarrestawk, kulma għandhom bżonn huwa li jkollhom suspett raġonevoli li tkun wettaqt reat.

Għandhom jgħiduli r-raġuni għalfejn inkun ġejt arrestat?

Iva. Il-Gardaí għandhom jgħidulek ir-raġuni għalfejn tkun ġejt arrestat.

Il-Gardaí jistgħu jużaw il-forza waqt li jkunu qed jarrestawni?

Iva. Jistgħu jużaw forza raġonevoli biex jarrestawk.

Ladarba tkun ġejt arrestat-

Tittieħed f'għassa tal-Gardaí għall-interrogazzjoni jew biex tiġi akkużat bir-reat. Meta tkun fl-għassa tal-pulizija d-drittijiet tiegħek ikunu protetti bil-liġi, u l-Membru Inkarigat mill-għassa tal-Gardaí jkun responsabbli għad-drittijiet tiegħek. It-tul ta’ żmien kemm tista’ tinżamm f’għassa tal-Gardaí jiddependi mis-setgħa statutorja li permezz tagħha jkunu qed iżommuk il-Gardaí. Għal aktar tagħrif dwar id-drittijiet tiegħek, jekk jogħġbok irreferi għall-Kunsill Irlandiż għal-Libertajiet Ċivili (ICCL – "The Irish Council for Civil Liberties").

L-interrogazzjoni u l-investigazzjoni tal-pulizija (2)

Jingħatali avviż dwar id-drittijiet tiegħi?

Iva. Meta tinżamm taħt waħda minn dawn is-setgħat statutorji, tingħata avviż dwar id-drittijiet tiegħek meta tkun tinsab f’kustodja. Dan l-avviż ikun bil-miktub u għandu jiġi tradott fil-lingwa tiegħek jekk inti ma tifhimx il-lingwa Ingliża.

Nista’ ngħarraf lill-ambaxxata tiegħi?

Iva. Jekk m'intix ċittadin Irlandiż inti tista’ tgħarraf lill-ambaxxata jew lill-konsulat tiegħek dwar l-arrest tiegħek.

Jiena minn pajjiż ieħor. Għandi nkun l-Irlanda waqt li jkunu qed isiru l-investigazzjonijiet?

Mhux bilfors. Jekk inti ma tiġix mixli b’akkuża wara li jiskadi ż-żmien tad-detenzjoni tiegħek, tkun tista’ titlaq u tivvjaġġa. Jekk l-istat Irlandiż ikun jixtieq li jixlik b’akkuża aktar ’il quddiem, tkun tista’ terġa’ lura b'mod volontarju, jew tikkontesta l-estradizzjoni tiegħek mill-istat fejn inti residenti. Jekk tiġi mixli wara li jiskadi ż-żmien ta’ detenzjoni tiegħek, inti għandek titressaq quddiem qorti kompetenti, fejn imħallef imbagħad jiddeċiedi jekk għandekx tiġi lliberat fuq garanzija.

Inkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Iva. Inti għandek id-dritt li tkellem avukat privatament. Jekk ma tkunx taf b'avukat inti, il-Membru Inkarigat ikun jista’ jgħinek issib wieħed, minn fuq lista li tinżamm fl-Għassa tal-Gardaí. (Ara wkoll l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 2)

Meta nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Jekk tkun tixtieq tkellem avukat, m’għandekx tiġi interrogat qabel ma jasal. Meta jasal għandek tingħata aċċess immedjat għalih.

L-avukat tiegħi jista’ jkun preżenti waqt li nkun qed niġi interrogat?

Le. Madankollu, jekk matul l-interrogazzjoni tiegħek ikun hemm xi ħaġa li ma tkunx ċert dwarha, għandek id-dritt li tikseb parir legali ulterjuri.

X’jiġri jekk ma nkunx niflaħ inħallas għall-avukat?

Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek ikunu limitati, tista’ tkun intitolat biex l-avukat tiegħek jitħallas tal-parir legali li jkun tak mis-Sistema Irlandiża għall-Għajnuna Legali Bla Ħlas (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1). Madankollu, huwa dejjem aħjar li titlob parir legali, u l-kwistjoni tal-mezzi finanzjarji tiegħek tkun tista' tiġi diskussa mal-avukat tiegħek aktar ’il quddiem, fi stadju ulterjuri tal-proċess.

Kemm tista' ddum l-interrogazzjoni tiegħi waqt li nkun f’detenzjoni, u b’liema mod se niġi interrogat?

L-interrogazzjonijiet jistgħu jdumu sa massimu ta’ erba’ sigħat kull darba. L-interrogazzjoni tiegħek għandha ssir b'mod ġust. L-interrogazzjoni għandha tiġi rreġistrata permezz ta’ vidjo kamera, sakemm dan ma jkunx prattikabbli. Inti tkun intitolat għal kopja tar-reġistrazzjoni f’każ li tkun ġejt imħarrek/imħarrka, u l-qorti tordna li l-kopja għandha tiġi rilaxxata lill-konsulent legali tiegħek. Fi kwalunkwe ħin għandu jkun hemm biss żewġ Gardaí preżenti miegħek waqt l-intervista.

Għandi nwieġeb għall-mistoqsijiet?

Le. Tista’ tibqa’ sieket/siekta matul l-interrogazzjoni, iżda għandek tkun taf li jekk tibqa’ sieket/siekta, f'ċerti ċirkustanzi dan jista’ jintuża bħala evidenza kontrik fi proċess ulterjuri quddiem il-qorti kriminali. Jekk int tirrifjuta li tirrispondi għal ċerti mistoqsijiet, il-fatt li tkun irrifjutajt li tirrispondi jista’ jintuża flimkien ma’ evidenza oħra li tappoġġja konstatazzjoni tal-ħtija tiegħek.

Jekk niġi mistoqsi/ja għal informazzjoni, għandi nipprovdiha?

Inti obbligat li tagħti d-dettalji personali tiegħek lill-Gardaí sabiex dawn ikunu jistgħu jidentifikawk. Għandek tieħu parir legali qabel ma tiddeċiedi li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra. Jekk tkun tinsab taħt arrest għall-finijiet tal-interrogazzjoni jfisser li hemm suspetti li inti wettaqt reat kriminali ta’ natura serja, u kwalunkwe informazzjoni li tipprovdi tista’ tintuża bħala evidenza kontrik waqt kwalunkwe proċess ieħor aktar ’il quddiem.

X'jiġri jekk ngħid xi ħaġa li jista’ jkollha effett negattiv fuq il-każ tiegħi?

Inti għandek dritt li ma tinkriminax lilek innifsek. Jekk it-tweġibiet tiegħek ikollhom effett negattiv fuq il-każ tiegħek, il-konsulenti legali tiegħek jagħtuk parir dwar il-konsegwenzi, li normalment ikunu jinkludu li dak li tgħid jista’ jintuża bħala evidenza kontrik.

Għandi nagħti l-marki tas-swaba’ tiegħi u nippermetti li jitteħidli ritratt?

Iva. Tista’ tiġi mġiegħel tagħti l-marki tas-swaba’ tiegħek, u tagħti l-permess tiegħek biex jitteħidlek ritratt f’każ li tkun qed tinżamm f’detenzjoni taħt setgħa statutorja. Li tipprova tostakola t-teħid ta’ marki tas-swaba’ jew ta’ ritratti jitqies bħala reat kriminali.

Il-Gardaí jistgħu jżommu l-marki tas-swaba’ tiegħi għal żmien indefinit?

Iva. Madankollu, jekk ma tiġix imħarrek/imħarrka jew jekk toħroġ illiberat, inti jew il-konsulent legali tiegħek tistgħu tiktbu lill-Gardaí u titolbu biex il-materjali li jkunu ttieħdu jiġu meqruda.

Għandi nagħti kampjuni tad-DNA tiegħi jew kampjuni ta’ sustanzi oħra ta' natura aktar intima?

Jekk inti tkun qed tinżamm taħt setgħa statutorja, il-Gardaí jkollhom bżonn l-awtorizzazzjoni minn uffiċjal għoli qabel ma jkunu jistgħu jieħdu kampjuni ta’ sustanzi ta' natura intima bħal DNA, bżieq, biċċiet ta’ dwiefer maqtugħin, materjali misjuba taħt id-dwiefer jew kampjuni meħuda minn ħalqek permezz ta’ tampun. Huma ma jistgħux jieħdu marki tas-saqajn, jew kampjuni mill-partijiet ġenitali jew minn toqbiet tal-ġisem mingħajr awtorizzazzjoni, sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek.

Jistgħu jsiru tfittxijiet fid-dar, fil-binjiet tax-xogħol, fil-karozza tiegħi, jew fi proprjetà oħra?

Iva. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKostituzzjoni Irlandiża u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jitolbu li l-integrità tal-ġisem tiegħek u l-privatezza tiegħek jiġu rispettati, iżda dawn id-drittijiet huma limitati. Il-Gardaí jistgħu jfittxu f’darek bil-kunsens tiegħek jew mingħajr il-kunsens tiegħek jekk ikollhom mandat ta' tfittxija, jew jekk ikunu sejrin lejn il-proprjetà tiegħek biex isibuk u jarrestawk. Għal aktar informazzjoni dwar it-tfittxijiet, ara Tfittxijiet (3).

Nista’ nappella jekk iseħħ ksur tad-drittijiet tiegħi?

Għandek tgħarraf lill-konsulenti legali tiegħek dwar kwalunkwe ksur tad-drittijiet tiegħek. Dawn għandhom jagħtuk parir dwar kif u meta għandek tikkontesta ksur ta’ dan it-tip.

Min huwa l-Membru Inkarigat?

Il-Membru Inkarigat huwa membru tal-Gardaí li huwa responsabbli għall-benessri tiegħek u għall-protezzjoni tad-drittijiet tiegħek. Kull għassa tal-Gardaí għandu jkollha wieħed preżenti. Jekk ikollok xi problema waqt il-perjodu ta’ detenzjoni, għandek titlob biex tkellem lill-Membru Inkarigat.

Nista’ nkellem lill-familja tiegħi?

Inti intitolat li tgħarraf wieħed mill-qraba tiegħek dwar il-fatt li tinsab f’detenzjoni, iżda dan mhux dejjem jista’ jfisser li int intitolat titkellem mal-familja tiegħek.

X’jiġri jekk inħossni ma niflaħx, u x’inhuma d-drittijiet tiegħi rigward il-mistrieħ, l-ikel u x-xorb?

Waqt li tkun f’detenzjoni, inti għandek id-dritt li tingħata attenzjoni medika, jekk ikollok bżonnha. Għandek ukoll id-dritt li tingħata ikel u xorb, u perjodi xierqa ta’ mistrieħ.

Jinżamm rekord taż-żmien li nkun għamilt f’detenzjoni?

Iva, jinżamm rekord taż-żmien li tkun għamilt f’detenzjoni għand il-Gardaí, u int jew il-konsulent legali tiegħek tkunu intitolati għal kopja ta' dan ir-rekord.

X'jiġri jekk ma nitkellimx jew ma nifhimx bl-Ingliż?

Inti għandek id-dritt li jkollok interpretu biex jittraduċilek. Inti jew il-konsulent legali tiegħek għandkom tinsistu li l-interpretu li jinterpreta kwalunkwe konsultazzjoni privata li ssir bejnek u bejn l-avukat tiegħek ma jkunx l-istess interpretu li jkun interpreta waqt is-sessjoni ta’ interrogazzjoni mal-Gardaí. Għandu jkun hemm interpretu disponibbli kull meta xi avukat jew xi membru tal-Gardaí jkun jixtieq jikkomunika miegħek.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm f’detenzjoni?

Dan jiddependi mis-setgħa li tiddetermina d-detenzjoni tiegħek. L-itwal perjodu indikat mil-liġi Irlandiża huwa ta’ sebat ijiem.

Tfittxijiet (3)

Għandi niġi infurmat dwar ir-raġuni għalfejn qed issir tfittxija fil-proprjetà tiegħi?

Tista’ ssaqsi, u għandek tiġi infurmat dwar ir-raġuni għalfejn qed issir tfittxija fil-proprjetà tiegħek, u taħt liema setgħa qed issir. Jekk issir tfittxija fil-proprjetà tiegħek, aktar ’il quddiem għandek tkun intitolat għal kopja ta’ kwalunkwe mandat ta' tfittxija.

Kif jistgħu jwettqu t-tfittxija l-Gardaí?

Il-Gardaí għandhom iwettqu t-tfittxija tagħhom f’konformità mad-dritt tiegħek li ma tiġix espost għal trattament degradanti.

Il-Gardaí jistgħu jieħdu oġġetti magħhom?

Iva. Huma jistgħu jissekwestraw kwalunkwe oġġett li, raġonevolment, jaħsbu li jista’ jintuża bħala evidenza. Jistgħu wkoll jieħdu oġġetti li setgħu ma ġewx speċifikati f’mandat, iżda li jistgħu jservu bħala evidenza b’rabta ma’ reat kriminali ieħor.

Nista’ nibqa' fil-proprjetà tiegħi waqt li l-Gardaí jkunu qed jagħmlu t-tfittxija?

Iva. Ma tista’ tagħmel xejn li jista’ jostakola tfittxija li tkun qed issir b’mod legali, iżda tista’ tosserva waqt li l-Gardaí jkunu qed jagħmlu t-tfittxija.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi?

Iva. Jekk il-Gardaí jkollhom suspett raġonevoli li tkun wettaqt reat kriminali, dawn ikollhom is-setgħa li jagħmlu perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek, mingħajr il-kunsens tiegħek.

Iridu jarrestawni qabel?

Le. Il-perkwiżizzjoni tista’ ssir qabel ma tiġi arrestat.

Għandi niġi infurmat dwar ir-raġuni għalfejn tkun qed issir il-perkwiżizzjoni?

Iva. Il-Garda għandhom jgħidulek ir-raġuni għalfejn tkun qed issir il-perkwiżizzjoni, u għandhom jgħidulek ukoll taħt liema setgħa ngħatalhom il-permess li jwettqu perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi permezz ta' strip search?

Iva. L-istrip searches għandhom isiru biss f’każ li jkunu meħtieġa. L-istrip searches għandhom isiru f'żona privata ta’ għassa tal-Garda, b'mod li ma jikkawżalekx fastidju. Jekk ikun possibbli, it-tfittxija għandha ssir minn tabib.

Il-perkwiżizzjoni ssirli minn persuna tal-istess sess tiegħi?

Jekk il-perkwiżizzjoni tinvolvi aktar minn tfittxija fuqek bil-ħwejjeġ, din għandha ssir minn persuna tal-istess sess tiegħek.

L-ewwel smigħ tal-każ fil-qorti (4)

Nista’ ninżamm f’detenzjoni, jew nista’ niġi rilaxxat?

Tista’ tinżamm f’detenzjoni jekk il-Garda jġibuk il-qorti waqt li jkunu qed iżommuk f'detenzjoni għandhom, u jekk il-qorti tkun ċaħdet it-talba tiegħek biex tinħeles fuq garanzija personali.

Nista’ nippreżenta talba għall-ħelsien fuq garanzija personali?

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tista' titlob għall-ħelsien fuq garanzija personali meta tidher l-ewwel darba fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Distrettwali ("Lower court"). F'ċirkostanzi ristretti (pereżempju akkuża ta’ omiċidju) inti għandek tressaq talba quddiem il-Qorti Superjuri ("High Court") u għaldaqstant ikollok tqatta’ xi żmien f’detenzjoni qabel ma titressaq dik l-applikazzjoni.

Inti intitolat għal rappreżentazzjoni legali u, skont id-dħul tiegħek, din ir-rappreżentazzjoni legali titħallas mill-iskema ta’ għajnuna legali bla ħlas.

Jekk il-ħelsien fuq garanzija personali jiġi miċħud mill-Gardaí, nista’ nkun naf għalfejn?

Iva. Għandek tiġi infurmat minn qabel rigward ir-raġunijiet għalfejn il-Gardaí jkunu qed joġġezzjonaw għall-ħelsien tiegħek fuq garanzija personali. Inti għandek dritt għall-ħelsien fuq garanzija personali, iżda dan id-dritt mhuwiex assolut. Il-ħelsien fuq garanzija personali jista’ jiġi rrifjutat jekk l-imħallef ikun tal-fehma li jekk dan jingħata inti mhux ser tidher għall-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali, se tinterferixxi max-xhieda jew se twettaq reati serji oħra fil-perjodu tal-ħelsien fuq garanzija.

Nista’ ningħata libertà kundizzjonata?

Iva. Inti tista’ tingħata libertà proviżorja b’kundizzjonijiet li pereżempju jistipulaw li tagħti l-passaport tiegħek lill-awtoritajiet, li toqgħod fl-Istat Irlandiż waqt li tkun qed tistenna li tinstema’ l-kawża tiegħek u li tirrapporta b’mod regolari f’għassa tal-Garda biex jiġi żgurat li qed tosserva dawn il-kundizzjonijiet. Il-Qorti tista’ wkoll titolbok tiddepożita flus kontanti, jew tordna li l-kont bankarju Irlandiż ta’ xi membru tal-familja jew ta’ ħabib jew ħabiba tiegħek jiġi ffriżat, bħala garanzija għall-impenn tiegħek biex tosserva t-termini tal-ħelsien fuq garanzija personali.

 

Tħejjija għall-proċess quddiem il-qorti kriminali jew għall-preżentazzjoni ta' ammissjoni ta’ ħtija qabel il-proċess (5)

Nista’ nammetti li jiena ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontra tiegħi, jew għal parti minnhom, qabel ma jsir il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Iva. Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir biss jekk tiddikjara li m'intix ħati. Jekk tiddikjara li inti ħati, ma jsirx il-proċess quddiem il-qorti kriminali, iżda minflok isir smigħ biex tingħatalek sentenza.

X'jiġri?

Jekk inti ma tkunx trid li jsir proċess quddiem il-qorti kriminali, tkun qed taċċetta waħda jew aktar mill-akkużi li tkun ġejt mixli bihom. Il-patteġġament m'għandu l-ebda bażi legali fl-istat Irlandiż, iżda fil-prattika d-DPP jista’ jaċċetta ammissjoni għal uħud mill-akkużi filwaqt li jiddeċiedi li jwaqqa’ oħrajn. Jekk inti tiddikjara li inti ħati, il-kundanna tingħatalek f’data ulterjuri u jista’ jkun li titqiegħed f’detenzjoni sakemm tingħata s-sentenza.

X’jiġri fis-smigħ biex tingħatalek sentenza?

Sakemm ma jkunx hemm sentenza obbligatorja, bħal pereżempju piena ta’ għomor il-ħabs f'każ ta' omiċidju, inti jkollok id-dritt għal smigħ fejn tingħata s-sentenza u d-dritt li l-konsulent legali tiegħek jindirizza lill-qorti rigward ir-rwol tiegħek fid-delitt u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek.

L-akkużi jistgħu jiġu mibdula qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Iva. Id-DPP jista’ jżid akkużi oħra sad-data meta jkun se jsir il-proċess quddiem il-qorti kriminali, kif ukoll matulu. Dan jista’ jwaqqa’ wkoll l-akkużi sad-data ta’ meta jkun se jsir il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Id-DPP għandu d-dritt li jippreżenta provi addizzjonali sad-data meta jkun se jsir il-proċess quddiem il-qorti kriminali, kif ukoll matulu. Id-DPP għandu jaġixxi skont proċeduri ġusti, u ma jistax iżomm provi jew jiżvela materjali li jinsabu fil-pussess tiegħu li huma rilevanti għalik u għall-konsulenti legali tiegħek.

Nista’ niġi akkużat b’reat li nkun diġà ġejt akkużat għalih fi Stat Membru ieħor?

Jekk inti tkun ġejt akkużat u tkun tressaqt il-qorti fuq xi reat fi Stat Membru wieħed, ma tistax terġa' tiġi mixli għall-istess reat fi Stat Membru ieħor. Madankollu, jekk tkun ġejt mixli b’akkuża fi Stat Membru wieħed u l-akkuża tkun twaqqgħet, tista’ tiġi akkużat għal dak ir-reat fl-Irlanda.

Ningħata informazzjoni rigward il-provi li hemm kontrija?

Iva. Għandek tingħata dokumenti (magħrufa bħala r-reġistru tal-provi – "book of evidence") li jinkludu l-provi kollha li jkunu ntużaw kontrik. Għandek tingħata wkoll informazzjoni dwar il-materjal li jkun irriżulta mill-investigazzjoni dwar id-delitt li allegatament tkun wettaqt, iżda li l-prosekuzzjoni ma tkunx beħsiebha toqgħod fuqu.

Ningħata informazzjoni dwar ix-xhieda li jixhdu kontrija?

Iva. Tista’ tikseb xi informazzjoni limitata dwar ix-xhieda li jixhdu kontrik. Int intitolat li tkun taf jekk għandhomx kondotta kriminali. Inti intitolat li titlob informazzjoni mingħandhom waqt il-proċess permezz ta’ kontroeżami mill-avukat tiegħek, jew permezz ta' investigazzjoni privata li għandha ssir mill-konsulenti legali tiegħek.

Inti m’intix intitolat għal lista eżawrjenti tad-dettalji personali tax-xhieda. Inti m’intix intitolat li tinterferixxi max-xhieda b'tali mod li jista' jidher bħala li qed tipprova tintimidahom jew li qed tipprova tibdel l-andament tal-ġustizzja. Azzjoni ta’ dan it-tip tista’ twassal biex il-ħelsien tiegħek fuq garanzija personali jiġi revokat, jew twassal biex tiġi mixli b’aktar akkużi separati.

Meta jingħatali r-reġistru tal-provi ("book of evidence")?

Jekk inti tittella’ l-qorti fuq akkuża ta’ delitt ta’ natura serja, dawn id-dokumenti għandhom jingħatawlek fi żmien 42 jum mid-data ta’ meta tkun ġejt mixli bl-akkuża. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li testendi l-perjodu ta’ żmien li fih l-istat għandu jagħtik dawn id-dokumenti.

X’jingħatali?

Jingħatalek ktieb ta’ dokumenti li jkun fih il-bażi tal-każ li l-Istat ikun beda kontrik. Il-ktieb mhuwiex dikjarazzjoni sħiħa tal-każ tal-Istat, u l-Istat jista’ jippreżenta provi addizzjonali kontrik sad-data meta jkun se jsir il-proċess quddiem il-qorti kriminali, kif ukoll matulu. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-provi li l-Istat għandu joqgħod fuqhom sabiex jiżgura kundanna għandhom jingħataw fil-qorti verbalment, minn xhieda li jkunu taħt ġurament.

Kif nista’ nikseb ir-reġistru tal-provi ("book of evidence") tiegħi?

Ir-reġistru tal-provi jingħatalek fil-qorti minn membru tal-Gardaí. Provi addizzjonali normalment jiġu ppreżentati lill-konsulent legali tiegħek, jew fl-uffiċċju legali tiegħu/tagħha, jew fil-qorti stess.

Nista' nintalab nagħti xi informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva. Il-Gardaí huma intitolati li jfittxu informazzjoni dwar l-imġiba tiegħek fil-passat għal skopijiet relatati mal-investigazzjoni tagħhom, u sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-eliġibilità tiegħek għal ħelsien tiegħek fuq garanzija personali f’każ li tiġi mixli. Huma jistgħu wkoll jirreferu għall-kondotta tiegħek f’każ li tinstab ħati, sabiex l-imħallef jew imħallfin ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar sentenza xierqa. Jista’ jiġi ammess ukoll rekord ta’ kundanni mogħtija f’pajjiżi oħra.

Jeżistu restrizzjonijiet dwar meta jistgħu jirreferu għall-imġiba tiegħi fil-passat?

Iva. Huma ma jistgħux jirreferu għall-imġiba tiegħek fil-passat waqt il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali sakemm il-konsulenti legali tiegħek ma jintroduċux l-imġiba tiegħek fil-kontroeżami tagħhom jew fit-trattazzjonijiet tagħhom quddiem il-qorti.

Links relatati

Aktar tagħrif dwar is-setgħat għat-tfittxija, id-detenzjoni u l-akkużi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar tagħrif dwar ir-rwol tal-GardaíIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.garda.ie/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Avukati Ewlenin tal-Istat u l-Uffiċċju tad-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet PubbliċiIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dppireland.ie/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar dettalji dwar il-leġiżlazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.irishstatutebook.ie/Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali tal-1984 (Trattament ta' Persuni li Jinsabu f'Detenzjoni f'Għases tal-Gardaí) Regolamenti tal-1987

Kunsill Irlandiż Dwar il-Libertajiet Ċivili


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2012

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali


X’jiġri qabel ma l-każ tiegħi jinstema’ fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Qabel ma l-każ tiegħek jinstema’ fil-proċess quddiem il-qorti kriminali, l-imħallef jiddeċiedi jekk għandekx tingħata ħelsien fuq garanzija personali. Ġeneralment, dan id-dritt għal ħelsien fuq garanzija personali jingħata. Tista’ tiġi miċħud minn dan id-dritt jekk jidher li m’intix se tkun preżenti għall-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali, jekk tkun ippruvajt thedded jew jekk jidher li se tkun se thedded lil xi xhud, jew jekk ikun hemm suspett li tkun se tagħmel reat serju ieħor.

Jekk tkun tixtieq li tagħmel użu minn alibi waqt il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali (jiġifieri persuna li tista’ tgħid li inti kont magħha fil-ħin meta jkun twettaq ir-reat), l-imħallef jgħidlek biex tinforma lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProsekuzzjoni dwar l-identità ta’ dik il-persuna.

Qabel ma jibda l-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali, inti għandek id-dritt li tkun taf x’inhu l-każ li qed isir kontrik. Għandek tingħata dikjarazzjonijiet dwar il-provi li jkun hemm kontrik meta ssaqsi għalihom.

Fejn isir il-proċess?

Inti tingħata l-isem tal-qorti u l-post fejn tkun tinsab il-qorti li fiha jkun se jsir il-proċess tiegħek. Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati tal-Irlanda huwa responsabbli għall-qrati kollha u jista’ jgħinek issib il-qorti fejn ikun se jsir il-proċess tiegħek.

Każijiet li jinvolvu akkużi minuri jinstemgħu fi Qrati Distrettwali, fejn l-imħallfin jiddeċiedu dwar il-każijiet b’mod indipendenti. Każijiet li jinvolvu akkużi ta’ natura aktar serja jinstemgħu fis-Circuit Courts jew fi Qrati Kriminali Ċentrali ("Central Criminal Courts"), fejn il-ġuriji jagħtu l-verdetti tagħhom.

Il-qrati huma miftuħin għall-pubbliku. Madankollu, meta l-akkużat ikun tifel jew tifla, jew il-każ ikun jittratta reat ta’ natura sesswali, il-kawża tinstema’ bil-magħluq.

L-akkużi jistgħu jinbidlu waqt li jkun għaddej il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, akkuża ma tistax tinbidel waqt li jkun għaddej il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Ċerti akkużi jistgħu jinbidlu, jekk il-liġi tippermetti li jsir hekk. Pereżempju, akkuża ta’ sewqan perikoluż tista’ tinbidel f’akkuża inqas serja ta’ sewqan b’nuqqas ta’ attenzjoni jekk l-imħallef jiddeċiedi li kont qed issuq b’mod traskurat, iżda mhux b’mod perikoluż.

Jekk waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali tiddikjara li inti ħati, l-imħallef imbagħad jieħu deċiżjoni dwar is-sentenza li għandu jagħti. L-imħallef jibbilanċja bejn il-gravità tar-reat u s-sitwazzjoni personali tiegħek qabel jieħu d-deċiżjoni. Għandu jingħatalek rikonoxximent għall-fatt li tkun ammettejt il-ħtija tiegħek.

Tista’ wkoll tiddikjara li inti ħati għal uħud mill-akkużi u mhux ħati għal oħrajn. L-imħallef jew il-ġurija jieħdu deċiżjoni dwar l-akkużi li tkun qed tikkontesta. Inti mbagħad tiġi kkundannat għall-akkużi li tkun iddikjarajt lilek innifsek bħala ħati għalihom, u għall-akkużi li tinstab ħati għalihom.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-maġġoranza tal-każijiet għandek tkun preżenti għall-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali. Jekk tonqos milli tidher il-qorti, l-imħallef jista’ joħroġ ordni biex tiġi arrestat u tittella’ l-qorti taħt kustodja. Jista’ jagħti l-każ li l-proċess jitkompla mingħajr ma inti tkun preżenti. Tista’ wkoll tiġi kkundannat mingħajr ma tkun preżenti għall-proċess.

Jekk ma tkunx tista’ tiġi l-qorti minħabba xi inċident jew mard, għandek tgħid lill-avukat tiegħek u tippreżentalu ċertifikat mediku li jispjega r-raġuni għalfejn ma dehertx.

Għandek id-dritt li tistaqsi għas-servizzi ta’ interpretu jekk ma tkunx qed tifhem x’qiegħed jingħad. Jekk inti nieqes mis-smigħ, għandek id-dritt li tistaqsi għas-servizzi ta’ interpretarjat bil-lingwa tas-sinjali.

Jekk tkun tixtieq tiddefendi lilek innifsek waqt il-kawża tiegħek, għandek ukoll id-dritt li tagħmel hekk. Jekk ma tkunx tiflaħ tħallas għal avukat biex jiddefendik, jista’ jinħatar wieħed għalik bħala parti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskema għall-Għajnuna Legali Waqt Proċeduri Kriminali, dejjem skont kemm tkun serja l-akkuża. Inti għandek id-dritt li tagħżel l-avukat tiegħek stess. Jekk ma tkun taf bl-ebda avukat, l-imħallef jista’ jagħżel wieħed għalik. Tista’ tibdel l-avukat tiegħek jekk ma tkunx kuntent bih.

Avolja dan mhuwiex meħtieġ, inti tista’ tagħżel li titkellem waqt il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali. Li tigdeb waqt li tixhed taħt ġurament jitqies bħala reat kriminali.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi li jitressqu kontra tiegħi?

Jekk il-provi li jiġu ppreżentati kontrik ma jkunux inkisbu skont il-liġi, inti tista’ tikkontestahom. Pereżempju jekk il-pulizija jkunu daħlu fid-dar tiegħek mingħajr mandat ta’ tfittxija, kwalunkwe provi li setgħu sabu hemm normalment ma jkunux jistgħu jintużaw.

Tista’ wkoll tikkontesta l-provi billi ssaqsi mistoqsijiet lix-xhieda, biex turi li qed jigdbu jew li dak li jkunu qed jgħidu jkun żbaljat. Tista’ wkoll titlob lix-xhieda biex jagħtu provi li huma rilevanti għad-difiża tiegħek, jew li jistgħu juru li x-xhieda tal-prosekuzzjoni jkunu qed jigdbu jew li dak li jkunu qed jgħidu jkun żbaljat.

Tista tqabbad investigatur privat biex jikseb il-provi għalik. Il-provi huma ammissibbli sakemm ikunu nkisbu b’mod legali.

Tista' titqies xi informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Provi relatati ma’ kundanni preċedenti li seta’ kellek Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidanormalment ma jitqisux waqt il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali.

Madankollu, meta jkunu qed jiddeċiedu dwar is-sentenza li tkun se tingħatalek, l-imħallfin jistgħu jqisu l-kundanni preċedenti li kellek. Dawn jistgħu jinkludu wkoll kwalunkwe kundanni li setgħu ngħatawlek f’pajjiżi oħra.

X’jiġri fl-aħħar tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk tinstab mhux ħati, il-proċess quddiem il-qorti jintemm u ma tingħata l-ebda kundanna.

Jekk tinstab ħati, jew jekk tammetti l-ħtija tiegħek, l-imħallef jiddeċiedi x’tip ta’ sentenza għandu jagħtik. Jista’ jkun li jkollok tħallas multa, jew li jkollok tiskonta sentenza l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħabs. L-imħallef jista’ jiddeċiedi li jissospendilek is-sentenza bil-kundizzjoni li ma twettaqx reati oħra.

L-imħallef jista’ jitlob lis-Servizzi tal-Probation biex jiktbu rapport dwarek qabel jaqta’ s-sentenza tiegħek. Il-persunal tas-Servizzi tal-Probation jgħidu lill-imħallef jekk intix f’kundizzjoni xierqa biex tiġi ssorveljat, bil-għan li jiġu ttrattati kwalunkwe problemi li jkunu qed iwasslu għall-imġiba kriminali tiegħek.

Fuq talba, is-Servizzi tal-Probation għandhom jgħidu lill-imħallef jekk inti tinsabx f'pużizzjoni li tagħmel xi Servizzi Komunitarji. Imbagħad l-imħallef jista’ jordnalek biex tagħmel sa 240 siegħa xogħol bla ħlas minflok tiskonta sentenza l-ħabs.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-vittma tieħu r-rwol ta’ xhud għall-prosekuzzjoni waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Il-vittmi jagħtu xhieda dwar dak li raw iseħħ fir-rigward tal-akkuża.

Jekk inti tinstab ħati jew tiddikjara lilek innifsek bħala ħati, l-imħallef iqis ukoll l-impatt tar-reat li tkun wettaqt fuq il-vittma.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBażi tad-dejta tal-leġiżlazzjoni Irlandiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBażi tad-dejta tal-każistika Irlandiża u ta' dik Ingliża


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2012

4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali


Nista’ nappella?

Inti tista’ tappella kontra kwalunkwe kundanna jew sentenza. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamod kif tappella jiddependi fuq liema qorti tkun semgħet il-każ tiegħek. Appelli mill-Qorti Distrettwali jinstemgħu fis-Circuit Court. Appelli mis-Circuit Court jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Ċentrali ("Central Criminal Court") jinstemgħu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appell Kriminali.

Jekk inti tixtieq li tappella mill-Qorti Distrettwali, għandek tippreżenta dokument imsejjaħ 'avviż ta’ appell' lill-prosekutur fi żmien 14-il jum. Għandek tippreżenta wkoll l-avviż ta’ appell u ċ-ċertifikat tan-notifika lill-iskrivan tal-qorti taż-żona fi żmien 14-il jum. Jekk inti tixtieq tappella mis-Circuit Court jew mill-Qorti Kriminali Ċentrali, għandek tapplika għal permess biex tappella mal-imħallef li jkun qed jieħu ħsieb il-proċess fi żmien tlett ijiem minn meta tingħata l-kundanna. Imbagħad għandek tippreżenta ‘avviż ta’ appell’ lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Appell Kriminali fi żmien sebat ijiem jekk il-permess ikun ġie rrifjutat, jew fi żmien 14-il jum jekk il-permess ikun ingħata. Normalment, l-avukat tiegħek jagħmel dan kollu għalik.

Jekk tkun qed tappella mill-Qorti Distrettwali, ikollok dritt għal ritrattazzjoni tal-każ tiegħek. Tkun intitolat ukoll biex tappella kontra s-sentenza tiegħek. Jekk inti tkun qed tappella mis-Circuit Court jew mill-Qorti Kriminali Ċentrali, tista’ tappella fuq punt ta’ liġi, jew jekk tkun tal-fehma li l-proċess tiegħek quddiem il-qorti ma kienx sodisfaċenti. Tista’ tappella wkoll kontra s-sentenza tiegħek.

X’jiġri jekk nappella?

Jekk inti tappella mill-Qorti Distrettwali, il-kundanna titwarrab sakemm jinstema’ l-appell tiegħek. Dan jeħtieġ li inti tintrabat b’patt, imsejjaħ recognisance, li jista’ jinvolvi l-ħlas ta’ ammont ta’ flus. Jekk tkun tinsab il-ħabs meta tappella mill-Qorti Distrettwali, inti intitolat li tiġi rilaxxat ladarba tkun ippreżentajt l-avviż ta’ appell u tkun qbilt li tagħti r-recognisance tiegħek. Jekk tkun il-ħabs u tkun tixtieq li tappella, l-awtoritajiet tal-ħabs ikunu jistgħu jagħtuk il-formoli meħtieġa.

Jekk inti tappella mill-Qorti Distrettwali, jista’ jkun li jgħaddu diversi xhur qabel ma l-appell tiegħek jinstema’. Jekk inti tappella mis-Circuit Court jew mill-Qorti Kriminali Ċentrali, jista’ jkun li jgħaddi perjodu ta’ żmien konsiderevolment itwal qabel ma l-appell tiegħek jinstema’.

Jekk inti tappella mill-Qorti Distrettwali, tkun intitolat li tipprovdi provi ġodda u tressaq argumenti legali differenti għall-appell. Jekk inti tappella mis-Circuit Court jew mill-Qorti Kriminali Ċentrali, ġeneralment ma jkunx permess li tippreżenta provi ġodda, u tkun tista’ tagħmel dan biss f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.

X’jiġri waqt is-smigħ tal-appell?

Jekk tappella mill-Qorti Distrettwali, ikollok dritt għal ritrattazzjoni tal-każ tiegħek. Jekk inti tappella mis-Circuit Court jew mill-Qorti Kriminali Ċentrali, inti jew l-avukat tiegħek tistgħu tindirizzaw lill-qorti rigward ir-raġuni għalfejn taħseb li l-kundanna tiegħek għandha tinbidel, jew għalfejn is-sentenza li ngħatatlek tkun, fil-fehma tiegħek, ibbażata fuq prinċipju żbaljat.

X’jiġri jekk l-appell jintlaqa’/ma jintlaqax?

Jekk l-appell jintlaqa’, il-każ jingħalaq u ma jkollok l-ebda obbligi oħra rigward il-każ. Jekk l-appell ma jintlaqax, il-qorti tal-appell tafferma l-kundanna tiegħek. Jekk il-qorti tal-appell tkun tal-fehma li s-sentenza hija bbażata fuq prinċipju żbaljat, din tista’ żżid jew tnaqqas is-sentenza oriġinali.

Ladarba l-appell tiegħek jinstema’, ma jkollok l-ebda dritt ieħor għal appell. Madankollu, il-Qorti tal-Appell Kriminali tista’ tippermettilek li tappella lill-Qorti Suprema, jekk ikun hemm punt ta’ liġi ta’ importanza pubblika eċċezzjonali.

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni ġenerali li tistipula li għandek tingħata xi tip ta’ kumpens jekk l-appell tiegħek jintlaqa’. Meta inti tappella kontra kundanna mal-Qorti tal-Appell Kriminali, tista’ tingħata kumpens jekk tkun ġarrabt inġustizzja. Dan iseħħ meta l-Qorti tal-Appell Kriminali tibdel kundanna u tiċċertifika li fatt li jkun għadu kemm ġie żvelat juri li kien hemm inġustizzja. Dan iseħħ biss f’każijiet rari. Jekk il-Qorti tal-Appell Kriminali tiċċertifika li tkun seħħet inġustizzja, inti tista’ titlob kumpens mingħand il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinistru tal-Ġustizzja.

Kundanna tiġi rreġistrata kontra tiegħek ladarba l-imħallef isibek ħati ta’ reat.

Il-kundanna titqies bħala waħda finali ladarba inti tinstab ħati, jew jekk tiddikjara lilek innifsek ħati. Madankollu, xorta waħda jkollok id-dritt għall-appell. Jekk l-appell tiegħek jintlaqa’, il-kondotta tiegħek għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe kundanna.

Jiena ċittadin ta’ Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura f’pajjiżi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk tinstab ħati ta’ reat kriminali, il-qorti ma tistax tibagħtek lura lejn pajjiżek. Madankollu, il-qorti tista’ tirrakkomanda lill-Ministru tal-Ġustizzja li tiġi deportat. Hija tista’ wkoll tissospendi s-sentenza kollha tiegħek jew parti minnha, bil-kundizzjoni li titlaq mill-pajjiż. Dan ma jfissirx li inti tkun se tiġi deportat, iżda jekk tonqos milli titlaq mill-pajjiż, tiġi miżmum taħt arrest. Jekk tinsab il-ħabs, tista’ tapplika mal-Ministru tal-Ġustizzja biex tiġi ttrasferit barra mill-Irlanda bil-għan li tiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħek fi Stat Membru ieħor.

Jekk ninstab ħati, nista’ nerġa’ niġi ġġudikat għall-istess delitt?

Jekk tiġi kkundannat, ma tistax terġa’ tiġi ġġudikat għall-istess delitt. Jekk inti tkun ġejt ikkundannat fi Stat Membru ieħor, ma tistax terġa’ tiġi ġġudikat għall-istess delitt fl-Irlanda.

Informazzjoni dwar l-akkużi/il-kundanna

Fil-kondotta tiegħek jidhru s-sentenzi kollha li jkunu nqatgħu kontrik. Jekk int adult, din l-informazzjoni tinżamm b’mod permanenti mill-Gardaí (il-korp nazzjonali tal-pulizija). Il-Gardaí jista’ wkoll ikollhom informazzjoni oħra dwarek. Għandek id-dritt li titlob li kull informazzjoni dwarek li mhijiex eżatta, tiġi rranġata jew titħassar. Tista’ titlob din l-informazzjoni mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGarda Central Vetting Unit (ir-reġistru tal-kondotti tal-Gardaí). F’każ li l-Gardaí ma jagħtukx aċċess għal din l-informazzjoni, jew jekk ma jkunux iridu jikkoreġu informazzjoni dwarek li mhijiex eżatta, inti jkollok id-dritt li tapplika mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati Irlandiżi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord għall-Informazzjoni għaċ-Ċittadini

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2012

5 - Reati tat-traffiku fit-triq u reati minuri oħra


X’azzjoni tittieħed fir-rigward ta' reati tat-traffiku fit-triq?

Reati minuri, bħal sewqan b’veloċità eċċessiva, l-użu ta' telefon ċellulari waqt is-sewqan jew ipparkjar illegali normalment jiġu ttrattati permezz ta' “avviż ta' penali fissa”, li jagħtik żmien definit biex tħallas multa bil-posta. Jekk ma tħallasx il-multa, il-każ tiegħek jittella’ l-qorti. Jista’ jagħti l-każ li tingħata avviż fil-ħin meta jsir ir-reat, iżda jista' wkoll jintbagħatlek avviż fl-indirizz tiegħek.

Uħud mill-avviżi ta' multa fissa jistgħu jinvolvu ż-żieda ta’ “punti penali” fuq il-liċenzja tiegħek tas-sewqan. Jekk jingħatawlek tnax-il punt penali b'kollox fi żmien tliet snin, ma tkunx tista’ ssuq aktar fl-Irlanda. Jekk tħallas l-avviż ta' penali fissa, jingħatawlek inqas punti penali milli kieku l-każ tiegħek kellu jittella' l-Qorti bir-riżultat li tiġi kkundannat. Bħalissa l-Unjoni Ewropea qed taħdem fuq proġett li permezz tiegħu se jiġu armonizzati r-rekords kollha relatati mal-liċenzji tas-sewqan tal-Istati Membri.

 

Ir-reati relatati mas-sewqan kważi dejjem jiġu mmaniġġjati minn membru tal-Gardaí komuni. Għandek tkun taf li l-liġi Irlandiża tistipula li s-sewwieqa kollha li jsuqu fl-Irlanda għandhom iżommu l-liċenzja tas-sewqan fuqhom, u li għandhom jippreżentawha f’każ li tintalab minn membru tal-Gardaí.

Jekk inti ċittadin ta’ Stat Membru ieħor u toqgħod ġewwa l-Irlanda, int tiġi ttrattat bl-istess mod matul il-proċess kollu, daqs li kieku kont ċittadin Irlandiż.

Jekk il-każ tiegħek jittella’ l-Qorti, dan jinstema’ fil-Qorti Distrettwali lokali (il-qorti tal-inqas livell), minn imħallef u mingħajr ġurija. Jekk ma tkunx sodisfatt bir-riżultat, tista’ tappella d-deċiżjoni f’qorti ta’ livell ogħla, kemm jekk l-appell ikun relatat ma' kundanna kif ukoll jekk ikun jirrigwarda xi penali (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 4).

Dawn ir-reati jitniżżlu fuq il-kondotta tiegħi?

Il-kundanni kollha relatati mas-sewqan jiġu rreġistrati fir-reġistru kompjuterizzat tal-Gardaí. Każijiet minuri ħafna, bħal pereżempju sewqan b’veloċità eċċessiva, normalment ma jitqisux bħala kundanni kriminali. Madankollu jekk tiġi mixli b’akkuża ta’ natura aktar serja, bħal pereżempju sewqan perikoluż, sewqan waqt li tkun taħt l-influwenza tal-alkoħol jew sewqan mingħajr polza ta’ assigurazzjoni valida, il-kundanni jitniżżlu fil-kondotta tiegħek. Reati bħal dawn jiġu ttrattati skont il-proċedura stabbilita fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 4. Jekk tiġi mixli b’reat ta’ dan it-tip, għandek titlob għajnuna legali minnufih.

X’azzjoni tittieħed fir-rigward ta' reati minuri oħra?

L-aktar reati minuri komuni li jseħħu huma s-sewqan b’veloċità eċċessiva u l-użu ta' telefon ċellulari waqt is-sewqan. Diversi reati oħra, bħal pereżempju l-użu ta’ karreġġjati riżervati għall-karozzi tal-linja, jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-“avviż ta' penali fissa”, iżda ma jinvolvux l-għoti ta' punti penali. Sewqan mingħajr attenzjoni xierqa għal persuni oħra li jkunu qed jużaw it-triq, li jinvolvi sewqan ta' traskuraġni, jinvolvi l-għoti ta’ multa u ta’ punti penali.

Jekk ma tħallasx l-avviż ta' penali fissa, tittella’ l-qorti. Bħal kif issemma hawn fuq, il-każ jinstema’ f’Qorti Distrettwali. Kif issemma' hawn fuq, dejjem tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2012

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Greċja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew tiġi akkużata b’delitt li jiġi ttrattat permezz ta’ proċess quddiem qorti.


Sommarju tal-proċedura kriminali

L-investigazzjoni/il-bidu tal-proċeduri

Din il-parti tal-proċedura tibda bil-Prosekutur li jiġi nnotifikat li probabbilment twettaq delitt. Hija tkompli billi jinbdew il-proċeduri kriminali u tintemm billi l-konvenut jew jitressaq quddiem qorti ħalli jgħaddi minn proċess jew billi jiġi rtirat kwalunkwe kap ta' akkuża fil-konfront tiegħu.

Din il-fażi għandha l-għanijiet li tħoll kemm jista’ jkun il-kobba mħabbla tal-każ u li jiġi ddeterminat jekk hemmx indikazzjonijiet qawwija li l-imputat wettaq id-delitt sabiex jiġi deċiż jekk jitressaqx jew le għal proċess quddiem il-qorti kompetenti.

Is-smigħ fil-qorti

F’din il-fażi, il-kawża tinstema’ quddiem il-qorti sakemm jintlaħaq u jingħata verdett.

Ir-rimedji

Dan jirreferi għall-mezzi pprovduti bil-liġi lil persuna biex din tkun tista’ timpunja d-deċiżjoni ta’ qorti kriminali.

Dawn il-mezzi huma:

  • appell, li għandu l-għan li jemenda jew jannulla d-deċiżjoni li qed tiġi impunjata fuq il-bażi tal-fatti jew fuq il-bażi ta’ punti ta’ liġi.
  • proċess ġdid tal-każ quddiem qorti kriminali, u revoka tas-sentenza sabiex id-deċiżjoni li qed tiġi impunjata tiġi annullata b’mod parzjali jew sħiħ minħabba raġunijiet legali.

Tista’ ssib dettalji dwar dawn il-fażijiet kollha fil-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss sabiex tagħti gwida ġenerali.

Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku fit-triq, li ġeneralment min iwettaqhom jeħel piena fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri ta' prosekuzzjonijiet kriminali li jiġu adottati fl-Istati Membri differenti u ma tistax tassistik jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt u qabel mal-każ jitressaq quddiem il-qorti

  • L-eżami preliminari/inkjesta/investigazzjoni kriminali.
  • L-arrest/it-termini restrittivi/l-arrest preventiv
  • Il-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża
  • Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 –Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Il-ksur tar-regoli tat-traffiku u reati minuri oħrajn


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

1 - Kif tikseb parir legali

Huwa ferm importanti li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod tkun involut fi proċedura kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi inti jkollok id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll dak li l-avukat se jagħmel għalik. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu d-drittijiet tal-avukat jekk inti ma jkollokx il-possibbiltà li tħallas.


Kif issib avukat

Jekk inti teħtieġ avukat u ma intix qed tinżamm taħt arrest preventiv tista’ tikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Ateni jew lill-Assoċjazzjoni tal-Avukati tar-reġjun fejn għandu jsir il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali (eż. l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Tessaloniki, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Piraeus, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Heraklion, eċċ.).

Jekk inti teħtieġ avukat u qed tinżamm taħt arrest preventiv, inti tista’ titlob lill-pulizija jew lill-awtoritajiet tal-ħabs sabiex jgħinuk issib avukat jew jirreferuk lill-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati msemmija iktar ’il fuq.

Kif jitħallas l-avukat

Inti tista’ tirċievi għajnuna legali mingħajr ħlas jekk l-introjtu tiegħek ikun baxx. L-għajnuna legali mingħajr ħlas tikkonsisti fil-ħatra ta’ avukat biex jirrappreżentak. Il-ħatra tapplika sakemm jintemm il-proċess quddiem il-qorti kriminali jew sakemm tintemm il-proċedura quddiem qrati tal-istess livell, kif ukoll kwalunkwe appell kontra d-deċiżjoni.

Avukat jista’ jintħatar:

  • waqt l-abbozzar u l-preżentata tal-att ta' akkuża fil-każ ta’ ċerti reati ddefiniti speċifikatament,
  • waqt il-fażi tal-investigazzjoni kriminali u s-smigħ tal-kawża meta d-delitt inkwistjoni jkun delitt gravi (felony),
  • waqt is-smigħ tal-kawża, għal delitti minuri (misdemeanours) li jinstemgħu minn Qorti tad-Delitti Minuri (Misdemeanours Court) bi tliet membri li jingħataw sentenza minima ta’ sitt xhur priġunerija,
  • sabiex tressaq appell u sabiex jirrappreżentak waqt is-smigħ tal-appell quddiem il-qorti tat-tieni istanza, meta tkun ingħatajt sentenza ta’ mill-inqas sitt xhur priġunerija mill-qorti tal-prim’istanza,
  • sabiex tressaq appell fuq punt tal-ligi meta tkun ingħatajt sentenza ta’ mill-inqas sena priġunerija,
  • sabiex tressaq talba għal proċess mill-ġdid meta tkun ingħatajt sentenza ta’ mill-inqas sitt xhur priġunerija.

Inti għandek id-dritt għal għajnuna legali mingħajr ħlas anki jekk l-introjtu tiegħek mhuwiex eċċessivament baxx, sakemm inti tista’ tipprova li ma tistax tħallas l-ispejjeż legali minħabba d-differenzi li hemm bejn l-għoli tal-ħajja tal-Istat Membru fejn għandek ir-residenza permanenti tiegħek u dak tal-Greċja.

Sabiex tirċievi għajnuna legali mingħajr ħlas u jinħatar avukat f’ismek, jeħtieġ li inti tressaq talba quddiem il-Qorti li għandha tisma’ l-kawża tiegħek jew quddiem il-Qorti fejn għandu jinstema’ l-appell tiegħek jew fejn għandha tinstema’ t-talba tiegħek għal kawża mill-ġdid quddiem il-qorti kriminali.

Din it-talba trid titressaq 15-il jum qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali jew qabel l-azzjoni li fir-rigward tagħha qed titlob l-għajnuna legali. It-talba trid tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tas-suġġett tal-proċess quddiem il-qorti kriminali jew tal-azzjoni kif ukoll il-provi tal-eliġibbiltà tiegħek għal għajnuna legali mingħajr ħlas u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa rigward l-istatus finanzjarju tiegħek (ara, f’iktar dettall, il-Liġi 3226/4-2-2004, Il-Gazzetta tal-Gvern Α’ 24/2004).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma' l-każ jitressaq quddiem il-qorti


X’inhu l-iskop ta’ investigazzjoni?

L-iskop huwa li jinġabru u jiġu ppreservati l-provi u li tinkiseb kwalunkwe traċċa li tħalliet fuq il-post tad-delitt.

X’inhuma l-fażijiet ta’ investigazzjoni?

L-eżami preliminari/inkjesta/investigazzjoni kriminali:

Permezz ta’ eżami preliminari, il-Prosekutur jistabbilixxi jekk akkuża tkunx fondata u x’inhi l-probabbiltà li twettaq delitt.

L-inkjesta ssir prinċipalment f’każijiet fejn il-persuna suspettata nqabdet hekk kif kienet qed twettaq ir-reat jew fil-każ li dewmien jagħti lok għal riskju immedjat.

L-investigazzjoni kriminali titwettaq biss fil-każ ta’ delitti iktar serji

L-arrest – Ir-restrizzjonijiet – L-arrest preventiv

Meta l-persuna suspettata tkun ġiet skoperta hekk kif kienet qed twettaq id-delitt jew ġiet arrestata sa jum wara li twettaq id-delitt, huwa possibbli li hija tiġi arrestata mingħajr mandat.

Fejn il-persuna suspettata ma nqabditx hekk kif kienet qed twettaq id-delitt, ikun meħtieġ mandat.

Il-persuna arrestata titressaq quddiem il-Prosekutur fi żmien 24 siegħa.

Ir-restrizzjonijiet (pereżempju il-garanzija, l-obbligu tal-konvenut li jirrapporta f’għassa tal-pulizija b’mod regolari, il-projbizzjoni li l-imputat iħalli l-pajjiż) jiġu imposti sabiex jiġi evitat li jitwettqu iktar reati u jiġi żgurat li l-imputat jattendi għall-interrogazzjoni tal-pulizija u fil-Qorti.

L-arrest preventiv: Jekk ir-restrizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma jkunux suffiċjenti, f’każijiet ta’ delitti iktar serji, il-persuni suspettati jistgħu jinżammu taħt arrest preventiv. Arrest preventiv bħal dan jista’ jdum sa 18-il xahar fir-rigward ta' delitti gravi (felonies) jew 12-il xahar fil-każ ta' delitti gravi (felonies) inqas serji u sitt xhur fil-każ ta' omiċidju involontarju rikorrenti li kien ir-riżultat ta’ negliġenza. Dan il-perjodu jiġi skontat fil-ħabs.

Il-proċeduri quddiem id-Diviżjonijiet tal-Akkuża

Inti tista’ tirrikorri quddiemhom sabiex tara li r-restrizzjoniijiet jew l-arrest preventiv jiġu annullati, jew sabiex tilmenta dwar kwalunkwe irregolarità li kien hemm waqt il-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Min għandu r-responsabbiltà biex titwettaq kull waħda minn dawn il-fażijiet?

L-eżami preliminari jitwettaq mill-uffiċjali investigattivi u mill-Prosekutur.

L-inkjesta titwettaq mill-persuni msemmija iktar ’il fuq inkluż il-Maġistrat Inkwirenti u fl-aħħar nett, l-investigazzjoni kriminali jew l-interrogazzjoni titwettaq biss mill-Maġistrat Inkwirenti.

Arrest jiġi ordnat mid-Diviżjoni tal-Akkuża jew mill-Maġistrat Inkwirenti. F’każijiet fejn il-persuna ssuspettata tinqabad waqt li qed twettaq id-delitt, l-investigaturi u l-uffiċjali tal-pulizija kkonċernati għandhom obbligu, u ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt, li jarrestaw lill-awtur. Ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà personali u l-arrest preventiv jiġu ordnati mill-Maġistrat Inkwirenti bil-kunsens tal-Prosekutur u tad-Diviżjoni tal-Akkuża.

Il-proċeduri quddiem id-Diviżjonijiet tal-Akkuża jitwettqu minn kunsilli ġudizzjarji bi tliet membri, fil-preżenza tal-Prosekutur.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib informazzjoni iktar dettaljata dwar id-drittijiet tiegħek waqt l-investigazzjoni.

L-eżami preliminari, l-inkjesta, l-investigazzjoni kriminali (1)

X’inhu l-iskop ta’ dawn il-proċeduri?

L-iskop tal-eżami preliminari huwa biex il-Prosekutur jistabbilixxi jekk l-akkuża tkunx fondata u jiddeċiedi jekk jibdiex proċeduri kriminali.

L-inkjesta titwettaq f’każijiet fejn il-persuna ssuspettata tkun inqabdet fil-fatt jew fil-każ li dewmien jagħti lok għal riskju immedjat (pereżempju li l-marki tas-saqajn jew il-marki tas-swaba’ jintilfu, eċċ.).

L-investigazzjoni kriminali titwettaq biss fil-każ ta’ delitti gravi (felonies) jew ta’ delitti minuri (misdemeanours) prinċipali. L-inkjesta u l-investigazzjoni kriminali jsiru sabiex jiġu stabbiliti, jinġabru u jiġu ppreservati l-provi kif ukoll jinkisbu t-traċċi tad-delitt.

Min huwa responsabbli f’din il-fażi?

L-eżami preliminari jitwettaq mill-uffiċjali investigattivi u mill-Prosekutur.

L-inkjesta titwettaq mill-persuni msemmija iktar ’il fuq, flimkien mal-Maġistrat Inkwirenti.

L-investigazzjoni kriminali titwettaq biss mill-Maġistrat Inkwirenti.

L-eżami preliminari u l-investigazzjoni preliminari jiġu superviżjonati mill-Prosekutur tal-Qorti tad-Delitti Minuri (Misdemeanours Court) u l-investigazzjoni kriminali tiġi superviżjonata mill-Prosekutur tall-Qorti tal-Appell.

Japplika xi limitu ta’ żmien?

L-eżami preliminari jdum minn 4sa 8 xhur. It-tul taż-żmien massimu għall-investigazzjoni kriminali huwa ta' 18-il xahar. Jekk titwettaq investigazzjoni supplimentari, din iddum minn 3 sa 5 xhur.

Fil-bliet prinċipali, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jiġu estiżi. Ma hemm l-ebda sanzjoni għal nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-limiti ta’ żmien.

Il-limitu ta’ żmien biex jingħataw spjegazzjonijiet waqt l-eżami preliminari u ssir dikjarazzjoni waqt l-investigazzjoni preliminari u l-investigazzjoni huwa mill-inqas ta’ 48 siegħa u jista’ jiġi estiż.

Ma hemm l-ebda sanzjoni fil-każ li inti ma tosservax il-limitu ta’ żmien fir-rigward tal-ewwel żewġ proċeduri. Madankollu, fil-każ ta’ investigazzjoni kriminali jekk il-limitu ta’ żmien iffissat ma jiġix osservat, il-Maġistrat Inkwirenti għandu d-dritt li joħroġ mandat sabiex l-imputat jitressaq quddiem il-Qorti bil-forza u/jew mandat ta’ arrest.

X’se jingħad lili dwar dak li jkun għaddej?

Malli tirċievi ċitazzjoni biex tipparteċipa fil-proċeduri li ġew deskritti fil-qosor iktar ’il fuq, inti għandek id-dritt li:-

  • titlob fotokopja tad-dokumenti legali rilevanti kollha, li tħallas inti stess, mingħand l-uffiċjal investigattiv, inkluża deskrizzjoni tal-akkużi,
  • titlob li jiġi ffissat limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas 48 siegħa, u
  • taħtar avukat.

Jiġi pprovdut interpretu jekk jiena ma nitkellimx il-lingwa?

Iva. L-interpretu jittraduċi x-xhieda tiegħek lill-uffiċjali investigattivi kif ukoll il-mistoqsijiet tagħhom.

F’liema fażi nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Hekk kif tidher quddiem uffiċjal investigattiv, inti tista’ titlob biex jiġi nnotifikat l-avukat tiegħek jew titħalla ċċempillu inti stess. Inti għandek ukoll id-dritt li tirrifjuta li tixhed qabel ma jasal l-avukat tiegħek.

L-awtoritajiet huma obbligati biss jiżguraw irwieħhom li jkun disponibbli interpretu waqt l-eżami tiegħek. Għall-bqija tal-ħin, trid tkun inti li tagħmel arranġamenti mal-avukat tiegħek jekk jeħtieġ li inti jkollok interpretu għad-dispożizzjoni tiegħek.

Huwa obbligatorju li jiena niġi rrappreżentat minn avukat? Nista’ nagħżel lill-avukat tiegħi?

Huwa mandatorju biss fil-każ ta’ delitti gravi (felonies). L-għażla ta’ avukat titħalla f’idejk. Madankollu, jekk inti ma jkollokx avukat f’każ ta’ delitt gravi (felony), il-Maġistrat Inkwirenti jaħtarlek wieħed waqt l-investigazzjoni.

Nintalab nagħti informazzjoni? Għandi nipprovdi informazzjoni?

Jistgħu jsirulek mistoqsijiet dwar l-akkużi. Inti għandek id-dritt li ma tweġibx ċerti mistoqsijiet jew li tibqa’ sieket il-ħin kollu u għandek ukoll id-dritt li ma tinkriminax lilek innifsek. Inti tista’ tirrifjuta li twieġeb dak kollu li jista’ jagħmel ħsara lill-każ tiegħek.

Nista’ nikkuntattja lil membru tal-familja jew lil xi ħabib?

Inti għandek id-dritt li tikkomunika mal-familja jew mal-ħbieb tiegħek bit-telefon. Jingħata permess għal żjarat mill-membri tal-familja tiegħek u b’mod eċċezzjonali mill-ħbieb tiegħek.

Nista’ nara tabib jekk inkun neħtieġ wieħed?

Jekk ikollok problema ta’ saħħa tista’ titlob biex tara tabib.

Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tal-pajjiż tal-oriġini tiegħi?

Iva, inti għandek id-dritt li tagħmel dan.

Jiena minn pajjiż ieħor. Bilfors irrid inkun preżenti waqt l-investigazzjoni?

Le.

Nista’ nieħu sehem b’konnessjoni bil-vidjo?

Fil-Greċja, il-liġi ma tipprovdix għal parteċipazzjoni permezz ta’ konnessjonijiet bil-vidjo.

Nista’ nintbagħat lura fil-pajjiż tal-oriġini tiegħi?

F’din il-fażi, inti ma tistax tiġi ddeportat.

F’liema ċirkustanzi nista’ ninżamm taħt arrest preventiv jew niġi lliberat?

Inti tinżamm taħt arrest preventiv jekk ikun hemm indikazzjonijiet qawwija li inti wettaqt reati serji u

  • ma għandek l-ebda indirizz magħruf fil-Greċja,
  • ħadt passi sabiex titlaq mill-pajjiż,
  • fl-imgħoddi kont maħrub mill-ġustizzja,
  • ġejt ikkundannat talli ħrabt mill-ħabs jew talli tajt assistenza lil persuna miżmuma taħt arrest biex taħrab jew ksirt ir-restrizzjonijiet tal-post ta’ residenza, kif ukoll jekk
  • hemm raġunijiet biex l-awtoritajiet jemmnu li biħsiebek taħrab,
  • kellek kundanni preċedenti, u dan probabbilment se twettaq iktar delitti.

Jistgħu jiġu imposti wkoll kundizzjonijiet restrittivi fil-konfront tiegħek jew tista’ tiġi lliberat.

Xi drittijiet/x’obbligi għandi?

Inti għandek id-dritt li tingħata żmien sabiex tistudja l-fajl tal-qorti u li taħtar sa żewġ avukati. Inti trid tidher personalment waqt l-investigazzjoni għaliex il-preżenza tal-avukat tiegħek biss mhix suffiċjenti.

Jekk il-Maġistrat Inkwirenti jiddeċiedi li inti trid tinżamm temporanjament taħt arrest preventiv inti tista’ tressaq appell kontra din id-deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża. Inti tista’ tressaq appell anki quddiem il-Maġistrat Inkwirenti stess jew quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża sabiex id-deċiżjoni li tinżamm taħt arrest preventiv tiġi revokata jew tiġi sostitwita b’restrizzjonijiet oħrajn.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż waqt l-investigazzjoni?

Iva, inti tista’ titlaq mill-pajjiż jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda kundizzjoni li tipprojbilek it-tluq.

Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA

Għal iktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek, ara Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA (4).

Nista’ nappella?

Jekk ittieħdet azzjoni invalida bħala parti mill-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali inti tista’ tressaq appell quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża fejn titlob li din tiġi annullata u li l-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali tiġi ripetuta.

Nista’ niddikjara li jiena ħati tal-akkużi kollha jew ta’ wħud minnhom qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti tista’ tammetti l-ħtija tiegħek fi kwalunkwe fażi qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Inti tista’ wkoll tirrevoka dikjarazzjoni ta’ ħtija. Ikun xi jkun il-każ, il-qorti hija libera li tevalwa l-istqarrija tiegħek.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi tal-akkuża ma jistgħux jinbidlu; jistgħu biss jiġu fformulati b’mod iktar preċiż. Ma jista’ jiġi miżjud l-ebda kap ta' akkuża ġdid.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Inti tista’ tiġi akkużat jekk ir-reat twettaq f’pajjiż barrani kontra ċittadin Grieg u jiġi kklassifikat bħala delitt gravi (felony) jew delitt minuri (misdemeanours) fil-liġi Griega. Fil-każ ta’ delitti serji, il-liġijiet Griegi japplikaw għal kulħadd, irrispettivament mil-liġijiet fis-seħħ fil-post fejn twettaq id-delitt.

Inkun mgħarraf dwar ix-xhieda li għamlu dikjarazzjonijiet kontra tiegħi?

Inti għandek id-dritt għal informazzjoni bħal din peress li inti tista’ tingħata d-dokumenti kollha fil-fajl tal-qorti, li jinkludu d-dikjarazzjonijiet tax-xhieda. Inti tista’ tingħata l-informazzjoni qabel ma tħejji d-difiża tiegħek, u anki wara.

Ningħata informazzjoni dwar provi oħrajn kontra tiegħi?

L-investigatur għandu l-obbligu li jipprovdik b’fotokopji tal-fajl tal-qorti u li jurik il-materjal kollu rilevanti qabel ma inti tagħti r-rendikont tiegħek.

Nintalab nagħti informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-Maġistrat Inkwirenti jirċievi l-kondotta tiegħek fil-fażi tal-investigazzjoni kriminali b’mod awtomatiku.

L-arrest/ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-libertà/l-arrest preventiv (2)

Għaliex jittieħdu dawn l-azzjonijiet?

Meta min wettaq id-delitt inqabad hekk kif kien qed iwettaq delitt, l-arrest tiegħu għandu l-għan li jiżgura li huwa se jitressaq quddiem qorti. F’każijiet oħrajn ta’ arrest, ta’ arrest preventiv u ta’ impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment, l-għan huwa li jiġi żgurat li l-konvenut jidher quddiem l-awtoritajiet investigattivi u ġudizzjarji.

Min huwa responsabbli?

L-arrest jiġi ordnat jew mid-Diviżjoni tal-Akkuża jew mill-Maġistrat Inkwirenti. L-arrest preventiv u l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet restrittivi jiġu ordnati wkoll mill-istess persuni. Fejn l-awtur tad-delitt jinqabad hekk kif ikun qed iwettaq id-delitti, l-arrest jista’ jitwettaq mill-investigaturi jew mill-uffiċjali tal-pulizija.

Japplikaw xi limiti ta’ żmien?

Ladarba inti tiġi arrestat, trid titressaq quddiem il-Prosekutur fi żmien 24 siegħa. Fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-limitu ta’ żmien ma jkun hemm l-ebda riperkussjoni sa fejn għandek x’taqsam inti. Hemm ukoll limitu ta’ żmienu fuq kwalunkwe kundizzjoni li permezz tagħha inti tkun trid tirrapporta f’intervalli regolari lill-pulizija. Fil-każ li inti ma tosservax dan il-limitu ta’ żmien, l-arrest preventiv jista’ jissostitwixxi l-kundizzjoni li inti tirrapporta lill-pulizija.

X’se jingħad lili dwar dak li jkun għaddej?

Meta tinqabad waqt li tkun qed twettaq delitt, malli tiġi arrestat, l-uffiċjali tal-pulizija jridu jgħidulek għaliex ġejt arrestat. Jekk inti titressaq quddiem il-Maġistrat Inkwirenti, inti se tiġi informat b’mod sħiħ dwar il-kapi ta' akkuża li tkun qed tiffaċċja. L-istess japplika fil-każ li jiġu imposti kundizzjonijiet li jillimitaw il-libertà tiegħek u fil-każ li tinżamm taħt arrest preventiv.

Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar dawn il-kwistjonijiet, suppost li inti tkun irċevejt id-dokumenti legali rilevanti kollha mingħand il-Maġistrat Inkwirenti.

Jiġi pprovdut interpretu jekk jiena ma nitkellimx il-lingwa?

Jekk inti ma titkellimx il-lingwa, inti tinfumahom mill-ewwel u għandek titlob interpretu. L-interpretu se jittraduċi dak kollu li tgħid, il-mistoqsijiet kollha li jsirulek u kwalunkwe dokument li jintwera lilek.

F’liema fażi nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Jekk tiġi arrestat, inti tista’ titlob li l-avukat tiegħek jiġi nnotifikat immedjatament jew li tinti titħalla tagħmel telefonata. Barra minn hekk, inti għandek id-dritt li tirrifjuta li twieġeb il-mistoqsijiet jekk l-avukat tiegħek ma jiġix.

Jekk ma taf bl-ebda avukat, inti tista’ tikkuntattja lill-ambaxxata tiegħek jew lill-assoċjazzjoni tal-avukati lokali. Li jkollok interpretu disponibbli sabiex tkun tista’ tikkomunika mal-avukat tiegħek hija kwistjoni li trid tieħu ħsiebha inti, mhux l-awtoritajiet investigattivi. F’każ li jiġu imposti kundizzjonijiet li jirrestrinġu l-movimenti tiegħek jew f’każ li tinżamm taħt arrest preventiv, l-ewwel kellem lill-avukat tiegħek. Huwa jagħmel dikjarazzjonijiet f’ismek u jkun preżenti waqt l-investigazzjoni kriminali.

Bilfors irrid niġi rappreżentat minn avukat? Nista’ nagħżel lill-avukat tiegħi?

Dan huwa mandatorju biss fil-każ ta’ delitti gravi (felonies). Inti għandek id-dritt li tagħżel lill-avukat tiegħek. Madankollu, fil-każ ta’ delitt gravi (felony), jekk inti ma jkollokx avukat, jinħatar wieħed għalik waqt l-investigazzjoni, fuq talba tiegħek.

Tista’ ssirli xi xorta ta’ talba għal informazzjoni? Obbligat nagħti l-informazzjoni li nintalab nipprovdi?

Se jsirulek mistoqsijiet dwar l-akkużi. Inti tista’ tirrifjuta li twieġeb dak kollu li jista’ jagħmel ħsara lill-każ tiegħek.

Nista’ nikkuntattja lil membru tal-familja jew lil xi ħabib?

Inti għandek id-dritt li titlob lill-investigaturi biex iħalluk tikkuntattjahom.

Nista’ nara tabib jekk inkun neħtieġ wieħed?

Iva, jekk inti għandek kwalunkwe problema ta’ saħħa.

Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tiegħi jekk jiena minn pajjiż ieħor?

Iva, inti għandek id-dritt li tagħmel dan.

Jiena minn pajjiż ieħor. Bilfors irrid inkun preżenti waqt l-investigazzjoni?

Inti ma intix obbligat tagħmel dan, sakemm ma jintalabx li ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek (body search).

Nista’ nieħu sehem b’konnessjoni bil-vidjo?

L-investigazzjoni ta’ reat permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo għadha ma ġietx inkluża fil-liġi.

Nista’ nintbagħat lura fil-pajjiż tal-oriġini tiegħi?

F’din il-fażi inti ma tistax tiġi ddeportat.

F’liema ċirkustanzi nista’ ninżamm taħt arrest preventiv jew niġi lliberat?

Inti tinżamm taħt arrest preventiv jekk il-Maġistrat Inkwirenti jaqbel mal-Prosekutur jew jekk jiġi ordnat mid-Diviżjoni tal-Akkuża. Inti tinżamm taħt arrest preventiv jekk ikun hemm indikazzjonijiet qawwija li inti wettaqt reati serji u:

  • m'għandek l-ebda indirizz magħruf fil-Greċja,
  • ħadt passi sabiex titlaq mill-pajjiż,
  • fl-imgħoddi kont maħrub mill-ġustizzja,
  • ġejt ikkundannat talli ħrabt mill-ħabs jew talli tajt assistenza lil persuna miżmuma taħt arrestbiex taħrab jew talli ksirt ir-restrizzjonijiet tal-post ta’ residenza, kif ukoll jekk
  • hemm raġunijiet biex l-awtoritajiet jemmnu li biħsiebek taħrab,
  • jkollok kundanni preċdenti.

Jistgħu jiġu imposti wkoll kundizzjonijiet restrittivi fil-konfront tiegħek jew tista’ tiġi lliberat.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi?

Inti għandek id-dritt li tingħata żmien sabiex tistudja l-fajl tal-qorti u li taħtar sa żewġ avukati. Jekk inti tinżamm taħt arrest preventiv inti tista’ tressaq appell kontra din id-deċiżjoni tal-Maġistrat Inkwirenti fi żmien ħamest ijiem quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża. Inti tista’ tressaq appell anki quddiem il-Maġistrat Inkwirenti stess jew quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża sabiex id-deċiżjoni li inti tinżamm taħt arrest preventiv tiġi revokata jew sostitwita b’kundizzjonijiet oħrajn li jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment tiegħek.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż waqt l-investigazzjoni?

Iva, tista’ tagħmel dan wara li jintemm il-perjodu tal-arrest tiegħek u sakemm ma tkun ġiet imposta l-ebda kundizzjoni li tipprojbilek titlaq mill-Greċja.

Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA

Għal iktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek, ara Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA (4).

Nista’ nappella?

Jekk ittieħdet azzjoni invalida bħala parti mill-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali inti tista’ tressaq appell quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża fejn titlob li din tiġi annullata u li l-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali tiġi ripetuta.

Nista’ niddikjara li jiena ħati tal-akkużi kollha jew ta’ wħud minnhom qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti għandek id-dritt li tammetti l-ħtija tiegħek u ma għandu jkun hemm l-ebda riperkussjoni pożittiva jew negattiva għalik fil-liġi bħala riżultat ta' dan.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi ta' akkuża ma jistgħux jinbidlu; jistgħu biss jiġu fformulati b’mod iktar preċiż. Ma jista’ jiġi miżjud l-ebda kap ta' akkuża ġdid.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Inti tista’ tiġi akkużat jekk ir-reat twettaq f’pajjiż barrani kontra ċittadin Grieg. Fil-każ ta’ delitti serji, il-liġijiet Griegi japplikaw għal kulħadd, irrispettivament mil-liġijiet fis-seħħ fil-post fejn twettaq id-delitt.

Inkun mgħarraf liema huma x-xhieda li għamlu dikjarazzjonijiet kontra tiegħi?

Dażgur. Malli tiġi arrestat u tiġi sottomess għall-investigazzjoni preliminari jew għall-investigazzjoni prinċipali, inti trid tingħata din l-informazzjoni qabel ma tagħti r-rendikont tiegħek.

Ningħata informazzjoni dwar provi oħrajn kontra tiegħi?

L-investigatur għandu l-obbligu li jipprovdilek fotokopji tad-dokumenti kollha fil-fajl tal-qorti qabel ma inti tagħti r-rendikont tiegħek.

Nintalab nagħti informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Le. Din l-informazzjoni tintalab mid-dipartiment xieraq.

Il-proċeduri quddiem id-Diviżjonijiet tal-Akkuża (3)

X’inhu l-iskop ta’ din il-fażi?

Id-Diviżjonijiet tal-Akkuża huma l-korpi ġudizzjarji kompetenti għall-proċedura ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Huma jimmonitorjaw il-leġittimità tal-azzjonijiet meħuda mill-uffiċjali investigattivi, jiddeċiedu jekk il-konvenut għandux jinżamm taħt arrest preventiv jew le, jiddeċiedu jekk il-kundizzjonijiet li jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment għandhomx jiġu imposti jew le, jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet sensittivi oħrajn li jaffetwaw il-proċeduri ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali u jiddeċiedu jekk il-konvenut għandux jitressaq quddiem il-qorti kriminali jew għandux jiġi lliberat.

Min huwa responsabbli f’din il-fażi?

Id-Diviżjonijiet tal-Akkuża jikkonsistu fi tlett imħallfin u huma d-Diviżjoni tal-Akkuża tal-Qorti tad-Delitti Minuri (Misdemeanour Court), id-Diviżjoni tal-Akkuża tal-Qorti tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Akkuża tal-Qorti tal-Kassazzjoni.

Japplika xi limitu ta’ żmien?

Iva, hemm limiti ta’ żmien u jekk inti ma tosservahomx ma tkunx tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek.

X’se jingħad lili dwar dak li jkun għaddej?

Inti tista’ tikseb informazzjoni dwar il-progress tal-każ tiegħek mingħand is-Segretarjat tal-Kunsilli u tiġi debitament innotifikat bi kwalunkwe deċiżjoni.

Jiġi pprovdut interpretu jekk jiena ma nitkellimx il-lingwa?

Jekk inti tidher quddiem il-Kunsilli inti għandek id-dritt għal interpretu.

F’liema fażi nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Inti għandek id-dritt għal parir legali u tista’ tikkomunika mal-konsulent legali tiegħek fi kwalunkwe fażi tal-proċeduri. Jekk tinqala’ kwalunkwe kwistjoni dwar traduzzjoni, trid tieħu ħsiebha inti jew l-avukat tiegħek.

Bilfors irrid niġi rappreżentat minn avukat? Nista’ nagħżel lill-avukat tiegħi?

Dan mhuwiex mandatorju. Jekk inti tixtieq tkun rappreżentat, tista’ jew tirrapreżenta lilek innifsek jew tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek. Inti għandek id-dritt li tagħżel lill-avukat tiegħek, sakemm l-avukat ma jkunx inħatar għalik.

Tista’ ssirli xi xorta ta’ talba għal informazzjoni? Irrid inwieġeb?

Inti tista’ tintalab tagħti informazzjoni dwar id-delitt li inti ġejt akkużat li wettaqt. Inti għandek id-dritt li tibqa’ sieket u li ma tinkriminax ruħek. Inti tista’ tirrifjuta li twieġeb kwalunkwe mistoqsija li tista’ tagħmel ħsara lill-każ tiegħek.

Nista’ nikkuntattja lil membru tal-familja jew lil xi ħabib?

Iva, inti tista’ tagħmel dan. Jekk inti qiegħed taħt arrest preventiv, tista’ tagħmel dan waqt il-ħin taż-żjarat.

Nista’ nara tabib jekk inkun neħtieġ wieħed?

Iva, jekk ikollok problemi ta’ saħħa.

Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tal-pajjiż tal-oriġini tiegħi jekk jiena minn pajjiż ieħor?

Iva, inti għandek id-dritt li tagħmel dan.

Jiena minn pajjiż ieħor. Bilfors irrid inkun preżenti waqt l-investigazzjoni?

Biss jekk inti titlob dan u jekk il-Qorti tagħti permess.

Nista’ nieħu sehem b’konnessjoni bil-vidjo, eċċ.?

Il-proċeduri permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo għadhom ma ġewx inklużi fil-liġi.

Nista’ nintbagħat lura fil-pajjiż tal-oriġini tiegħi?

F’din il-fażi, inti ma tistax tiġi ddeportat..

Ninżamm taħt arrest preventiv jew niġi lliberat? F’liema ċirkustanzi?

Inti tinżamm taħt arrest preventiv b'ordni tad-Diviżjoni tal-Akkuża. Jistgħu jiġu imposti anki kundizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment tiegħek jew tista’ tiġi lliberat.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż waqt l-investigazzjoni?

Iva, tista’ titlaq wara li jintemm il-perjodu tal-arrest tiegħek u sakemm ma tkun ġiet imposta l-ebda kundizzjoni li tipprojbilek it-tluq mill-Greċja.

Nintalab nipprovdi marki tas-swaba’, kampjuni tal-materjal ġenetiku tiegħi (DNA) (eż. xagħar jew bżieq), jew fluwidi oħrajn tal-ġisem?

Id-Diviżjoni tal-Akkuża tista’ tagħti ordni f'dan is-sens.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi (body search)?

Mhux fuq ordni tal-Kunsill, imma din tista’ ssir mill-investigaturi jew mill-uffiċjali tal-investigazzjoni preliminari. Fi kwalunkwe każ bħal dan, inti tista’ titlob li l-avukat tiegħek ikun preżenti waqt il-perkwiżizzjoni.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni f’dari, fil-bini fejn huwa stabbilit in-negozju tiegħi, fil-karozza tiegħi eċċ.?

F’dan l-istadju, fejn ikunu involuti l-Kunsilli, ma tista’ tiġi ordnata l-ebda perkwiżizzjoni bħal din.

Nista’ nappella?

Hemm rimedji li inti tista’ tuża biex tappella kontra d-deċiżjonijiet tal-Kunsilli.

Nista’ niddikjara li jiena ħati tal-akkużi kollha jew ta’ wħud minnhom qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti għandek id-dritt li tammetti l-ħtija tiegħek u tista’ tagħmel dan billi tissottometti memorandum lill-Kunsilli. Dikjarazzjonijiet bħal dawn huma vinkolanti u jistgħu jaffettwaw is-sentenza tal-qorti.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi ta' akkuża ma jistgħux jinbidlu; jistgħu biss jiġu speċifikati b’mod iktar preċiż mill-Kunsilli. Ma jista’ jiġi miżjud l-ebda kap ta' akkuża ġdid.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Inti tista’ tiġi akkużat jekk ir-reat twettaq kontra ċittadin Grieg. Fil-każ ta’ delitti serji, il-liġijiet Griegi japplikaw għal kulħadd, irrispettivament mil-liġijiet fis-seħħ fil-post fejn twettaq id-delitt.

Inkun mgħarraf dwar ix-xhieda li għamlu dikjarazzjonijiet kontra tiegħi?

Dażgur. Inti tista’ tirċievi informazzjoni kemm matul din il-fażi kif ukoll qabel. Inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar kwalunkwe dettall fil-fajl tal-qorti.

Tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Le, l-informazzjoni tintalab mid-dipartiment rilevanti.

Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA (4)

Nintalab nipprovdi marki tas-swaba’, kampjuni tal-materjal ġenetiku tiegħi (DNA) (eż. xagħar jew bżieq), jew fluwidi oħrajn tal-ġisem?

Jekk tiġi arrestat, inti tintalab tipprovdi l-marki tas-swaba’ tiegħek u inti obbligat li tagħmel dan. Huwa wkoll mandatorju li tipprovdi kampjun tad-DNA jekk ikun hemm indikazzjonijiet qawwija li inti wettaqt delitt serju. Fil-każ ta’ riżultat pożittiv għat-test tad-DNA, inti għandek id-dritt li titlob li terġa’ tiġi ttestjat; jekk dan ma jsirx, il-materjal ġenetiku meħud għandu jinqered.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi (body search)?

Jista’ jkun li jkollok tgħaddi minn perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek jekk il-persuna li qed twettaq l-investigazzjoni tikkunsidra li dan ikun meħtieġ. Il-perkwiżizzjoni ma tridx toffendi d-dinjità tiegħek u trid issir f’post privat. Jekk inti mara, il-perkwiżizzjoni trid issir minn mara. Jekk inti tintalab tgħaddi ċertu oġġett jew dokument u inti tgħaddieh, inti ma għandekx tkun soġġett għal perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni f’dari, fil-bini fejn huwa stabbilit in-negozju tiegħi, fil-karozza tiegħi eċċ.?

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fid-dar tiegħek sakemm il-perkwiżizzjoni ssir minn uffiċjal tal-qorti u minn uffiċjal investigattiv fil-kuntest ta’ investigazzjoni jew ta’ investigazzjoni preliminari. Il-perkwiżizzjonijiet fil-karozzi jsiru jekk ikun hemm suspett qawwi li twettaq att kriminali jew jekk dan ikun assolutament meħtieġ.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi fil-qorti


Il-proċedura preliminari

Min javżani biex nattendi l-qorti u kif isir dan?

L-Avukat tal-Prosekuzzjoni jikkompila l-att ta’ akkuża, jiffissa d-data għall-proċess quddiem il-qorti kriminali u jibgħat ċitazzjoni lill-imputat, lill-kwerelant u lix-xhieda mill-inqas 15-il jum qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali, jew 30 jum jekk huma jgħixu f’pajjiżi Ewropej oħrajn.

Il-proċedura waqt is-smigħ

Liema qorti se tisma’ l-kawża tiegħi?

Il-qrati kriminali prinċipali huma l-Qorti tal-Maġistrati għall-kontravenzjonijiet, il-Qorti tad-Delitti Minuri (Misdemeanour Court) għad-delitti minuri (misdemeanours) u l-Qorti tal-Appell Kriminali bi tliet membri jew il-Grand Jury Imħallta għad-delitti gravi (felonies). Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, il-qorti kompetenti hija l-qorti lokali taż-żona fejn twettaq ir-reat.

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jkun pubbliku?

Iva, sakemm ma jistax ikun li l-pubbliċità ikollha effett avvers fuq il-morali pubbliċi jew ikun hemm raġunijiet biex tiġi protetta l-privatezza tal-partijiet fil-kawża.

Min jiddeċiedi l-kawża?

Id-deċiżjoni tittieħed mill-imħallfin fil-qrati inferjuri u minn taħlita ta’ mħallfin u ta’ ġurija fil-Grand Juries Imħalltin.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Huwa possibbli li kap ta' akkuża jiġi emendat għal wieħed simili. Hija l-qorti biss li tiddeċiedi dwar x’inhi d-definizzjoni legali xierqa tal-fatti li jikkostitwixxu s-suġġett tal-kawża, jew dwar l-iktar speċifikazzjoni preċiża tagħhom.

X’jiġri jekk niddikjara li jiena ħati ta’ wħud mill-akkużi jew tal-akkużi kollha waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk inti tiddikjara li inti ħati ta’ ċerti akkużi, il-qorti tagħtik piena fuq il-bażi ta’ dawk l-ammissjonijiet. Inti tista’ tiġi ttrattat iktar bi ħniena meta tiġi imposta s-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Bilfors irrid inkun preżenti waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Ma hemmx għalfejn tkun preżenti. Inti tista tiġi rappreżentat mill-avukat tiegħek, sakemm il-qorti ma tikkunsidrax li l-preżenza tiegħek tkun meħtieġa.

Jekk ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo?

Inti ma tistax tagħmel dan għaliex dan il-metodu ta’ parteċipazzjoni għadu mhuwiex ipprovdut bil-liġi.

Jiena nkun preżenti għall-proċess quddiem il-qorti kriminali kollu?

Ma hemmx għalfejn. Inti tista’ tidher u mbagħad titlaq u tkompli tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek.

Ikolli interpretu għad-dispożizzjoni tiegħi jekk ma nifhimx dak li jkun għaddej?

Jekk ma tifhimx il-lingwa tal-qorti, il-qorti hija obbligata li taħtar interpretu.

Bilfors irid ikolli avukat? Ningħata avukat? Nista’ nbiddel l-avukat tiegħi?

Inti jrid ikollok avukat biss fil-każ ta’ delitti gravi (felonies) u meta tidher quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Jekk inti ma tistax taħtar wieħed, il-qorti hija obbligata taħtar wieħed għalik. Inti għandek id-dritt li tbiddel l-avukat tiegħek sakemm ma jkunx inħatar fis-sede tal-qrati superjuri mill-qorti nfisha (ex officio).

Nista’ nindirizza lill-qorti? Bilfors irrid nitkellem waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti tista’ titkellem, imma m'intix obbligat. Inti għandek id-dritt li tibqa’ sieket.

Xi jkunu l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti għandek id-dritt li ma tgħidx il-verità. Mhuwiex reat kriminali li imputat jagħti rendikont falz tiegħu nnifsu.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi kontra tiegħi?

Nista’ nimpunja l-provi kontra tiegħi?

Inti tista’ u għandek id-dritt li tagħmel dan waqt id-difiża tiegħek jew billi tixhed inti stess, jew billi tipproduċi provi kuntrarji jew billi ssejjaħ ix-xhieda tiegħek.

X’tip ta’ provi nista’ nippreżenta quddiem il-qorti għad-difiża tiegħi?

Inti tista’ tipproduċi provi dokumentarji, xhieda mhux esperti u xhieda esperti.

F’liema ċirkustanzi nista’ nintroduċi provi bħal dawn?

Ma hemm l-ebda prekundizzjoni; inti tista’ tippreżenta provi lill-qorti mingħajr ma tkun innotifikajt lil ħadd.

Nista’ nqabbad investigatur privat biex jiġbor il-provi għalija? Provi bħal dawn ikunu ammissibbli?

Iva tista’ u l-provi jkunu ammissibbli sakemm ikunu nkisbu b’mod leġittimu.

Nista’ nħarrek lil xhieda għad-difiża tiegħi?

Inti tista’ tressaq kemm-il xhud trid u l-qorti trid tippermetti li jiġu eżaminati numru massimu ta’ xhieda tad-difiża daqskemm ikun hemm xhieda għall-prosekuzzjoni.

Nista’ jiena jew l-avukat tiegħi nagħmel mistoqsijiet lix-xhieda l-oħra fil-kawża tiegħi? Nista’ jiena jew l-avukat tiegħi nimpunja dak li jgħidu?

It-tnejn li intom tistgħu tagħmlu mistoqsijiet u tixħtu dubju fuq dak li jgħidu fix-xhieda tagħhom.

Tiġi kkunsidrata l-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-kundanni li jinvolvu total ta’ mhux iktar minn sitt xhur priġunerija jiġu kkunsidrati jekk jingħata verdett ta’ ħtija u meta l-qorti tkun qed tiddeċiedi s-sentenza.

Jiġu kkunsidrati kundanni preċedenti fi Stat Membru ieħor?

Dawn jiġu kkunsidrati biss jekk tniżżlu fil-kondotta tiegħek.

X’jiġri fi tmiem il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

X’inhuma l-eżiti possibbli tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-liberazzjoni mill-akkużi tal-konvenut, meta l-qorti ma tkunx konvinta jew ikollha dubju dwar jekk ikunx wettaq id-delitt, jew għal raġunijiet legali oħrajn, u meta jkun hemm raġunijiet sabiex tkun evitata l-piena (eż. fil-każ ta’ rimors ġenwin).

Il-kundanna tal-imputat u l-impożizzjoni ta’ sentenza, meta l-qorti tkun konvinta li l-konvenut wettaq id-delitt.

Il-waqfien tal-proċeduri kriminali fil-każ li l-konvenut imut, il-vittma tirtira l-akkuża, id-delitt jaqa’ taħt preskrizzjoni minħabba limiti ta’ żmien jew ir-reat innifsu jkun soġġett għal amnestija.

Id-dikjarazzjoni li l-prosekuzzjoni kriminali hija inammissibbli, meta jkun hemm deċiżjoni rilevanti preċedenti, meta ma jkun hemm l-ebda akkuża (jekk dan ikun mitlub), talba jew awtorizzazzjoni għal prosekuzzjoni.

Sommarju tas-sentenzi li jistgħu jingħataw

Il-pieni prinċipali: Priġunerija (għal għomor il-konvenut jew għal perjodu ta’ 5-20 sena), għeluq f’istituzzjoni, speċjalment ħabs (10 ijiem-5 snin), taħt arrest (jum - xahar), piena finanzjarja (EUR 150-EUR 15 000), multa (EUR 29-EUR 590), għeluq f’ċentru ta’ detenzjoni għal minorenni jew għeluq f’istituzzjoni ta’ saħħa mentali.

Il-pieni supplimentari: il-privazzjoni tad-drittijiet ċivili, il-projbizzjoni tal-eżerċizzju ta’ professjoni, il-pubblikazzjoni tal-kundanna.

Il-miżuri ta’ sigurtà: Iż-żamma taħt arrest ta’ kriminali meqjusa li mhumiex responsabbli mil-lat kriminali, il-bgħit ta’ persuni dipendenti fuq l-alkoħol u fuq id-droga f’ċentri ta’ detossifikazzjoni, ir-referenza f’ċentri ta’ ħidma, il-projbizzjoni tar-residenza f’żona partikolari, id-deportazzjoni taċ-ċittadini barrani u l-konfiska tal-assi.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-vittma tipparteċipa bħala parti fil-kawża jew bħala xhud. Bħala parti fil-kawża (jew “rikorrent ċivili li jressaq provi kuntrarji”), il-vittma tipparteċipa sabiex titlob kumpens fil-forma ta’ rimedju finanzjarju għal danni emozzjonali jew għal tbatija mentali, jew bħala xhud, il-vittma tipparteċipa biex issaħħaħ il-każ tal-prosekuzzjoni.

Jekk il-vittma tipparteċipa bħala rikorrent ċivili, hija trid tiddikjara dan qabel ma tintalab tagħti x-xhieda tagħha.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

4 - Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni u/jew is-sentenza?

Inti tista’ tressaq appell kontra l-kundanna. Id-dritt ta’ appell jiddependi mit-tip u mis-severità tas-sentenza, kif ukoll minn liema qorti tkun tat is-sentenza.

Pereżempju:

  • fil-każ ta’ Qorti tad-Delitti Minuri (Misdemeanour Court) b’membru wieħed, inti għandek dritt ta’ appell jekk is-sentenza tikkonsisti f’perjodu ta’ priġunerija ta’ iktar minn 60 jum jew piena finanzjarja ta’ iktar minn EUR 1 000;
  • fil-każ ta’ Qorti tad-Delitti Minuri (Misdemeanour Court) bi tliet membri u tal-qorti li tisma’ l-appelli kontra d-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar, inti għandek dritt ta’ appell jekk tingħata sentenza ta’ priġunerija ta’ iktar minn erba’ xhur jew piena finanzjarja ta’ iktar minn EUR 1 500;
  • fil-każ ta’ Grand Jury Imħallat jew tal-Qorti bi tliet membri li tisma’ l-appelli kontra s-sentenzi għad-delitti gravi (felonies), inti għandek dritt ta’ appell jekk is-sentenza tikkonsisti f’perjodu ta’ priġunerija ta’ iktar minn sentejn fil-każ ta’ delitti gravi (felonies), jew ta’ iktar minn sena għad-delitti minuri (misdemeanours).

Inti tista’ tappella minn liberazzjoni mill-akkużi biss jekk inti ġejt illiberat mill-akkużi minħabba raġunijiet ta’ rimors ġenwin jew ġejt iġġustifikat fuq il-bażi ta’ raġunijiet li jirriflettu r-reputazzjoni tajba tiegħek.

Kif nappella?

Sabiex tressaq appell inti trid tikkompila Dikjarazzjoni ta’ Appell u tissottomettiha lir-Reġistru tal-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni, biex tinkludi r-raġunijiet tal-appell, l-indirizz ta’ fejn toqgħod u l-isem tal-avukat tiegħek.

Il-limitu ta’ żmien biex tressaq appell huwa ta’ għaxart ijiem minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-qorti jew minn meta tkun ġiet innotifikata jekk il-proċess quddiem il-qorti kriminali sar fl-assenza tiegħek. Madankollu, jekk inti tgħix barra mill-pajjiż u ngħatat sentenza f’kontumaċja jew il-post ta’ residenza tiegħek ma kienx magħruf, l-iskadenza tiġi estiża għal 30 jum mid-data tan-notifika tad-dokumenti.

X’inhuma r-raġunijiet għall-appell?

Appell jista’ jkun ibbażat jew fuq il-fatti tal-każ jew fuq kif ġiet interpretata l-liġi.

X’jiġri jekk inressaq appell?

Isir proċess mill-ġdid li jinstema’ mill-qorti tat-tieni istanza.

X’jiġri jekk jiena nkun il-ħabs meta nressaq l-appell?

L-appell jiġi mgħoddi lill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, tiġi ffissata data għall-proċess quddiem il-qorti tal-appell u inti tiġi mħarrek biex tidher quddiem il-Qorti. Inti tista’ titlob li l-infurzar tal-piena jiġi sospiż sakemm jinstema’ l-appell, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet legali.

Kemm irid jgħaddi żmien qabel ma jinstema’ l-appell?

Ġeneralment bejn sena u tliet snin, jiddependi mir-reat, mill-post fejn tinsab il-qorti u jekk l-imputat jinżammx taħt arrest preventiv jew le.

Nista’ nippreżenta provi ġodda għall-appell?

Iva, inti tista’ tippreżenta provi ġodda quddiem il-Qorti tal-Appell. Il-proċedura hija l-istess waħda bħal dik tal-proċess oriġinali quddiem il-qorti kriminali. L-imħallfin li jkunu semgħu l-kawża fil-qorti tal-prim’istanza ma jistgħux jisimgħu l-kawża fil-qorti tat-tieni istanza. Jiġi eżaminat jekk l-appell ġiex ippreżentat b’mod xieraq u fl-iskadenza speċifikata.

X’jiġri waqt is-smigħ tal-appell?

Jekk inti ma tidhirx, jew personalment jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħek, l-appell tiegħek jiġi miċħud u tiġi sostnuta s-sentenza tal-qorti inferjuri. Jekk inti tidher, jew personalment jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħek, il-kawża terġa’ tinstema mill-qorti tal-appell u inti tkun tista’ tippreżenta provi ġodda.

X’tista’ tiddeċiedi l-qorti?

Il-Qorti tal-Appell ma għandha l-ebda setgħa li timponi sentenza iktar iebsa minn dik li imponiet il-qorti inferjuri. Madankollu, hjia tista’ teħilsek mill-akkużi jew tnaqqas is-sentenza jew timponi l-istess sentenza li ġiet imposta mill-qorti inferjuri.

X’jiġri jekk l-appell jirnexxi/ma jirnexxix?

Jekk ir-raġunijiet tal-appell jiġu sostnuti, il-Qorti tal-Appell tista’ teħilsek mill-akkużi jew tnaqqas is-sentenza tiegħek; jekk dan ma jseħħx, tibqa’ fis-seħħ id-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza.

Hemm dritt ta’ appell ulterjuri quddiem qorti oħra jew quddiem qorti superjuri?

Le, l-unika ħaġa li tista’ tiġri huwa l-annullament tas-sentenza tal-qorti tat-tieni istanza jekk kien hemm irregolaritajiet legali.

Jekk jirriżulta li d-deċiżjoni inizjali kienet żbaljata, ikolli dritt għal kumpens?

Ma teżisti l-ebda dispożizzjoni li tipprovdi li jingħata kumpens fir-rigward ta’ kundanna inġusta (għaliex ibbażata fuq provi foloz jew insuffiċjenti) minn qorti tal-prim’istanza, sakemm ma tkunx qattajt xi żmien il-ħabs u mbagħad tinħeles minn kull akkuża fl-appell.

Jekk l-appell tiegħi jirnexxi, jinżamm reġistru tal-kundanna tiegħi?

Tinżamm biss is-sentenza tal-Qorti tal-Appell. Is-sentenza preċedenti titħassar.

Meta ssir finali l-kundanna?

Kundanna ssir definittiva jekk ma jitressaq l-ebda appell fuq punti ta’ liġi kontra d-deċiżjoni tal-qorti tat-tieni istanza jew jekk ikun tressaq appell imma ġie miċħud mill-Qorti tal-Kassazzjoni Suprema (l-Areios Pagos).

Jiena minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura hemmhekk wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti tista’ tintbagħat lura fil-pajjiż tiegħek jekk il-qorti tordna d-deportazzjoni tiegħek. Sabiex inti tiġi ddeportat, trid tingħata sentenza ta’ mill-inqas tliet xhur prinġunerija, jew l-ordni tad-deportazzjoni trid tkun saret bħala parti minn piena supplimentari, jew iridu jkunu ġew imposti miżuri ta’ sigurtà. B’mod partikolari, f’każijiet ta’ kundanni għal delitti gravi (felonies) relatati mad-drogi, id-deportazzjoni hija mandatorja u tibqa’ valida tul għomor il-ħati.

Id-deportazzjoni ssir mill-ewwel?

Le, l-ewwel trid tiskonta s-sentenza tiegħek. Bħala miżura eċċezzjonali, jekk inti ngħatajt sentenza sa ħames snin ħabs u saret ordni għad-deportazzjoni tiegħek, il-qorti tista’ tiddeċiedi li tissospendi s-sentenza tiegħek u tippermetti li inti tiġi ddeportata immedjatament.

Id-deportazzjoni trid tiġi ordnata bħala parti minn sentenza tal-qorti fejn is-sentenza ma tkunx ġiet sospiża u tkun ġiet innotifikata.

Inti tista’ tressaq appell jekk l-ordni tkun ħarġet minn qorti tal-prim’istanza u s-sentenza tinkludi wkoll perjodu ta’ priġunerija li inti jkollok dritt li tappella kontra tiegħu. L-appell irid jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-qorti tal-prim’istanza.

Nista’ nittella’ l-qorti fi Stat Membru ieħor għall-istess reat?

Jiddependi mil-leġiżlazzjoni tal-Istat inkwistjoni.

L-informazzjoni dwar il-kapi ta' akkuża u/jew il-kundanni li jaffettwawni tiġi mniżżla fil-kondotta tiegħi?

Id-deċiżjoni li inti tiġi kkundannat titniżżel fil-kondotta biss jekk din tkun irriversibbli. Din l-informazzjoni titniżżel uffiċjalment fl-Uffiċċju tal-Kondotti.

Il-kondotta tiegħek tinqered:

  • wara li tmut jew wara li tagħlaq 80 sena;
  • jekk inti tiġi kkundannat u s-sentenza tiġi sospiża, din tinqered ħames snin wara li jintemm il-perjodu tas-sospensjoni, sakemm sadanittant is-sentenza ma tkunx ġiet annullata jew irrevokata;
  • meta jkunu għaddew għaxar snin minn meta tkun skontajt sa xahar priġunerija għal reat premeditat jew xahrejn għal reat li kien jinvolvi negliġenza kriminali, sakemm sadanittant inti ma tkunx ġejt ikkundannat għal delitti oħrajn.

Il-kunsens tiegħek mhuwiex meħtieġ biex tinżamm din l-informazzjoni.

Jekk ikun hemm xi tilwima, inti tista’ titlob lill-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tad-Delitti Minuri (Court of Misdemeanours) għal deċiżjoni. Imbagħad tista’ tressaq appell kontra din id-deċiżjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża tad-Delitti Minuri (Misdemeanour Indictment Division) fi żmien xahar minn meta tkun ġiet innotifikata d-deċiżjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

5 - Ir-reati minuri tat-traffiku fit-triq


Kif jiġu ttrattati r-reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Fil-parti l-kbira, il-ksur tar-regoli tat-traffiku, bħal sewqan li jaqbeż il-limitu tal-veloċità, sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sigurezza, nuqqas ta’ osservanza ta’ dawl tat-traffiku aħmar jew ta’ sinjal ta’ waqfien (STOP), nuqqas ta’ konformità ma’ regolamenti dwar waqfien jew parking, l-użu ta’ telefon ċellulari waqt is-sewqan, eċċ. jiġi ttrattat amministrattivament. Huwa jiġi ġeneralment ittrattat mill-awtorità kompetenti tal-pulizija.

X’inhi l-proċedura?

Inti tingħata ċitazzjoni, li tikkonferma l-ksur li wettaqt. Fuq iċ-ċitazzjoni jkun hemm imniżżel il-miżura amministrattiva u/jew il-piena finanzjarja li tkun ġiet imposta u mbagħad ikollok tidher quddiem l-awtorità tal-pulizija rilevanti.

X’inhuma l-pieni possibbli?

Il-pieni għal dawk li jinsabu ħatja ta’ ksur tar-regoli tat-traffiku fil-parti l-kbira huma multi amministrattivi (li jvarjaw minn EUR 40 sa EUR 20 000) minbarra l-impożizzjoni ta’ miżuri amministrattivi oħrajn, bħat-teħid tal-liċenzja tas-sewqan jew id-dettalji taċ-ċirkolazzjoni, bħal-liċenzja tal-vettura u l-pjanċi ta’ reġistrazzjoni, għal ċertu perjodu ta’ żmien. Għandu jiġi nnotat li l-pieni finanzjarji jitnaqqsu b’50 % jekk jitħallsu fi żmien għaxart ijiem.

Jinbdew proċeduri kontra ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn għal ksur bħal dan?

Jinbdew proċeduri kontra tagħhom jekk ikunu wettqu l-ksur fil-Greċja.

 

Nista’ noġġezzjona?

Inti tista’ tissottometti l-oġġezzjonijiet tiegħek għall-piena amministrattiva fi żmien tlett ijiem lill-awtorità li tagħha jkun membru l-uffiċjal li jkun impona l-piena. Jekk l-oġġezzjonijiet tiegħek ma jintlaqgħux, inti trid tħallas is-somma rilevanti lill-korp xieraq tal-awtorità lokali.

Barra minn hekk, jekk tkun ġiet imposta miżura amministrattiva, inti tista’ tidher quddiem l-Awtorità tal-Pulizija kompetenti u tiddikjara l-oġġezzjonijiet tiegħek.

Dawn ir-reati jitniżżlu fil-kondotta tiegħi?

Dawn ir-reati ma jintiżżlux fil-kondotta tiegħek peress li jiġu ttrattati fuq il-livell amministrattiv u tkun qed tiġi imposta piena amministrattiva biss.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Infrastruttura, tat-Trasport u tan-Netwerks


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Franza

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta xi ħadd ikun suspettat jew akkużat b’reat indirizzat bi proċess quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar ir-reati minuri bħall-ksur tar-regolamenti tat-traffiku li huma normalment sanzjonati b’piena fissa bħal multa, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskeda Informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ delitt, issib l-informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Introduzzjoni ġenerali

Hemm erba’ Qrati:

  • Il-Tribunal tal-Pulizija (tribunal de police)

Dan jiddeċiedi b’imħallef wieħed u jiġġudika prinċipalment il-kontravenzjonijiet tal-ħames klassi. L-appell isir quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali iżda f’ċerti każijiet biss.

  • Il-Qorti Distrettwali (juridiction de proximité)

Tiddeċiedi b’imħallef wieħed. Tittratta l-kontravenzjonijiet tal-ewwel erba’ klassijiet.

L-appell huwa rregolat mill-istess regoli bħall-appell tas-sentenzi tal-Tribunal tal-Pulizija.

  • Il-Qorti Kriminali (tribunal correctionnel)

Ġeneralment hija kkostitwita minn tliet imħallfin u tittratta prinċipalment id-delitti.

Il-prosekuzzjonijiet jistgħu jsiru jew quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jkun twettaq ir-reat, jew quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun tirresjedi l-persuna akkużata jew waħda minnhom, jew inkella quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun ġiet arrestata l-persuna akkużata.

L-appelli tad-deċiżjonijiet tal-Prim’Istanza jitressqu quddiem il-Qorti tal-Appell, fi ħdan il-Qorti tal-Appelli Kriminali.

  • Il-Cour d’Assises

Hija kompetenti sabiex tiġġudika r-reati mwettqa minn persuni adulti li ma jeħtiġux qorti speċjalizzata.

Hija kkostitwita minn tliet maġistrati professjonali u minn disa’ ġurati magħżula bix-xorti minn fost iċ-ċittadini Franċiżi.

L-appelli tas-sentenzi ta’ kundanna, mill-prosekuzzjoni u mill-akkużati misjuba ħatja, huma possibbli quddiem Cour d’Assises kkostitwita minn tnax-il ġurat ċittadin u tliet maġistrati professjonali. L-akkużat u l-prokuratur ġenerali jistgħu jappellaw id-deċiżjoni mogħtija mill-Cour d’Assises, kemm jekk is-sentenza tkun ta’ kundanna kif ukoll jekk tkun ta’ liberazzjoni. Il-parti ċivili tista’ tappella biss fir-rigward tad-danni u l-interessi mogħtija mill-qorti.

Sommarju tal-proċedura kriminali

Hawn taħt għandek issib sommarju tal-istadji normali ta’ proċedura kriminali

L-inkjesta

Din titmexxa mill-pulizija jew mill-ġendarmerija, u l-għan tagħha huwa li tikkonstata t-twettiq ta’ ksur tal-liġi, li tiġbor il-provi u li tfittex lill-persuni responsabbli. Din issir taħt il-kontroll tal-prokuratur tar-Repubblika. Hija ssir b'mod sistematiku meta l-azzjoni pubblika titnieda mill-Ministeru pubbliku.

B’mod partikolari, jeżistu l-inkjesta in flagrante (inkjesta li tinfetaħ meta jkun se jseħħ reat jew meta jkun għadu kif seħħ) u l-inkjesta preliminari magħmula ex officio minn uffiċjal ġudizzjarju tal-pulizija jew fuq ordni tal-prokuratur tar-Repubblika.

Fil-każijiet kollha, l-inkjesta hi sigrieta u mhux kontradittorja.

L-investigazzjoni

L-inkjesta mmexxija mill-imħallef inkwirenti għandha l-għan li tiġbor il-provi ta’ twettiq ta’ ksur tal-liġi u li tfittex lill-persuni responsabbli. Hija tiddetermina jekk hemmx akkużi suffiċjenti biex l-awtur jitressaq quddiem il-qorti. Hija tiżgura li l-każ ikun fi stat li jista’ jiġi ġġudikat. Hija sigrieta iżda l-persuni li jagħmlu parti mill-proċedura għandhom aċċess għall-fajl u jistgħu jagħmlu talbiet għal investigazzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet.

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-fażi tal-proċess quddiem il-qorti kriminali sseħħ fuq bażi ta' smigħ tal-partijiet waqt proċeduri pubbliċi u verbali. Id-deliberazzjoni tal-imħallfin twassal għal deċiżjoni, li tista’ tiġi appellata.

Tista' ssib id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha tal-proċedura u fuq id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tistax tissostitwixxi l-parir ta’ avukat u għandha sservi biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok kun af li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik jekk għandek xi lment. Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Parir mingħand avukat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-inkjesta

  • Id-drittijiet tiegħi matul l-arrest preventiv
  • Id-drittijiet tiegħi matul l-interrogazzjoni mal-ewwel dehra
  • L-istatus tal-persuna interrogata u ta’ xhud assistit minn avukat
  • L-għeluq tal-investigazzjoni ta' qabel il-proċess
  • Il-mandat ta’ arrest Ewropew
  • It-tħejjija tal-proċess mid-difiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Il-ksur tar-regolamenti tat-traffiku u reati minuri oħra

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Drittijiet Tiegħek


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2017

1 – Parir mingħand avukat

Huwa ferm importanti li wieħed jikseb pariri indipendenti mingħand avukat meta jkun involut b’xi mod fi proċedura kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi jkollok id-dritt li tkun rappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll kif l-avukat jista' jassistik. Din l-iskeda informattiva ġenerali tindikalek kif issib avukat u kif l-ispejjeż tal-avukat se jkunu koperti jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallashom.


Kif issib avukat

Minbarra fi kwistjonijiet kriminali, l-assistenza ta’ avukat mhijiex obbligatorja iżda hija rakkomandata.

L-għażla ħielsa ta’ avukat hija prinċipju fundamentali.

Int tkun liberu li tagħżel avukat jekk tkun taf b'wieħed partikolari jew inkella titlob li jiġi nnominat wieħed għalik.

Tista’ tagħżel avukat permezz tas-sistema ”bil-fomm,” jiġifieri jekk tkun taf lil xi wieħed int jew jekk xi ħadd li jiġi minnek jirrakkomandalek wieħed.

Tista’ tikkonsulta l-lista tal-avukati qrib ir-residenza tiegħek jew fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-belt tiegħek, jew fid-diversi kunsilli lokali jew inkella fil-Kamra tal-Avukati li tinsab l-aktar qrib tar-residenza tiegħek.

Tista’ wkoll tikkonsulta direttorju telefoniku jew tagħmel tiftixa fuq l-internet.

Diversi siti joffru d-direttorji tal-avukati onlajn skont il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom:

Diversi Kmamar tal-Avukati jipprovdu wkoll xogħol tal-għassa fil-Palazz tal-Ġustizzja, fil-kunsilli lokali jew fil-Maisons de justice et du Droit (fiċ-ċentri ta' informazzjoni legali u ġuridika).

Jekk int miżmum taħt arrest, hemm diversi possibilitajiet biex tagħżel avukat.

Xi listi ta’ avukati jitwaħħlu ġewwa l-ħabsijiet.

Assoċjazzjonijiet li jintervjenu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni jistgħu jirrakkomandawlek u jgħinuk tagħżel avukat. (Osservatorju Internazzjonali tal-Ħabsijiet - Observatoire International des Prisons, Assoċjazzjoni tal-Viżitaturi tal-Ħabsijiet - Association des Visiteurs de Prisons…).

Is-servizzi ta’ konsulenza tal-pajjiż tal-oriġini tiegħek jistgħu jgħinuk tagħżel avukat.

Tista’ wkoll titlob lill-President tal-Kamra tal-Avukati tal-ġurisdizzjoni li tinsab fiha, sabiex jagħżillek avukat tal-għajnuna legali biex jassistik.

Kif tħallas għal avukat

Jekk tirrikorri għand avukat, trid tħallas għalih. Id-drittijiet tal-avukati mhumiex fissi u jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim bejnietkom.

Tista’ tiffirma ftehim dwar id-drittijiet tal-avukat li huwa intitolat jitolbok il-ħlas ta’ garanzija matul ir-rappreżentazzjoni fil-każ tiegħek.

Madanakollu, jekk ir-riżorsi tiegħek huma inqas minn ċertu livell, tista’, f’ċerti kundizzjonijiet, tibbenefika mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħajnuna legali.

Għalhekk, skont id-dħul tiegħek, l-Istat jista’ jħallas parti jew is-somma sħiħa mill-ispejjeż tal-avukat maħtur mill-għajnuna legali. Jekk ma tistax tibbenefika mill-għajnuna legali, il-ħatra tal-avukat mill-għajnuna legali tinbidel f’ħatra personali u għaldaqstant tkun trid tiffissa t-total tad-drittijiet dovuti mal-avukat.

F’każ li tkun tibbenefika minn ħlas parzjali biss, int trid tħallas id-drittijiet totali dovuti li jkun jifdal lill-avukat.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2017

2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-inkjesta u l-investigazzjoni u qabel ma t-tribunal/il-qorti jibda jisma'  l-kawża

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


X’inhu l-iskop tal-inkjesta u tal-investigazzjoni kriminali?

L-inkjesta ġudizzjarja hija l-investigazzjonijiet kollha li jsiru mill-pulizija fir-rigward tat-twettiq ta’ reat taħt il-kontroll ta’ maġistrat tal-ordni ġudizzjarja.

L-inkjesta ġudizzjarja tista’ ssir barra l-qafas tal-investigazzjoni u tikkonsisti fil-konstatazzjoni ta’ reati, fil-ġbir tal-provi u t-tiftix ta’ min wettaq ir-reat.

Issir distinzjoni bejn l-inkjesta in flagrante u l-inkjesta preliminari. L-ewwel waħda hi implimentata għal reati li qed iseħħu jew li għadhom kif seħħew u tagħti setgħat kbar ta’ impożizzjoni lill-pulizija. It-tieni waħda ssir fil-każijiet l-oħra kollha. Permezz ta’ testi leġiżlattivi reċenti ir-reġim li inizjalment kien inqas imponenti avviċina ruħu notevolment lejn dak tal-inkjesta in flagrante.

F’każijiet aktar ikkumplikati, tista’ ssir ukoll fil-qafas tal-investigazzjoni preparatorja u tkun tikkonsisti fl-eżekuzzjoni tad-delegazzjonijiet tal-imħallef inkwerenti. L-għan speċifiku tal-investigazzjoni hu li tiddetermina jekk jeżistux biżżejjed provi biex l-awtur ta’ reat jitressaq quddiem qorti u jekk ikun hemm bżonn, tiżgura li l-każ ikun fi stat li jista’ jiġi ġġudikat.

Hija obbligatorja biss f'każijiet kriminali.

Liema huma l-istadji tal-inkjesta u tal-investigazzjoni?

Tista’ tinfetaħ inkjesta in flagrante meta jkun se jitwettaq reat jew jekk ikun għadu kif twettaq, jew meta jkun hemm is-suspett li persuna hija kompliċi fit-twettiq ta'reat. It-tul ta’ din l-inkjesta hu ta’ tmient ijiem, u tista’ tiġi mġedda, taħt ċerti kundizzjonijiet, mill-prokuratur tar-Repubblika għal tul massimu ta’ tmient ijiem oħra.

B’mod partikolari, matul l-inkjesta in flagrante, l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jmur fuq il-post tar-reat, jagħmel sejbiet materjali, jissekwestra l-oġġetti jew il-materjali kollha utli sabiex tinkixef il-verità, jipperkwiżixxi r-residenzi ta’ persuni mifhuma kompliċi fit-twettiq tar-reat jew iżomm dokumenti u informazzjoni relattivi għall-fatti, jisma’ lill-persuni kollha li jistgħu jagħtu rendikonti dwar il-fatti, jew jqiegħed taħt arrest preventiv persuna suspettata li hija kompliċi fit-twettiq tar-reat.

Fil-qafas tal-inkjesta preliminari, l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja javża lill-prokuratur tar-Repubblika meta jidentifika l-awtur potenzjali tar-reat.

Waqt l-investigazzjoni, l-imħallef li jiġbor l-elementi inkriminanti u u dawk eżoneranti kollha,jipproċedi għall-atti kollha li jidhru utli biex tinstab il-verità. Hu jista’ jlesti dawn l-atti ex officio, jew fuq talba tal-prokuratur tar-Repubblika jew tal-partijiet (pereżempju aċċess fuq il-post, smigħ ta’ xhieda, perkwiżizzjonijiet …). Iċ-ċaħda tal-imħallef trid tkun motivata u tista’ tkun soġġetta għal rikors ġudizzjarju.

Fil-qafas tal-ittri rogatorji, l-imħallef inkwerenti jista’ jiddelega t-twettiq ta’ dawn l-atti lill-uffiċjali tal-pulizija ġudizzjarja.

Meta jidhirlu li l-investigazzjoni tkun lesta, l-imħallef inkwerenti jgħarraf fl-istess ħin lill-partijiet u lill-avukati tagħhom. Imbagħad, il-prokuratur tar-Repubblika u l-partijiet ikollhom xahar, jekk il-persuna tkun akkużata, jew tliet xhur f’każ kuntrarju, biex jagħmlu l-osservazzjonijiet jew it-talbiet motivati tagħhom lill-imħallef inkwerenti.

Fi tmiem dan il-perjodu, il-prokuratur ikollu għaxart ijiem (jekk il-persuna interrogata tinżamm taħt arrest) jew xahar (jekk le) biex jagħmel it-talbiet jew l-osservazzjonijiet addizzjonali tiegħu fir-rigward tal-elementi komunikati lill-imħallef inkwerenti.

L-imħallef inkwerenti b’hekk joħroġ:

  • jew digriet li mhux ser jittieħdu passi ulterjuri jekk iqis li l-fatti li sab la jikkostitwixxu reat, la delitt, u l-anqas kontravenzjoni jew jekk l-awtur tal-fatti għadu mhuwiex magħruf, jew jekk mhemmx biżżejjed provi kontrih,
  • jew digriet ta’ rinviju (f'każ ta’ delitti u kontravenzjonijiet) jew l-att ta' akkuża (fil-qasam kriminali) jekk ikun hemm provi suffiċjenti tar-reat kontra l-persuna investigata.

Id-drittijiet tiegħi matul l-inkjesta u l-investigazzjoni

Id-drittijiet tiegħi matul l-arrest (1)

Jekk int issuspettata li kont kompliċi fit-twettiq ta’ reat, l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jżommok taħt arrest preventiv. Dwar dan irid jgħarraf, sa mill-bidu ta’ din id-deċiżjoni, lill-prokuratur tar-Repubblika jew lill-imħallef inkwerenti, skont il-każ.

Fil-każ ta' ksur komuni tal-liġi, li fir-rigward tiegħu ma tistax tinżamm għal aktar minn 24 siegħa, perjodu li jista’ jiġi estiż għal darba biss għal perjodu ta’ 24 siegħa oħra, mill-prokuratur tar-Repubblika fil-qafas tal-inkjesta ġudizzjarja, jew mill-imħallef inkwerenti fil-qafas tal-investigazzjoni.

Madanakollu, hemm tipi derogatorji ta’ arrest preventiv. Fir-rigward ta’ delinkwenza jew kriminalità organizzata, traffikar ta’ drogi jew terroriżmu, il-perjodu tal-arrest preventiv huwa itwal. Barra minn hekk, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet ta’ tqegħid taħt arrest preventiv u l-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ din il-miżura huma implimentati aktar strettament fil-każ ta' minorenni.

In-nuqqas ta’ ħarsien tal-perjodu tal-arrest preventiv jista’ jwassal għall-annullament ta’ din il-miżura u tal-atti sussegwenti li jkunu bbażati fuqha.

X’jgħiduli matul l-arrest preventiv?

Id-drittijiet tal-persuna taħt arrest preventiv huma drittijiet fundamentali. Trid tkun infurmat/a immedjatament bin-natura tar-reat li wassal għall-investigazzjoni, b'kemm se ddum il-kustodja u bid-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni trid tkun ikkomunikat lilek f’lingwa li tista’ tifhem. Għaldaqstant, tista’ tibbenefika minn servizzi ta’ interpretu mingħajr ħlas.

In-notifika u l-fatt li ingħatat l-informazzjoni jitniżżlu fil-verbal.

  • Id-dritt li titlob li jkun hemm  persuna qariba tiegħek

Għandek id-dritt li titlob li tiġi persuna qariba tiegħek (persuna li ġeneralment tgħix magħha, qarib fil-linja diretta, xi ħadd minn ħutek, jew min jimpjegak). Jiġu kkuntattjati bit-telefon mill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja fi żmien tliet sigħat minn meta titqiegħed taħt arrest preventiv.

  • Id-dritt li tikkonsulta tabib

Għandek id-dritt li tagħmel eżami mediku matul l-24 siegħa ta’ kustodja. It-tabib jintgħażel mill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jew mill-prokuratur tar-Repubblika.

  • Id-dritt li titlob konsulenza ta’ avukat

Tista’ titlob sabiex tikkonsulta avukat għal mhux iktar minn 30 minuta. Din il-konsulenza hija kunfidenzjali. L-avukat ikun jista’ jifformula xi osservazzjonijiet bil-miktub li jitniżżlu fl-atti proċesswali.

Tista’ tagħżel avukat jekk taf lil xi wieħed, jew titlob li jinħatarlek avukat mill-President tal-Kamra tal-Avukati (imsejjaħ l-avukat “maħtur mill-qorti”).

F’każ ta’ tqegħid taħt arrest preventiv għal ksur komuni tal-liġi, tista’ tikkonsulta mal-avukat tiegħek sa mill-bidu tal-arrest, u jekk l-arrest ikun soġġett għal estensjoni, mill-bidu tagħha.

Madanakollu, jekk titqiegħed taħt arrest preventiv għal reat li għandu x’jaqsam ma’ delinkwenza jew kriminalità organizzata, ma' traffikar ta’ drogi jew ma’ attività terroristika ma tkunx tista’ tikkonsulta ma’ avukat qabel jgħaddu 48 jew 72 siegħa..

L-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja ikun wettaq l-obbligi tiegħu meta jkun għamel dak kollu li jista’ sabiex tikkuntattja avukat.

  • Id-dritt li tibqa’ sieket/siekta

Inti ma tiġix infurmat b’dan id-dritt mill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja, madanakollu, inti għandek il-libertà li żżomm sieket/siekta u li ma tinkriminax lilek innifsek.

  • Id-dritt li titlob li l-konsulat tal-Istat taċ-ċittadinanza tiegħek ikun infurmat dwar l-arrest tiegħek

X’jiġri jekk jien ma naqbilx mal-mod kif ġew traskritti l-istqarrijiet tiegħi?

Tista’ tirrifjuta li tiffirma l-istqarrija bil-miktub.

X’jista’ jiġri wara l-arrest preventiv?

Il-prokuratur tar-Repubblika jew l-imħallef inkwerenti, skont il-każ, jista’ jtemm l-arrest fi kwalunkwe mument. Tista’ titħalla titlaq jew, jekk tkun imqiegħed/imqiegħda taħt arrest preventiv matul inkjesta ġudizzjarja, titressaq jew quddiem imħallef inkwerenti għall-ftuħ ta’ stħarriġ ġudizzjarju, jew quddiem qorti kriminali.

Jekk jinfetaħ stħarriġ ġudizzjarju, wara l-interrogatorju tal-ewwel dehra, tista’ tiġi interrogat/a jew tibbenefika minn stat ta’ xhud assistit. Jekk int tiġi interrogat/a, tista’ tingħata l-libertà kundizjonata jew tinżamm taħt arrest preventiv.

Jekk tidher quddiem Qorti Kriminali, din tista’ tiġġudika l-każ immedjatament, jekk dan ikun possibbli, kif ukoll tista’ tagħtik perjodu biex tipprepara d-difiża tiegħek fuq talba tiegħek. F’dan il-każ tkun trid tittieħed deċiżjoni dwar id-detenzjoni tiegħek, jiġifieri jew titqiegħed taħt arrest preventiv jew tingħata l-libertà kondizzjonata.

Nintalab nagħti l-marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA jew likwidi oħra tal-ġisem? X’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Jekk int xhud jew persuna suspettata fi proċedura kriminali, tista’, wara awtorizzazzjoni mill-prokuratur tar-Repubblika, tkun soġġett għat-twettiq ta’ proċeduri ta’ teħid estern ta' kampjuni (partikolarment ta’ teħid tas-saliva għal skopijiet ta’ analiżi tal-identità tad-DNA tiegħek) u ta’ identifikazzjoni (partikolarment it-teħid tal-marki tas-swaba’, tal-pala tal-id jew ritratti tiegħek).

Tista’ tirrifjuta: madankollu, il-proċeduri msemmija jitwettqu f’kundizzjonijiet legali, u r-rifjut li tikkonforma mat-talbiet li jsirulek, f’ċerti każijiet huwa  reat kundannabbli b’piena ta’ sena (1) ħabs u multa ta’ EUR 15 000.

Nista’ nkun soġġett/a għal perkwiżizzjoni fuq il-ġisem?

Ġeneralment, l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jwettaq perkwżizzjoni tas-sigurtà fuq il-ġisem (taptip minimu fuq il-ħwejjeġ) bil-għan li jiġi żgurat li ma għandek l-ebda oġġett li jista’ jkun ta’ periklu għalik stess jew għal ħaddieħor.

Għal raġunijiet ta’ sigurtà jew għall-ħtiġijiet tal-investiazzjonijiet, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jawtorizza li ssirperkwiżizzjoni fuq il-ġisem li tikkonsisti fit-tneħħija kompleta jew parzjali tal-ħwejjeġ. Jekk il-perkwiżizzjoni tkun interna, dan jista’ jsir biss minn tabib.

Dawn il-proċeduri jistgħu jsiru biss minn uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja tal-istess sess bħalek.

L-oġġetti kollha mneħħija jintraddu lura u jingħatawlek fi tmiem l-arrest tiegħek jekk tiġi lliberat.

Jistgħu jagħmlu perkwiżizzjoni f’dari, fil-post tax-xogħol tiegħi, fil-karozza tiegħi, eċċ.?

Tista’ ssir perkwiżizzjoni  biss bejn is-6:00 u d-21:00. Madanakollu, perkwiżizzjoni li tkun bdiet qabel id-21:00 tista’ tibqa’ għaddejja matul il-lejl.

Huma permessi xi derogi fil-każ ta' reati ta’ kriminalità organizzata, ta’ terroriżmu, ta’ prostituzzjoni u ta’ traffikar ta’ drogi, taħt il-kontroll ta’ maġistrat.

Il-perkwiżizzjoni tista’ ssir fir-residenzi kollha fejn jistgħu jinstabu oġġetti li jkunu utli biex tinkixef il-verità.

Tista’ tkun ir-residenza tiegħek jew dik ta’ persuna oħra li jista' jkollha xi oġġetti relatati mar-reat.

Residenza tfisser il-post fejn il-persuna għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha iżda wkoll il-post, kemm jekk tgħix fih jew le, fejn il-persuna għandha d-dritt tgħid li dik hi darha.

Għalhekk, id-diversi residenzi (kamra f’lukanda, pereżempju) u l-binjiet separati tagħhom huma kkunsidrati bħala residenzi.

Il-kunċett ta’ residenza jitħalla fid-diskrezzjoni tal-imħallef. Għaldaqstant, għalkemm bi prinċipju vettura ma titqisx bħala residenza, din tiġi titqies residenza jekk isservi bħala post fejn wieħed jgħix.

Nista’ nappella?

In-nuqqas ta’ rispett tal-formalitajiet imsemmija hawn fuq jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża u jista’ jkun soġġett għal proċedura ta’ annullament tal-perkwiżizzjoni u għal sekwestri.

Informazzjoni ġudizzjarja : id-drittijiet tiegħi matul l-interrogazzjoni mal-ewwel dehra (2)

L-għan tas-seduta tal-ewwel dehra huwa li jkollok l-opportunità li titkellem dwar il-fatti li bihom inti tinsab mixli.

L-imħallef inkwerenti, wara li jikkonferma l-identità tiegħek, ifakkrek dwar il-fatti ppreżentati u l-kwalifika ġuridika tagħhom.

L-imħallef inkwerenti jinfurmak bid-drittijiet tiegħek:

  • Għandek id-dritt li jkollok interpretu awtorizzat,
  • Għandek id-dritt għall-assistenza ta’ avukat (magħżul jew appuntat).

Tista’ tippreżenta ruħek f’din l-udjenza assisit mill-avukat tiegħek u mbagħad isirlek l-eżami dak il-ħin. F’każ kuntrarju, l-imħallef inkwerenti jrid jinfurmak mill-ġdid dwar id-dritt tiegħek li tkun assistit, jekk ikun hemm bżonn minn avukat appuntat.

Jekk tagħżel li tkun assistit minn avukat, dan tal-aħħar jista’ jikkonsulta l-fajl u jkellmek dwaru taħt ċerti kundizzjonijiet.

Għandek id-dritt li tibqa’ sieket/siekta.

Jekk il-fatti li int akkużat bihom jikkostitwixxu delitt, tkun soġġett/a għal interrogatorju awdjoviżwali.

Nista’ nwieġeb ħati/ħatja qabel il-proċess għall-kapijiet kollha ta' akkuża jew għal uħud minnhom?

Tista’ tammetti l-fatti kollha jew inkella parti minnhom biss. Hija kwistjoni ta’ strateġija li jaqbillek tiddiskuti mal-avukat tiegħek.

Il-kapijiet tal-akkuża/tal-imputazzjoni jistgħu jiġu modifikati qabel il-proċess?

Matul l-investigazzjoni, li ssir biex jiġu stabbiliti fatti inkriminanti jew eżoneranti, il-fatti li jkollu quddiemu l-imħallef inkwerenti jistgħu jiġu mmodifikati fil-kwalifika ġuridika tagħhom (korrezzjoni, kriminalizzazzjoni).

Jekk, matul l-investigazzjoni, jiġu skoperti reati ġodda, fuq talba tal-prokuratur tar-Repubblika l-imħallef ikun jista’ jiġġudika fuq il-fatti l-ġodda.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt ipproċessat għalih fi Stat Membru ieħor?

Jekk ġejt ipproċessat fi Stat Membru ieħor, iżda ma tkunx għadha ngħatat sentenza, tista’ tiġi interrogat dwar dawn il-fatti fit-territorju Franċiż.

Min-naħa l-oħra, jekk ikun hemm sentenza dwar dawn il-fatti fi Stat Membru ieħor, ma tistax, skont il-prinċipju non bis in idem (ma tistax tiġi ġġudikat darbtejn fuq l-istess fatti) tkun  ipproċessat u lanqas iġġudikat fi Franza.

Niġi infurmat dwar ix-xhieda li se jixhdu kontrija u bil-provi eżistenti kontrija?

Skont il-prinċipju tal-kontradittorju, l-elementi kollha tal-provi (xhieda, elementi materjali) għandhom jiġu kkomunikati lilek biex tħejji bl-aħjar mod id-difiża tiegħek u sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħek.

Dawn l-elementi jkunu jidhru fil-fajl li tista’ tikseb kopja tiegħu permezz tal-avukat bħala intermedjarju tiegħek wara awtorizzazzjoni mill-imħallef.

Int u l-avukat tiegħek ma tistgħux tgħaddu din l-informazzjoni lil persuni terzi għax tkunu qed tipperikolaw is-segretezza tal-investigazzjoni.

Niġi mistoqsi għal informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Huwa obbligatorju li fl-atti tal-proċess ikun hemm kopja tal-kondotta tiegħek.

Jien ċittadin ta’ pajjiż ieħor. Irrid inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

Minħabba l-obbligi li jistgħu jiġu stabbiliti meta tingħata l-libertà kundizzjonata, ma tistax toħroġ mit-territorju Franċiż matul il-proċedura tal-investigazzjoni.

L-istat ta’ persuna interrogata u ta’ xhud assistit (3)

Meta jitlesta l-eżami tal-ewwel dehra, l-imħallef inkwerenti,  jinnotifikak bl-akkużi miġjuba kontrik, jew jagħtik l-istatus ta’ xhud assistit.

L-akkuża tfisser li kontrik hemm indizji gravi jew konsistenti li jimplikaw li inti kont kompliċi fit-twettiq ta’ reat. Inti tkun parti mill-proċess kriminali, li mhuwiex il-każ meta wieħed ikun xhud assistit.

Min-naħa l-oħra, l-istat ta’ xhud assistit ifisser li hemm xi provi iżda mhumiex biżżejjed biex ikunu ġustifikati l-akkużi miġjuba kontrik. Għalhekk, għalkemm ma tkunx parti mill-proċess kriminali, ix-xhud assistit xorta waħda jkollu aċċess għall-fajl, jibbenefika mid-drittijiet tad-difiża u jista’ jitlob it-twettiq ta’ ċertu numru ta’ atti lill-imħallef inkwerenti.

Dawn iż-żewġ stati jirriżultaw f'konsegwenzi differenti. Il-persuna interrogata biss tista’ tiġi rilaxxata, fuq deċiżjoni motivata tal-imħallef, bil-libertà kundizzjonata (u għaldaqstant, ma tkunx tista’ toħroġ mit-territorju) jew tinżamm taħt arrest preventiv u hi biss tkun tista’ titressaq quddiem qorti.

Imbagħad tkun tista’ titlob li tiġi liberata.

Jekk tibbenefika mill-istat ta’ xhud assistit, tista’ titlob, fi kwalunkwe mument tal-proċedura, li tingħata l-istat ta’ persuna interrogata.

X’inhuma l-kundizzjonijiet tal-libertà kundizzjonata (contrôle judiciaire)?

Tista’ tingħata l-libertà kkundizjonata meta l-piena maħsuba tkun piena ta’ priġunerija jew piena aktar ħarxa.

Dan hu meħtieġ minħabba n-neċessitajiet tal-investigazzjoni (pereżempju biex jiġi evitat li  taħrab lejn pajjiż barrani) jew bħala miżura ta’ sigurtà (biex pereżempju jiġi evitat li tiltaqa’ mal-vittma). Il-parti l-kbira tal-miżuri meħuda meta tingħata l-libertà kundizzjonata għandhom l-għan li jipprevjenu li l-awtur tar-reat jaħrab.

Din il-miżura tista’ tintemm fi kwalunkwe mument, wara deċiżjoni tal-imħallef inkwerenti, fuq talba tal-prokuratur tar-Repubblika jew fuq talba tiegħek.

Jekk tagħmel din it-talba, l-imħallef inkwerenti jrid jagħti d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħamest ijiem.

Jekk tiddeċiedi li tonqos mill-obbligi tal-libertà kundizzjonata, ikun hemm ir-riskju li titpoġġa taħt arrest preventiv.

Finalment, tista’ tikkontesta d-deċiżjoni li tingħatalek il-libertà kondizzjonata permezz ta’ appell quddiem ix-chambre de l’instruction.

X’inhuma l-kundizzjonijiet biex tinżamm taħt arrest preventiv?

Biex tinżamm taħt arrest preventiv, trid tkun prevista piena ta’ ċerta gravità: piena kriminali jew piena korrettiva ta’ tliet snin priġunerija jew iktar.

Trid tkun tikkostitwixxi l-uniku mod biex ikunu ppreservati l-prova jew l-indizji materjali neċessarji biex tinkixef il-verità, tiġi evitata pressjoni fuq ix-xhieda jew il-vittmi kif ukoll fuq il-familji tagħhom, jiġi evitat ftehim minn taħt kontra l-liġi bejn il-persuna investigata u l-koawturi jew il-kompliċi, tiġi protetta l-persuna investigata, int tiggarantixxi d-disponibbiltà tiegħek għall-ġustizzja, jintemm ir-reat jew jiġi evitat li jerġa’ jitwettaq, u f’każijiet kriminali, biex jintemm il-periklu eċċezzjonali u persistenti għall-ordni pubbliku li jirriżulta mill-gravità tar-reat.

Tista’ tikkontesta l-ordni ta’ arrest preventiv fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tiġi notifikata, permezz ta’ dikjarazzjoni magħmula lill-kap gwardjan tal-ħabs li fih tkun qed tinżamm jew fir-reġistru tal-qorti li tkun tat din id-deċiżjoni.

L-għeluq tal-investigazzjoni (4)

L-investigazzjoni tingħalaq permezz ta’ ordni. Dawn l-ordnijiet jistgħu jkunu differenti.

Digriet li mhux ser jittieħdu passi ulterjuri

L-imħallef jista’ jagħti digriet li mhux ser jittieħdu passi ulterjuri għaliex ma hemmx biżżejjed provi miġjuba kontrik. Jista’ jkun totali jew parzjali.

Jekk jingħata digriet li mhux ser jittieħdu passi ulterjuri, l-imħallef inkwerenti jagħti digriet ta’ rinviju jew joħroġ att ta’ akkuża għall-parti l-oħra tal-fatti.

Jekk int tkun soġġett/a għal digriet li mhux ser jittieħdu passi ulterjuri totali u jekk taħt arrest preventiv, tinħeles u tingħata lura l-oġġetti sekwestrati.

Għandek il-possibbiltà li tiftaħ proċedura biex tingħata kumpens.

Madakollu oqgħod attent/a għax il-parte civile tista’ tappella kontra dan id-digriet fi żmien għaxart (10) ijiem minn mindu tkun innotifikata fir-reġistru tal-qorti li tkun tat id-deċiżjoni.

Id-digriet ta’ rinviju

Jekk l-imħallef jidhirlu li għandu akkużi suffiċjenti kontrik, jista’ jiddeċiedi li jressqek quddiem il-qorti.

Jekk  tkun ingħatajt il-libertà kundizzjonata jew tkun taħt arrest preventiv, dawn jintemmu permezz tad-digriet.

Madanakollu, permezz ta’ diġriet ġdid, b'motivazzjoni speċifika, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jżomm dawn il-miżuri, iżda mhux għal iktar minn xahrejn. Jekk wara dan il-perjodu ma tkunx għadek dehert quddiem qorti kompetenti, int tiġi lliberat/a.

Permezz ta’ digriet immotivat li jistabbilixxi li hu impossibbli li tkun ġudikat/a fi żmien xahrejn, l-imħallef jista’, “f’każ eċċezzjonali” biss, jordna żewġ estensjonijiet ta’ xahrejn kull waħda. Jekk fi tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur, tkun għadek ma ġejtx iġġudikat/a, int tiġi lliberat/a.

M'hemmx appell minn dan id-digriet minbarra f’każ fejn int taħseb li l-fatti li ser jitressqu quddiem il-qorti kriminali jikkostitwixxu reat li għandu jkun soġġett għal ordni tal-att ta' akkuża quddiem il-Cour d’Assise. Dan il-mezz ta’ rikors huwa miftuħ ukoll għall-parte civile.

Id-diriet tal-akkuża

Dan jingħata mill-imħallef inkwerenti f’każijiet kriminali.

Jekk inti tkun ingħatajt il-libertà kkundizzjonata meta l-imħallef jagħti dan id-digriet, inti żżomm l-istat tiegħek.

Bħala persuna akkużata, għandek id-dritt li tappella minndan id-digriet.

Il-mandat ta’ arrest Ewropew (5)

Il-mandat ta’ arrest Ewropew huwa proċedura intiża li tieħu post il-proċedura ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri.

Hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, sabiex il-persuna mfittxija li kontriha trid tinfetaħ proċedura kriminali tiġi arrestata u tkun sottomessa minn Stat Membru ieħor jew inkella sabiex din il-persuna tiskonta piena jew miżura ta’ sigurtà li tirrestrinġi l-libertà.

Kull Stat Membru jista’ jadotta l-miżuri ta’ żamma neċessarji u proporzjonati kontra persuna mfittxija.

Meta l-persuna mfittxija tiġi arrestata, għandha d-dritt li tiġi infurmata dwar il-kontenut tal-mandat kif ukoll li tibbenefika mis-servizzi ta’ avukat u ta’ interpretu.

Fi kwalunkwe każ, l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva għandha d-dritt li tiddeċiedi li żżomm il-persuna f’detenzjoni jew li tħalliha fil-libertà taħt ċerti kundizzjonijiet.

Sakemm tittieħed deċiżjoni, l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva tipproċedi għas-smigħ tal-persuna kkonċernata. Aktar tard matul is-sittin ġurnata ta’ wara l-arrest, l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva trid tieħu deċiżjoni definittiva dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Imbagħad, immedjatament tinnotifika lill-awtorità emittenti bid-deċiżjoni meħuda. Madanakollu, meta l-informazzjoni kkomunikata ma tkun biżżejjed, l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva tista’ titlob lill-awtorità emittenti biex tagħti xi informazzjoni addizzjonali.

Il-perjodu kollu ta’ detenzjoni relatat mal-mandat ta’ arrest Ewropew irid jitnaqqas miż-żmien totali impost li fih tkun miċħuda l-libertà li eventwalment.

It-tħejjija tal-proċess mid-difiża (6)

Ir-relazzjoni mal-avukat tiegħek hi bbażata fuq relazzjoni ta’ kunfidenzjalità reċiproka – din hija l-persuna li inti tista’ tafda. Għaldaqstant, huwa marbut bis-sigriet professjonali.

Għalhekk, staqsih il-mistoqsijiet kollha li jkunu qed iħassbuk u staqsih biex jispjegalek id-dettalji kollha sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta’ fehim.

Matul l-ewwel laqgħa miegħu, agħtih id-dokumenti u l-informazzjoni kollha marbuta mal-każ tiegħek sabiex ikun jista’ jħejji d-difiża tiegħek fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli.

Iddiskuti l-mistoqsijiet li jiġuk f’rasek, l-aktar dawk li jikkonċernaw l-andament tal-proċedura, l-istrateġija li għandha tiġi adottata rigward l-għażla tal-proċedura jew anki t-tip ta’ mistoqsijiet li aktarx li se tkun mistoqsi mill-maġistrati responsabbli mill-fajl tiegħek.

Taħsibhiex darbtejn biex tistaqsih dwar l-eżitu tal-proċedura, il-pieni li tista’ tingħata u dwar kif dawn jistgħu jingħataw.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2017

3 - Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess


Jekk inti persuna adulta, u tammetti l-akkużi miġjuba kontrik, u jekk huwa każ ta’ reat punibbli b’multa jew bi priġunerija għal massimu ta’ ħames snin, allura tista’ tibbenefika mill-proċedura msejħa “comparution immédiate sur reconnaissance préalable de culpabilité” (dehra immedjata wara l-ammissjoni preliminari ta’ ħtija”. Bilfors għandek tkun assistit minn avukat. Din il-proċedura veloċi tippermettilek li tibbenefika minn pieni inqas stretti.

Fejn iseħħ il-proċess?

Il-kompetenza tal-qorti tiddependi mit-tip ta’ reat u mill-ġurisdizzjoni territorjali. Għall-kontravenzjonijiet, ikunu kompetenti t-Tribunal tal-Pulizija (tribunal de police) jew il-Qorti Distrettwali (juridiction de proximité) tal-post fejn seħħew il-fatti, jew tal-post fejn tgħix.

F’każ ta’ reat, tkun kompetenti l-Qorti Kriminali (tribunal correctionnel) tal-post fejn seħħew il-fatti, ta’ fejn tgħix jew ta’ fejn ġejt arrestat.

Fl-aħħar nett, f’każ ta’ delitt, tkun kompetenti l- Cour d’Assises tal-post fejn seħħew il-fatti, ta’ fejn tgħix jew ta’ fejn ġejt arrestat.

Il-proċess kriminali hu verbali u pubbliku. F’każijiet eċċezzjonali, il-proċess jinstema’ bil-bibien magħluqin, f’każ ta’ reati minn minorenni, jew fuq talba tal-vittma f’każijiet ta’ stupru, torturi jew atti barbari, flimkien ma’ aggressjoni sesswali.

F’każijiet kriminali u kontravenzjonijiet, id-deċiżjonijiet jittieħdu minn imħallef professjonali wieħed jew aktar, filwaqt li l-Cour d’assises, komposta minn disa’ ġurati ċittadini u tliet maġistrati professjonali, tieħu deċiżjonijiet abbażi tal-maġġoranza kkwalifikata ta’ tmien persuni.

Jistgħu jiġu mmodifikati l-kapijiet tal-akkuża/tal-imputazzjoni matul il-proċess?

Il-Qorti tieħu konjizzjoni biss tal-fatti spjegati fl-att tal-akkuża. Ma tistax tikkunsidra fatti oħra.

Madanakollu, il-qorti għandha d-dritt li tikkwalifika mill-ġdid il-fatti li jitressqu quddiemha, matul is-smigħ, bil-kundizzjoni li inti tkun stajt tippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħek dwar dawn il-kapijiet tal-akkuża l-ġodda. Jekk din il-kwalifikazzjoni mill-ġdid timplika estensjoni tar-rinviju tal-proċess minħabba fatti ġodda, int trid taċċetta li tidher volontarjament għal dawn il-fatti.

Fi Franza l-proċedura li fiha wieħed iwieġeb ħati ma teżistix. Huwa biss possibbli, f’ċerti reati, li qabel il-proċess titlob sabiex tibbenefika mill-proċedura ta’ dehra wara ammissjoni preliminari ta’ ħtija. Jekk tagħmel xi ammissjonijiet, dawn ikunu soġġetti għal dibattiti u jitħallew għad-deċiżjoni tal-imħallfin, bħal kull prova oħra.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess?

Il-preżenza tiegħek hija obbligatorja matul il-proċess kollu. Mingħajr raġuni valida, tkun iġġudikat fl-assenza tiegħek, sakemm it-tribunal ma jaċċettax li jirrinvija s-smigħ għal meta tiġi lura. Iżda t-tribunal mhuwiex obbligat li jilqa’ din it-talba. Madanakollu, jekk l-avukat tiegħek huwa preżenti, huwa jkun jista’ jinstema’ u jirrappreżentak. F’każijiet kriminali, jista’ jinħareġ mandat ta’ arrest kontrik.

Fi Franza, il-possibbiltà li tirrikorri għal konferenza bil-vidjo hija prevista għas-smigħ ta’ xhieda, ta’ partijiet ċivili u ta’ esperti biss.

Jekk ma tifhimx il-lingwa tal-Qorti, ikun jista’ jiġi assenjat interpretu ex officio għalik.

L-assistenza ta’ avukat hija obbligatorja f’każijiet kriminali. Hi fakultattiva biss f’każijiet ta’ delitt u ta’ kontravenzjoni. Tista’ tibdel l-avukat tiegħek matul il-proċess.

Inti tista’ titkellem matul il-proċess. Madanakollu, għandek id-dritt li tibqa’ sieket matul il-proċedura kollha. Din l-istrateġija jista’ jkollha impatt fuq il-fehma tal-maġistrati.

Ma tistax tkun ikkundannat biss għas-sempliċi fatt li tkun gdibt matul is-seduta. Madanakollu, gidba tista’ taffettwa d-deċiżjoni li tittieħed mill-Qorti. Barra minn hekk, din tista’ tikkomprometti l-istrateġija tal-avukat tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi mressqa kontrija?

Il-provi kollha fl-atti tal-proċess iridu jkunu soġġetti għal dibattiti bis-smigħ tal-partijiet kollha sabiex int tkun tista’ tiddiskutihom. Il-prova hi libera fil-liġi penali Franċiża u tista’ titressaq fiċ-ċirkostanzi kollha. B’hekk, tista’ tipproduċi l-elementi kollha ta’ prova neċessarji u b’mod partikolari dawk miġbura minn investigatur privat, fejn l-unika ħaġa li tillimitak tkun il-legalità tal-prova.

Tista’ titlob sabiex jinstemgħu xi xhieda. Tista’ tagħmel mistoqsijiet, direttament jew permezz tal-avukat tiegħek , lix-xhieda u lill-udjenza, u tikkontesta x-xhieda tagħhom b’kull mod.

Tista’ tiġi kkunsidrata l-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-kontenut tal-kondotta tiegħek jiġi kkonsultat mill-maġistrati. Parti minnha tkun preżenti fl-atti tal-proċess matul il-proċedura kollha. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti, li tieħu konjizzjoni tal-atti tal-proċess tiegħek, eventwalment tista’ titlob li jintbagħtu partijiet mill-kondotta tiegħek lil Stat Membru ieħor.

X’jiġri fi tmiem il-proċess?

L-eżitu tal-proċess tiegħek ikun previst minn qabel flimkien mal-avukat tiegħek, jekk tkun infurmajtu bis-sħiħ dwar is-sitwazzjoni tiegħek. Tista’ tkun deċiżjoni ta’ rilaxx, ta’ liberazzjoni jew ta’ kundanna.

F’każ ta’ kundanna, il-pieni previsti huma:

Il-pieni li jċaħħdu l-libertà:

  • F’każijiet kriminali, piena ta’ priġunerija għal dejjem jew għal żmien definit. Għas-sentenzi ta’ priġunerija għal żmien definit, il-Kodiċi Kriminali jistabbilixxi ż-żmien massimu. Iż-żmien hu ta’ bejn 10 snin u 30 sena.
  • F’każijiet ta’ reati, iż-żmien massimu għal priġunerija huwa ta’ 10 snin.

Dawn il-pieni li jċaħħdu l-libertà jistgħu, meta jkunu jistgħu jitnaqqsu, ikunu soġġetti għal xi aġġustamenti, bħal-libertà kundizzjonata, il-libertà parzjali jew it-tnaqqis tal-piena.

Pieni oħra:

  • Fil-każijiet kollha, tista’ tingħata multa li t-total tagħha jkun stabbilit għal kull reat speċifiku.
  • F’każ ta’ delitti u kontravenzjonijiet, huwa possibbli li tingħata “rimedju b'penali” li tikkonsisti f’kundanna biex il-ħati jsewwi l-ħsara li tkun ġarrbet il-vittma.
  • Jistgħu jingħataw pieni addizzjonali. Dawn jistgħu jinvolvu xogħlijiet ta’ interess ġenerali (bil-kunsens tiegħek), pieni li jċaħħduk minn xi dritt (il-liċenzja tas-sewqan,…), sekwestru ta’ xi beni, għeluq ta’ stabbiliment, tneħħija ta’ xi dritt ċivili (id-dritt tal-vot,..) jew il-projbizzjoni milli toħroġ ċekkijiet. Barra minn hekk, tista’ tingħatalek projbizzjoni milli tmur fit-territorju Franċiż (jekk tkun persuna barranija) jew projbizzjoni li toqgħod fi Franza.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess?

Il-vittma tista’ tkun preżenti fil-proċess jew tkun rappreżentata. Fin-nuqqas, hija titqies li mhux qed tinvolvi ruħha fil-kawża. Hija tista’ tagħti bidu għall-proċedura. Matul il-proċess, il-preżenza tagħha jew dik tal-avukat tagħha tippermetti li tiġi żgurata d-difiża tal-interessi tagħha u titlob kumpens għall-ħsarat li tkun ġarrbet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2017

4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella?

F’każ ta’ kontravenzjoni, tista’ tappella kontra ċerti sentenzi tat-Tribunal tal-Pulizija (tribunal de Police) u tal-Qorti Distrettwali (la juridiction de proximité) fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta jingħataw, quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali.

F’każi penali, tista’ tappella kontra s-sentenza tal-Qorti Kriminali fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tingħata, quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali.

F’każi kriminali, tista’ tappella kontra d-deċiżjoni ta’ kundanna tal- Cour d’Assises fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tingħata, quddiem Cour d’Assises oħra.

Tista’ tappella kemm kontra sentenzi mogħtija fuq azzjoni pubblika (piena) kif ukoll kontra sentenzi mogħtija fuq azzjoni ċivili (danni u interessi mogħtija lill-vittma).

Tista’ wkoll tressaq appell ta’ kassazzjoni kontra sentenzi mogħtija fl-appell u sentenzi mogħtija fl-aħħar istanza, quddiem l-Awla Kriminali tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, fi żmien ħamest ijiem sħaħ wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni kkontestata.

Il-Qorti ta’ Kassazzjoni, bħala qorti suprema, tagħti d-deċiżjoni tagħha fi żmien determinat dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ; jekk ir-rikors jitqies ammissibbli, il-Qorti ta’ Kassazzjoni tagħti d-deċiżjoni tagħha biss dwar l-applikazzjoni tal-liġi u ma tidħolx fil-merti tal-kwistjoni.

Il-preżentata ta’ appell jew ta’ rikors trid issir fir-reġistru tal-Qorti li tkun tat id-deċiżjoni kkontestata jew lill-kap tal-faċilità korrettiva jekk tkun detenut.

Fil-każijiet kollha, bilfors trid tiffirma l-preżentata.

X’jiġri meta nappella?

Matul ir-rikors u waqt l-istanza tal-appell, jew matul il-perjodu tar-rikors u waqt l-istanza ta’ kassazzjoni, fil-prinċipju, l-eżekuzzjoni tas-sentenza kkontestata tkun sospiża.

Madanakollu, jekk ġejt ikkundannat għal piena li ċċaħħad il-libertà u mbagħad ġejt miżmum f’detenzjoni, ir-rikors magħmul kontra d-deċiżjoni kkontestata ma għandux l-effett li jtemm id-detenzjoni matul l-istennija tad-deċiżjoni l-ġdida.

Mill-ġurnata li fiha tiġi rreġistrata l-preżentata tal-appell jew tar-rikors mill-Qorti inkwistjoni, is-smigħ irid isir fi żmien “raġonevoli”.

X’jiġri fis-smigħ ta’ appell jew ta’ kassazzjoni?

Peress li l-proċedura kriminali hija waħda verbali, ikollok il-possibbiltà li tippreżenta u tiżviluppa metodi u elementi ta’ provi ġodda matul is-smigħ tal-appell, li jkunu soġġetti għal dibattitu mill-partijiet kollha.

Il-Qorti tal-Appelli Penali jew il-Cour d’Assises li jridu jiddeċiedu dwar l-appell jistgħu kemm jikkonfermaw id-deċiżjoni kif ukoll jannullawha.

F’ċerti sitwazzjonijiet biss, b’mod partikolari f’dawk fejn il-Ministeru Pubbliku seta’ jippreżenta appell prinċipali jew inċidentali, tkun tista’ tappella sabiex il-piena inizjali mogħtija tkun aktar severa kif ukoll biex ikun hemm żieda fil-kumpens mitlub mill-parti ċivili (il-vittma) għad-danni.

Il-Qorti ta’ Kassazzjoni li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-liġi tista’ tannulla u trendi d-deċiżjoni kkontestata ineffettiva kemm permezz tar-rinviju tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Appell kif ukoll mingħajru.

Sentenza qatt ma tkun definittiva qabel ma jkun skada l-perjodu li fih wieħed ikun għadu jista’ jagħmel appell.

Jekk fi tmiem l-appell kontra d-deċiżjoni inizjali ta’ kundanna, jiġi deċiż li inti għandek tkun illiberat permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Appell li saret definittiva, tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, titlob kumpens sħiħ għall-ħsara materjali u morali kkawżata minn din id-detenzjoni “arbitrarja”.

Int tkun infurmat bid-dritt li tikseb kumpens meta tiġi nnotifikata s-sentenza ta’ rilaxx jew ta’ liberazzjoni.

Sabiex tagħmel dan, għandek żmien 6 xhur minn meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni ta’ rilaxx jew ta’ liberazzjoni biex tippreżenta appell, permezz ta’ rikors, quddiem l-Ewwel President tal-Qorti tal-Appell fil-Qorti fejn tkun ingħatat is-sentenza.

Dan tal-aħħar jiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens permezz ta’ deċiżjoni motivata, li ssir wara smigħ pubbliku, u li matulu tkun tista’ titlob li tinstema’ personalment jew inkella permezz tal-avukat tiegħek.

Id-deċiżjoni tal-Ewwel President tal-Qorti tal-Appell tista’ tkun soġġetta għal rikors quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali “ta’ kumpens għad-detenzjonijiet” (la Commission Nationale “de réparation des détentions” - CNR) fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tkun notifikata.

Il-CNR tiddeċiedi b’mod sovran u tagħti deċiżjoni li ma tistax tiġi appellata.

Il-kumpens li jingħata għandu jitħallas mill-Istat.

X’informazzjoni jkun hemm fil-kondotta?

Jekk fi tmiem l-appell jew ir-rikors ta’ kassazzjoni, tkun ikkundannat għal piena permezz ta’ deċiżjoni li saret definittiva, il-kundanna mogħtija tiddaħħal fil-kondotta tiegħek miżmuma mill-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-pajjiż tal-oriġini tiegħek.

Jien ċittadin ta’ Stat Membru. Nista’ nintbagħat lura wara l-proċess?

Skont il-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati tal-21 ta’ Marzu 1983, it-trasferiment lejn il-pajjiż tal-oriġini tiegħek jista’ jintalab kemm minn dan il-pajjiż kif ukoll minn Franza, l-Istat li ħareġ il-kundanna.

Madanakollu, it-twettiq ta’ dan it-trasferiment jeħtieġ il-kunsens tiegħek minn qabel, permezz ta’ deċiżjoni ħielsa u infurmata, jiġifieri inti jkollok informazzjoni sħiħa u preċiża dwar il-konsegwenzi tat-trasferiment.

Barra minn hekk, personalment tista’ titlob trasferiment volontarju lejn il-pajjiż tal-oriġini tiegħek. Sabiex tintlaqa’ t-talba tiegħek, jeħtieġ li jiġu sodisfatti diversi kundizzjonijiet.

Jekk inkun ikkundannat, nista’ nerġa’ niġi ġġudikat għall-istess fatti?

Skont ir-regola “Non bis in idem” li tirregola d-dritt kriminali Franċiż, jekk ġejt iġġudikat u mbagħad ikkundannat permezz ta’ deċiżjoni li saret res judicata fi Stat Membru, la tista' tkun akkużat u lanqas ikkundannat għall-istess fatti, fi Stat Membru ieħor.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2017

5 - Il-ksur tar-regolamenti tat-traffiku u reati minuri oħra

Fi Franza, ċertu numru ta’ reati minuri huma ttrattati direttament mill-Amministrazzjoni u mhux mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Ġeneralment, dawn ikunu jikkostitwixxu ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Dawn il-proċeduri speċifiċi jimplikaw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tiegħek, b’mod partikolari d-dritt tad-difiża. Barra minn hekk, penali amministrattiva qatt ma tista’ tikkonsisti f’ċaħda mil-libertà.

Il-penali tingħata lilek, b’mod awtomatiku, direttament mill-awtorità amministrattiva kompetenti, li tkun sabet nuqqas fil-konfront ta’ xi obbligu legali. Kull deċiżjoni li twassal għal penali trid tkun motivata, u int tista’ tikkontestaha. Il-penali mogħtija hija immedjatament eżegwibbli, anki jekk tiddeċiedi li tappellaha.


Kif inhuma ttrattati r-reati minuri tal-kodiċi tat-traffiku?

Ir-reati relatati mat-traffiku huma ttrattati direttament minn gwardjan tat-traffiku, mill-pulizija jew mill-ġendarmerija. F’każ ta’ konstatazzjoni ta’ ksur, tingħatalek il-penali applikabbli immedjatament. Qabel dan, jiġu spjegati lilek ir-raġunijiet għall-penali tiegħek u tista’ tagħti l-osservazzjonijiet tiegħek. Tingħata rapport verbali li jindika x’inhu r-reat li wettaqt kif ukoll il-penali mogħtija. Inti tkun soġġett għal dik il-penali sa minn meta tingħatalek.

Il-penalitajiet jikkonsistu f’multa b’total fiss, u possibilment anki f’irmunkar tal-vettura.

Bħala ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, jekk ma tirrispettax ir-regolamenti tat-traffiku, tiġi ppenalizzat fi Franza. Jekk ma tħallasx il-penali qabel ma tirritorna lejn pajjiżek, ikun possibbli li tinfetaħ proċedura kontrik.

F’każ ta’ appell, tista’ tressaq rikors kontra din id-deċiżjoni, fi żmien xahrejn. B’hekk ikollok il-garanzija li l-penali li tingħatalek ma tistax tkun iggravata matul dan ir-rikors.

L-appell isir direttament fl-Amministrazzjoni, mingħajr proċess. Dan ir-rikors isir mal-awtorità li tkun ħarġet din il-penali l-ewwel (appell intern), u, f’każ ta’ ċaħda, trid tappella lill-awtorità li hi superjuri fil-ġerarkija għal dik l-awtorità li tkun ħarġet il-penali (rikors ta' appell).

Il-proċedura li għandek issegwi tkun spjegata lilek direttament fuq ir-rapport li jingħatalek.

Trid tkun ippruvajt dawn l-għażliet għall-appell kollha biex eventwalment tkun tista’ tirrikorri għal imħallef amministrattiv.

Kif inhuma ttrattati reati minuri oħra?

Ir-reati l-oħra ttrattati b’mod amministrattiv huma reati aktar gravi, marbutin mar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, mad-dritt tal-kompetizzjoni jew inkella mar-regolamentazzjoni fiskali jew tal-immigrazzjoni.

Dawn ir-reati jitniżżlu fuq il-kondotta tiegħi?

Dawk ir-reati li fi Franza huma ttrattati b’mod amministrattiv, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ksur tar-regolamenti tat-traffiku, ma jitniżżlux fuq il-kondotta tiegħek.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2017

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Italja

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew tiġi akkużata b’delitt.


Sommarju tal-proċedura kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-fażijiet tal-proċedura kriminali normali fil-konfront tal-adulti.

Tista’ ssib id-dettalji dwar dawn il-fażijiet kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss sabiex tagħti gwida.

Il-proċedura tibda meta l-pulizija jew il-Prosekutur Pubbliku jsiru jafu b’fatt li jista’ jiġi kkunsidrat bħala reat jew bħala delitt.

Malli tintemm l-investigazzjoni, il-Prosekutur Pubbliku jibda l-prosekuzzjoni sabiex jagħti bidu għall-proċedura kriminali, sakemm ma jaħsibx li l-każ jista’ jiġi miċħud.

Għal dawk id-delitti li jridu jiġu ttrattati mill-Qorti Kulleġġjali, mill-Qorti tal-“Assise” [simili għall-Qrati tal-Kuruna (Crown Courts) fir-Renju Unit u għad-Distrett Ġudizzjarju Federali (Federal Judicial District) fl-Istati Uniti tal-Amerika], u f’uħud mill-każijiet mill-Qorti b’Imħallef Uniku, il-Prosekutur Pubbliku jressaq talba għal proċess quddiem il-qorti kriminali, quddiem l-Imħallef għas-smigħ preliminari.

Ladarba jintemm is-smigħ preliminari, l-imħallef jista’ jew jibgħat lill-imputat għal proċess quddiem il-qorti kriminali jew jabbanduna l-prosekuzzjoni.

Għal dawk id-delitti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti b’Imħallef Uniku jew tal-Ġudikant Lajk (Giudice di Pace), il-Prosekutur Pubbliku jinnotifika permezz ta' ċitazzjoni għal proċess quddiem il-qorti kriminali jew permezz ta' ċitazzjoni diretta għal proċess quddiem il-qorti kriminali.

Hemm xi proċeduri speċjali: il-proċess sommarju quddiem il-qorti kriminali, is-sanzjoni mitluba mill-partijiet (proċedura bil-patteġġament), is-sentenza immedjata jew sommarja, il-proċedura b’digriet ta’ kundanna kriminali.

Proċedura kriminali ġeneralment issir fi tliet fażijiet: l-ewwel istanza (il-Qorti tal-“Assise”, il-Qorti Kulleġġjali, il-Qorti b’Imħallef Uniku u l-Ġudikant Lajk [Giudice di Pace]), l-Appell, u l-Qorti tal-Kassazzjoni [l-Ogħla Qorti].

Fl-ewwel istanza, jinġabru l-provi kollha - ix-xhieda u d-dokumenti - u l-proċedura tispiċċa jew b’kundanna jew b’liberazzjoni mill-akkużi.

Inti tista’ tappella kontra s-sentenza tal-ewwel istanza.

Il-Qorti tal-Appell tieħu d-deċiżjoni tagħha billi tikkonferma s-sentenza tal-ewwel istanza jew billi tannullaha parzjalment jew totalment, jew tista’ tannullaha billi tirrinvijaha lura quddiem l-ewwel imħallef.

Inti tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell billi tressaq petizzjoni quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni [l-Ogħla Qorti].

Il-Qorti tal-Kassazzjoni tippronunzja s-sentenza li permezz tagħha hija jew tiddikjara li l-petizzjoni mhijiex ammissibbli jew tiċħadha, jew saħansitra tannulla s-sentenza mingħajr ma tirrinvijaha lura, jew fl-aħħar nett tannulla s-sentenza u tirrinvijaha lill-imħallef tal-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Malli jintemmu l-fażijiet kollha tas-sentenza, is-sentenza ssir finali. Jekk ikun hemm kundanna b’sentenza, is-sentenza tista’ tiġi infurzata minn dak il-waqt.

Tista’ ssib id-dettalji dwar dawn il-fażijiet kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss sabiex tagħti gwida.

Għal informazzjoni dwar reati minuri, bħal reati tat-traffiku fit-triq li ġeneralment min iwettaqhom jeħel penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tagħtik assistenza jekk ikollok xi lment. F’dawn l-Iskedi Informattivi tingħata informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt

  • It-tiftix għall-provi
  • L-interrogazzjoni
  • L-arrest, iż-żamma taħt arrest, iż-żamma taħt arrest preventiv u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew
  • It-tmiem tal-inkjesta preliminari u s-smigħ ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Ir-reati tat-traffiku fit-triq u reati minuri oħrajn

Links relatati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Kwistjonijiet ta' liġi ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKwistjonijiet tal-liġi kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Kawżi Kriminali Taljana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Drittijiet tal-Bniedem


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

1 - Kif tikseb parir legali

Huwa ferm importanti li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod tkun involut fi proċedura kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek f’liema ċirkustanzi inti jkollok id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll dak li avukat jista’ jagħmel għalik. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif se jitħallsu d-drittijiet tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallas għalihom.


Kif issib avukat

Jekk inti ġejt arrestat jew qed tinżamm taħt arrest jew qed tinżamm taħt arrest preventiv, inti tista’ taħtar immedjatament avukat privat u tiltaqa’ miegħu eżatt wara l-arrest, iż-żamma taħt arrest jew iż-żamma taħt arrest preventiv.

Jekk inti ġejt meħlus mill-arrest fuq garanzija personali, inti tista’ taħtar avukat privat u titkellem miegħu meta trid.

Tista’ ssib avukat fil-links li ġejjin:

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nazzjonali tal-Avukati

Id-Dritt Kriminali Multilingwi

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Kawżi Kriminali Taljana

Jekk ma taħtarx avukat, l-Awtorità Ġudizzjarja taħtar wieħed għalik hi minn reġistru speċjali.

Kif jitħallas l-avukat

Ġeneralment, inti mistenni tħallas għall-avukat li jkun qiegħed jassistek, irrispettivament minn jekk tkunx għażiltu inti jew jekk ikunx inħatar għalik mill-Qorti.

Nista’ nikseb is-servizzi ta’ avukat mingħajr ħlas?

Inti tista’ tagħmel applikazzjoni għall-għajnuna legali sabiex l-assistenza legali li tingħatalek titħallas mill-gvern jekk l-introjtu taxxabbli tiegħek ma jaqbiżx EUR 10 628.16. Jekk inti tgħix mal-konjuġi tiegħek jew ma’ qraba oħrajn, l-introjtu taxxabbli jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien l-introjti kollha ta’ kull wieħed mill-membri tal-familja. F’każ bħal dan, il-limitu tal-introjtu jiżdied b’EUR 1 032.91 aktar u jiġi kkalkulat għal kull wieħed mill-membri tal-familja li qed jgħixu mal-parti interessata.

Hemm ċirkustanzi fejn l-għajnuna legali hija eskluża?

L-għajnuna legali hija eskluża:

  • fi proċeduri kriminali relatati ma’ evażjoni tat-taxxa;
  • jekk l-applikant ikun assistit minn iktar minn avukat wieħed;
  • għal dawk li jkollhom kundanna finali għal delitti relatati ma’ assoċjazzjoni tal-mafja u mal-kutrabandu tat-tabakk u t-traffikar tad-drogi.

X’nista’ nagħmel biex nikseb l-Għajnuna Legali?

Inti trid tippreżenta applikazzjoni fl-uffiċċju tal-maġistrat fejn tkun pendenti l-kawża.

Inti trid timla u tiffirma l-applikazzjoni u trid tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

  • it-talba biex tingħata l-għajnuna legali;
  • l-isem, il-kunjom, il-post, id-data tat-twelid u l-kodiċi fiskali, flimkien ma' dawk tal-membri kollha tal-familja tiegħek;
  • iċ-ċertifikazzjoni tal-introjtu tiegħek għas-sena ta’ qabel l-applikazzjoni tiegħek (dikjarazzjonijiet bil-miktub);
  • l-impenn tiegħek li tikkomunika kwalunkwe bidla rilevanti fl-introjtu tiegħek sabiex tingħata l-benefiċċji.

Inti tista’ jew tissottometti l-applikazzjoni tiegħek personalment, fejn tehmeż fotokopja ta’ karta tal-identità valida, jew tista’ tissottomettiha permezz tal-avukat tiegħek li jrid jillegalizza l-firma tiegħek. Tista’ anki tibgħataha permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta, fejn tehmeż fotokopja tal-karta tal-identità tiegħek.

Jekk qed tinżamm taħt arrest inti tista’ tissottommetti l-applikazzjoni tiegħek mill-ħabs.

Jekk qed tinżamm taħt arrest domiċiljari jew taħt arrest preventiv, inti tista’ tissottometti l-applikazzjoni tiegħek lil xi uffiċjal tal-pulizija kriminali.

Jekk inti barrani/ċittadin ta’ pajjiż minn barra l-UE, inti trid tehmeż ċertifikazzjoni mal-applikazzjoni tiegħek mingħand l-awtorità konsulari kompetenti dwar l-introjtu tiegħek barra mill-pajjiż u trid tiddikjara li dak li ddikjarajt fl-applikazzjoni tiegħek huwa veru.

Jekk dan mhuwiex possibbli, ċertifikazzjoni bħal din tista’ tiġi sostitwita b’awtoċertifikazzjoni. Jekk inti barrani u qiegħed tinżamm taħt arrest fil-ħabs għal raġunijiet ta’ sigurtà, jew jekk inti arrestat jew taħt arrest domiċiljari, iċ-ċertifikazzjoni mill-Konsulat tiegħek tista’ tiġi sottomessa fi żmien għoxrin jum mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek mill-avukat tiegħek jew minn persuna li tiġi minnek jew inkella tista’ tiġi sostitwita wkoll b’dikjarazzjoni bil-miktub.

X’jiġri jekk ningħata l-għajnuna legali?

Jekk l-imħallef jilqa’ t-talba tiegħek, inti tista’ tagħżel avukat privat minn fost l-avukati elenkati f’reġistri speċjali li jinżammu mill-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati. Inti tista’ tikkonsulta dawn ir-reġistri fl-uffiċċju ta’ kull Assoċjazzjoni tal-Avukati.

L-ispejjeż relatati mal-għajnuna legali u l-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri, inklużi s-servizzi ta’ interpretu għandhom jitħallsu mill-gvern.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvukati Voluntiera

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Intern

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Kawżi Kriminali Taljana

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Triveneto


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-każ jitressaq quddiem il-qorti


X’inhi investigazzjoni?

Investigazzjoni hija sensiela ta’ attivitajiet imwettqa mill-Prosekutur Pubbliku u mill-Pulizija Kriminali eżatt wara avviż ta’ reat. L-avviż ta’ reat jinkiseb direttament mill-Prosekutur Pubbliku jew mill-Pulizija Kriminali, jew inkella permezz ta’ azzjoni li tiġi ppreżentata mir-rikorrent jew minn individwi oħrajn.

X’inhu l-iskop ta’ investigazzjoni kriminali?

L-iskopijiet tal-inkjesta preliminari huma: li jiġi aċċertat jekk effettivament twettaqx delitt/reat jew le, li tinstab il-persuna responsabbli u li jinġabru l-provi ħalli jitkomplew l-investigazzjoni u l-proċeduri.

Min iwettaq l-investigazzjonijiet?

Il-Prosekutur Pubbliku, il-Pulizija Kriminali u l-avukat tal-imputat iwettqu l-investigazzjoni. Imbagħad hemm l-Imħallef għall-Inkjesti Preliminari li jiggarantixxi li r-regolamenti proċedurali u d-drittijiet tal-partijiet jiġu rrispettati.

X’inhuma l-fażijiet prinċipali ta’ inkjesta preliminari?

It-tiftix għall-provi

Il-Prosekutur Pubbliku u l-Pulizija Kriminali jistgħu jagħmlu arranġamenti u jwettqu perkwiżizzjonijiet, kontrolli, sekwestri ta’ oġġetti u ta’ dokumenti, eżami ta’ xhieda, interċettazzjonijiet telefoniċi, sorveljanza elettronika u spezzjonijiet fil-proprjetà. L-iskop ta’ dawn il-fażijiet huwa li jsir tiftix għall-provi u li dawn jinġabru. L-avukat tal-imputat jista’ jwettaq perkwiżizzjonijiet sabiex ifittex provi li jeżoneraw lill-klijent tiegħu.

L-interrogazzjoni

Persuna suspettata tista’ tissejjaħ mill-pulizija kriminali jew mill-Prosekutur Pubbliku sabiex tiġi interrogata. L-iskop ta’ interrogazzjoni huwa li jiġi skopert jekk l-individwu jkunx involut f’delitt/reat.

L-arrest, iż-żamma taħt arrest, iż-żamma taħt arrest preventiv fil-ħabs u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew

Il-pulizija jistgħu jarrestaw individwu jekk huwa jinqabad fil-fatt hekk kif ikun qed iwettaq id-delitt/ir-reat, jew jarrestawh wara li jkun twettaq id-delitt, jekk ikun hemm riskju li jista’ jaħrab. L-iskopijiet tal-arrest huma li jkun evitat li jitwettqu iktar delitti, li l-individwu jinżamm taħt arrest preventiv u li jkun żgurat li l-persuna suspettata ma taħrabx.

L-Imħallef għall-Inkjesti Preliminari jista’ jiddeċiedi li l-persuna suspettata għandha tinżamm taħt arrest preventiv fil-ħabs. Ir-raġuni għal dan huwa biex ikun evitat li jitwettqu iktar delitti, sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-provi meħtieġa u sabiex ikun evitat li l-persuna suspettata taħrab.

Fl-aħħar nett, il-pulizija jistgħu jarrestaw individwu sabiex jinfurzaw Mandat ta' Arrest Ewropew. L-iskop ta’ Mandat bħal dan huwa li l-individwu jinżamm taħt arrest preventiv min-naħa tal-Istat li jagħmel it-talba.

L-għeluq tal-inkjesta preliminari u tas-smigħ preliminari.

Malli tiġi fi tmiemha l-inkjesta preliminari, il-Prosekutur Pubbliku jagħti bidu għall-prosekuzzjoni sakemm ma jkunx talab li l-każ jiġi miċħud.

Għall-iktar delitti serji, qabel ma jibda l-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir smigħ preliminari quddiem l-Imħallef. Il-funzjoni ta’ dan is-smigħ huwa li jagħmilha ta’ filtru sabiex ikunu vvalutati r-raġunijiet għall-akkuża u sabiex ikunu evitati proċessi inutli quddiem il-qorti kriminali. L-imputat jista’ jagħżel li jiġi ġġudikat bi proċedura alternattiva, fejn jevita l-proċess quddiem il-qorti kriminali u, fil-każ ta’ kundanna, jibbenefika minn tnaqqis fis-sentenza tiegħu ta’ ħabs.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Ikklikkja fuq il-links li ġejjin sabiex issir taf x’inhuma d-drittijiet tiegħek waqt kull fażi tal-investigazzjoni.

It-tiftix għall-provi (1)

Il-pulizija jistgħu jwettqu spezzjonijiet u perkwiżizzjonijiet fid-dar tiegħi, fil-karozza tiegħi jew fil-bini fejn huwa stabbilit in-negozju tiegħi?

Iva. Il-pulizija jistgħu jwettqu spezzjonijiet u perkwiżizzjonijiet lokalizzati jew fuq l-inizjattiva tagħhom jew fuq it-talba tal-Prosekutur Pubbliku sabiex ifittxu u jikkonsenjaw il-provi tad-delitt/tar-reat imwettaq.

Jistgħu jagħmlu perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi?

Iva. Irid ikun hemm mandat mill-Prosekutur Pubbliku għal perkwiżizzjoni fuq il-persuna. Madankollu, il-pulizija jistgħu jwaqqfu lill-individwu u jagħmlu perkwiżizzjoni minn fuq ħwejġu, fuq l-inizjattiva tagħhom stess.

Il-pulizija jistgħu jieħdu dokumenti u oġġetti li jkolli miżmuma għandi jew li jkunu jinsabu fid-dar tiegħi, fil-karozza tiegħi jew fil-bini fejn huwa stabbilit in-negozju tiegħi?

Iva. Il-pulizija jistgħu jissekwestraw dokumenti u oġġetti li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala provi materjali u li jkunu meħtieġa sabiex jiġi pprovat fatt, kemm fuq l-inizjattiva tagħhom stess kif ukoll b’mandat mingħand il-Prosekutur Pubbliku.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi f’każ ta’ spezzjoni, ta’ perkwiżizzjoni u ta’ sekwestru?

Jekk inti ġejt soġġett għal perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek jew għal perkwiżizzjoni minn fuq ħwejġek inti tista’ tiġi assistit minn persuna affidabbli, dejjem jekk din tkun immedjatament disponibbli. Il-perkwiżizzjoni fuq il-persuna trid titwettaq b'tali mod li tiġi rispettata d-dinjità tiegħek.

Fil-każ ta’ spezzjoni jew ta’ sekwestru b’mandat, il-pulizija trid tikkonsenjalek kopja ta’ tali mandat. Jekk inti ma tkunx preżenti dak il-ħin, il-pulizija trid tikkonsenjah lil kull min ikun preżenti fuq il-post f’dak il-ħin. Inti għandek id-dritt li tkun assistit minn avukat imma l-pulizija mhumiex obbligati jikkuntattjaw lill-avukat minn qabel.

Għandi d-dritt għal petizzjoni kontra s-sekwestru?

Iva, inti tista’ tippreżenta talba għal reviżjoni fi żmien għaxart ijiem mill-ordni ta’ sekwestru/konfiska. Id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-qorti kompetenti.

Nista' nintalab nagħti l-marki tas-swaba’ tiegħi jew kampjuni tad-DNA tiegħi (xagħar, bżieq jew fluwidi tal-ġisem)?

Iva. Jekk qed jiġi suspettat li inti wettaqt delitt, il-pulizija jistgħu jitolbuk kampjuni tad-DNA u l-marki tas-swaba’ tiegħek sabiex jidentifikawk. Jekk inti ma tagħtix il-kunsens tiegħek, il-pulizija xorta jistgħu jipproċedu, sempliċement billi jitolbu awtorizzazzjoni verbali mingħand il-Prosekutur Pubbliku sabiex jieħdulek l-marki tas-swaba’ jew il-kampjuni.

Inti tista’ tintalab li tagħti l-marki tas-swaba’ tiegħek u l-kampjuni tad-DNA bħala provi, imma dan jiġri biss jekk ikun qed jiġi ssuspettat li inti wettaqt delitti serji u għaldaqstant tkun meħtieġa ordni mingħand l-Imħallef jew, f’każijiet urġenti, mandat mingħand il-Prosekutur Pubbliku u mbagħad ratifika mingħand l-imħallef.

Nista’ nitlob li jsiru investigazzjonijiet għad-difiża tiegħi?

L-avukat tiegħek għandu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet f’ismek għad-difiża tiegħek anki billi juża investigatur privat.

Huwa jista’ anki jieħu nota ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni tax-xhieda, jispezzjona siti, jawtorizza esperti u jitlob dokumenti mingħand is-Servizz Pubbliku.

L-avukat tiegħek jista’ jippreżenta dikjarazzjonijiet mingħand ix-xhieda u dokumenti lill-Imħallef għall-Inkjesti Preliminari, lill-Prosekutur Pubbliku u lit-“Tribunale del Riesame” [qorti speċjali li l-kompitu tagħha huwa li tirrevedi, fuq it-talba tal-imputat, l-ordnijiet li jimponu miżuri ta’ impożizzjoni bħal: arrest domiċiljari jew deportazzjoni].

Dawn jiġu kkunsidrati meta l-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha.

L-interrogazzjoni (2)

Għaliex nista’ niġi interrogat?

Jekk qed jiġi ssuspettat li inti involut f’delitt inti tista’ tissejjaħ biex tiġi interrogat ħalli jiġu vverifikati l-allegazzjonijiet/akkużi.

Inti tista’ anki titlob li tiġi interrogat sabiex tiċċara l-pożizzjoni tiegħek.

Jekk inti qed tinżamm taħt arrest jew taħt arrest preventiv, ikklikkja hawnhekk.

Nista' ningħata xi informazzjoni dwar il-kapi tal-akkuża qabel l-interrogazzjoni?

Iva. Deskrizzjonijiet tal-fatti dwar l-akkuża fil-konfront tiegħek ikunu inklużi fiċ-ċitazzjoni għall-interrogazzjoni. Qabel ma tibda l-interrogazzjoni, inti ssir taf biex ġejt akkużat u x’inhuma l-provi kontra tiegħek.

Bilfors irrid inwieġeb il-mistoqsijiet?

Le. Qabel ma tibda l-interrogazzjoni, il-pulizija u l-Prosekutur Pubbliku jridu jwissuk li initi ma intix obbligat twieġeb il-mistoqsijiet. Madankollu, inti trid twieġeb il-mistoqsijiet relatati mad-dettalji personali u mal-kundanni preċedenti tiegħek.

X’jiġri jekk ma nifhimx il-lingwa tal-post?

Inti għandek id-dritt li tkun assistit minn interpretu mingħajr ħlas. L-interpretu jittraduċi l-mistoqsijiet li jsirulek u t-tweġibiet tiegħek.

Jista’ jkolli avukat?

Meta inti tissejjaħ għall-interrogazzjoni, tingħata informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li tkun assistit minn avukat. Jekk inti ma jkollokx avukat, il-qorti se taħtar wieħed għalik hi. Għal informazzjoni dwar kif tikseb is-sevizzi ta’ avukat, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1.

Waqt il-perjodu kollu li inti tkun qed tiġi interrogat, inti trid tkun assistit minn avukat, irrispettivament minn jekk dan ikunx l-avukat personali tiegħek jew jekk ikunx maħtur mill-qorti.

Immedjatament wara li jkun twettaq id-delitt, il-pulizija jistgħu jagħmlulek xi mistoqsijiet anki jekk l-avukat tiegħek ma jkunx preżenti, imma inti ma intix obbligat twieġeb il-mistoqsijiet tagħhom. Jekk inti twieġeb, id-dikjarazzjonijiet tiegħek jistgħu jintużaw bħala provi sabiex jitkomplew l-investigazzjonijiet.

L-arrest, iż-żamma taħt arrest, iż-żamma taħt arrest preventiv fil-ħabs u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew (3)

Għaliex nista’ niġi arrestat?

Il-pulizija jistgħu jarrestawk jekk inti tinqabad fil-fatt meta tkun qed twettaq delitt, jiġifieri hekk kif tabilħaqq tkun qed twettaq delitt jew, jekk ikunu ġrew warajk, immedjatament wara.

Il-pulizija jistgħu jżommuk taħt arrest anki jekk tinqabad fil-fatt meta kont qed twettaq delitt, meta jkun qed jiġi suspettat li inti wettaqt delitt u jekk ikun hemm riskju reali li inti tista’ tipprova taħrab.

Imħallef għall-Inkjesti Preliminari jista’ jordna li inti għandek tinżamm taħt arrest preventiv fil-ħabs jekk ikun hemm provi serji li inti tista’ tkun ħati ta’ delitt u jkun hemm riskju li b’xi mod inti tista’ tinterferixxi jew tostakola l-andament tal-ġustizzja jew li inti tista’ twettaq delitti oħrajn jew li tipprova taħrab.

Inkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Iva. Eżatt wara l-arrest, iż-żamma taħt arrest jew wara li tkun ġiet innotifikata ordni ta’ żamma taħt arrest preventiv fil-ħabs, il-pulizija jridu jinfurmawk li inti tista’ taħtar avukat. Il-pulizija jridu jikkuntattjaw lill-avukat tiegħek immedjatament jew, jekk inti ma jkollokx wiehed, lill-avukat li jkun inħatar mill-qorti. Għal informazzjoni dwar kif tikseb is-servizzi ta’ avukat, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1.

Inti għandek id-dritt li titkellem immedjatament mal-avukat tiegħek.

Jekk ikun hemm raġunijiet eċċezzjonali sabiex inti tinżamm taħt arrest preventiv, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jipposponu d-diskussjonijiet mal-avukat tiegħek għal perjodu li ma jeċċedix it-48 siegħa fil-każ ta’ arrest jew ta’ żamma taħt arrest u ta’ ħamest (5) ijiem fil-każ ta’ żamma taħt arrest preventiv.

Nista’ nikkuntattja lil xi membru tal-familja?

Iva. Il-pulizija jikkuntattjaw lill-qraba tiegħek jekk inti tawtorizzahom jagħmlu dan.

Jiena nista' niġi interrogat? Għandi nipprovdi informazzjoni?

Jekk inti tiġi arrestat jew tinżamm taħt arrest, il-pulizija jistgħu jinterrogawk fil-preżenza tal-avukat tiegħek imma inti ma intix obbligat twieġeb il-mistoqsijiet tagħhom.

Huma se jgħidulek x’inhuma l-akkużi u l-provi kontra tiegħek.

Fis-smigħ taż-żamma taħt arrest, inti tista’ tiġi interrogat mill-Imħallef imma ma intix obbligat li twieġeb. Inti tista’ wkoll titlob li tiġi interrogat.

Fil-każ ta’ żamma taħt arrest preventiv fil-ħabs, l-Imħallef irid jinterrogak fi żmien ħamest (5) ijiem mill-bidu ta’ żamma taħt arrest preventiv bħal dan (dik li tissejjaħ interrogazzjoni waqt żamma taħt arrest preventiv). Il-preżenza tal-avukat tiegħek u ta’ interpretu hija obbligatorja u inti ma intix obbligat li twieġeb.

Għal iktar informazzjoni ara L-interrogazzjoni (2).

X’jiġri jekk ma nifhimx il-lingwa?

Inti għandek id-dritt li tkun assistit minn interpretu mingħajr ħlas. L-interpretu jittraduċi l-mistoqsijiet li jsirulek u t-tweġibiet tiegħek.

Kemm nista’ ndum miżmum mill-pulizija?

Wara l-arrest jew iż-żamma taħt arrest tiegħek, inti tista’ tinżamm fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija għal mhux iktar minn 24 siegħa. F’dan il-perjodu ta’ żmien, il-pulizija jridu jqiegħduk il-ħabs. Fi żmien 48 siegħa mill-arrest isir smigħ quddiem Imħallef biex ikun ikkonfermat l-arrest jew iż-żamma taħt arrest tiegħek. Malli jintemm is-smigħ, l-Imħallef jista’ jew jordna li inti tiġi lliberat immedjatament jew jiddeċiedi fuq miżura ta’ żamma taħt arrest preventiv.

Nista’ nappella kontra ordni li ġġiegħlni ninżamm taħt arrest preventiv?

Iva. Fi żmien għaxart (10) ijiem mill-eżekuzzjoni tal-ordni, inti tista’ titlob lill-Qorti Kulleġġjali kompetenti sabiex tirrevedi l-ordni. Isiru arranġamenti għal smigħ li bi dritt, inti għandek tattendi għalih u fejn tista’ titlob li tinstema’. Inti tista’ tressaq appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni kontra d-deċiżjoni tal-Qorti fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tittieħed id-deċiżjoni.

X’jiġri jekk niġi arrestat taħt Mandat ta’ Arrest Ewropew?

Jekk Stat Membru jkun ordna Mandat ta' Arrest Ewropew inti tista’ tiġi arrestat fi Stat Membru ieħor u tiġi kkonsenjat lill-Istat Membru li jkun għamel it-talba wara smigħ quddiem il-Qorti tal-Appell.

Inti tista’ tiġi arrestat mill-pulizija fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew wara ordni għal żamma taħt arrest preventiv maħruġ mill-Qorti tal-Appell.

Inti għandek id-dritt li taħtar avukat. Jekk ma jkollokx avukat, il-qorti se taħtar wieħed għalik hi. L-avukat u l-Ambaxxata tiegħek iridu jiġu kkuntattjati immedjatament.

Fi żmien 48 siegħa minn meta tiġi arrestat mill-pulizija jew fi żmien ħamest (5) ijiem mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ żamma taħt arrest preventiv, jisimgħek Imħallef fil-preżenza tal-avukat tiegħek u ta’ interpretu.

Fi żmien 20 jum mill-arrest tiegħek isir smigħ quddiem il-Qorti tal-Appell. Waqt dak is-smigħ, tittieħed deċiżjoni dwar jekk inti għandekx tiġi kkonsenjat jew le. Inti tista’ tressaq appell kontra tali deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.

It-tmiem tal-inkjesta preliminari u s-smigħ preliminari (4)

X’jiġri malli tintemm l-inkjesta preliminari?

Sakemm il-Prosekutur Pubbliku ma jitlobx li l-każ jiġi miċħud, huwa jinnotifikak li l-inkjesta preliminari tkun ġiet fi tmiemha. Inti ma tiġix innotifikat jekk id-delitt jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Ġudikant Lajk (Giudice di pace).

Inti tista’ tikkonsulta r-rekords tal-inkjesta preliminari u ssir taf bit-traskrizzjonijiet tal-provi kontra tiegħek. Inti tista’ tippreżenta sommarji tal-fatti u provi għad-difiża tiegħek, u tista’ titlob li terġa’ tiġi interrogat.

Wara n-notifika li l-inkjesta preliminari tkun ġiet fi tmiemha, il-Prosekutur Pubbliku jagħti bidu għall-prosekuzzjoni, sakemm ma jitlobx li l-każ jiġi miċħud. Għal reati minuri, il-Prosekutur Pubbliku se jħarrkek direttament għall-proċess quddiem il-qorti kriminali. F’każijiet oħrajn, huwa jagħmel talba għal proċess quddiem il-qorti kriminali lill-Imħallef għall-Inkjesti Preliminari.

X’inhu smigħ preliminari?

L-iskop tas-smigħ preliminari huwa li jiġu vverifikati l-kapi tal-akkuża kontra tiegħek.

Dan isir fil-privat mal-Prosekutur Pubbliku u l-avukat tiegħek, u jekk tkun trid, tista’ tipparteċipa u tinstema’. L-Imħallef jista’ jisma’ lix-xhieda u jikseb dokumenti. Fi tmiem is-smigħ, l-Imħallef jista’ jew jiċħad il-każ jew jibagħtu għal proċess quddiem il-Qorti jew quddiem il-Qorti tal-“Assise”.

Għandi dritt li jkolli avukat?

Iva, huwa obbligatorju li tkun assistit minn avukat.

Għal iktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1.

X’jiġri jekk ma nifhimx il-lingwa?

It-talba biex inti tintbagħat għal proċess quddiem il-qorti kriminali u l-kapi tal-akkuża jridu jiġu tradotti fil-lingwa tiegħek. Jekk inti tkun preżenti waqt is-smigħ, inti tiġi pprovdut b’interpretu.

Bilfors irrid inkun preżenti?

Le, tista’ tagħżel li ma tkunx preżenti.

Nista’ nevita l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Iva. Inti tista’ titlob lill-imħallef waqt is-smigħ preliminari sabiex tiġi ġġudikat permezz ta’ proċess sommarju quddiem il-qorti kriminali. Is-seduti ta' smigħ isiru fil-privat u d-deċiżjoni titteħed fuq il-bażi ta’ provi bil-miktub. Jekk inti tiġi kkundannat, il-piena titnaqqas b’terz.

Inti tista’ wkoll tevita proċess quddiem il-qorti kriminali billi taqbel ma’ piena mnaqqsa mal-Prosekutur Pubbliku (proċedura bil-patteġġament).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali


Fejn isir il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-proċess isir quddiem l-imħallef li jkollu l-kompetenza għal dik il-ġurisdizzjoni u għal dak is-suġġett.

Għal reati minuri, l-imħallef kompetenti jkun il-Ġudikant Lajk (Giudice di pace) u l-qorti kompetenti tkun il-Qorti b’Imħallef Uniku. Għal delitti iktar serji, tieħu ħsieb il-kwistjoni l-Qorti Kulleġġjali. Għal dawk id-delitti kkunsidrati bħala theddida soċjali serja (omiċidju u terroriżmu), il-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-“Assise”.

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jrid isir fil-pubbliku. Jekk dan ma jsirx, jitqies li huwa invalidu.

L-imħallef jista’ jiddeċiedi li, għal kawżi partikolari, il-proċess quddiem il-qorti kriminali jew partijiet minnu għandhom isiru fil-privat. Inti tista’ titlob li xhud jinstema’ fil-privat jekk is-smigħ pubbliku jista' jippreġudika l-privatezza tiegħek fir-rigward ta’ fatti li mhumiex relatati mal-proċeduri.

Id-deċiżjoni ġudizzjarja tittieħed mill-istess imħallef li jippresjedi l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Għall-proċessi quddiem il-Qorti tal-“Assise” id-deċiżjoni ġudizzjarja tittieħed flimkien ma’ ġurija.

Il-kapi tal-akkuża jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi tal-akkuża kontra tiegħek jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Il-Prosekutur Pubbliku jista’ jiskopri kapi tal-akkuża ġodda kontrik jekk jirriżulta li d-delitt kien differenti minn dak deskritt fl-att ta’ akkuża jew jekk fl-istess ħin jirriżulta li kien hemm delitt/reat ieħor jew ċirkustanzi aggravanti.

Inti tista’ titlob biex tingħata perjodu ta’ żmien biex tipprepara d-difiża tiegħek.

X’jiġri jekk nistqarr li jiena ħati?

L-istqarrija ta’ ħtija mhijiex mistennija fis-sistema legali Taljana.

Jekk ma tridx tgħaddi minn proċess quddiem il-qorti kriminali u trid piena mnaqqsa, inti trid titlob lill-Prosekutur Pubbliku għal patteġġament fuq il-piena (proċedura bil-patteġġjament). Inti trid tagħmel it-talba tiegħek waqt is-smigħ preliminari jew, jekk ma jkunx hemm smigħ preliminari, fil-bidu nett tal-proċess quddiem il-qorti kriminali.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Ma hemmx għalfejn li inti tkun preżenti fil-qorti.

Il-preżenza tiegħek tista’ tkun mitluba għal xi atti partikolari, pereżempju biex tkun identifikat minn xhud.

F’każ bħal dan, jekk inti ma tidhirx spontanjament fil-qorti, l-imħallef jista’ jordni li inti tattendi bilfors għall-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Jekk inti tixtieq tkun preżenti imma għandek impediment serju (mard), l-avukat tiegħek jista’ jitlob li s-seduta ta' smigħ tkun posposta.

Inti tista’ tipparteċipa wkoll f’uħud mis-seduti. Jekk inti ma tattendix imqar darba waħda, il-qorti tagħti sentenza b’kontumaċja.

Jekk inti ma tifhimx il-lingwa bilfors irid ikollok interpretu.

Li tkun assistit minn avukat huwa obbligatorju u huwa jrid ikun preżenti waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Inti għandek id-dritt għal avukat personali. Jekk ma jkollokx il-mezzi biex tħallsu, inti tista’ tapplika għall-għajnuna legali (difiża mħallsa mill-gvern).

Jekk inti ma taħtarx avukat personali, il-qorti taħtar wieħed għalik hi.

Għal iktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1. Inti tista’ tirrevoka lill-avukat tiegħek fi kwalunkwe ħin. Biex tibdel l-avukat maħtur għalik mill-qorti, jeħtieġ li inti tikseb ordni mingħand l-imħallef fejn tagħti r-raġunijiet tiegħek għal din l-għażla.

Inti għandek id-dritt li tibqa’ sieket matul il-proċess kollu quddiem il-qorti kriminali.

Jekk il-Prosekutur Pubbliku jew kwalunkwe waħda mill-partijiet jitolbu biex inti tiġi interrogat, inti tista’ taċċetta jew tirrifjuta.

Inti titħalla tagħmel dikjarazzjonijiet fi kwalunkwe ħin waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Inti għandek id-dritt li tiġi interrogat.

Jekk ma tgħidx il-verità ma intix se tiġi ssanzjonat; madankollu, l-imħallef jista’ jikkunsidra dan il-fatt bi żvantaġġ għalik.

Jekk tagħti t-tort lil persuni oħrajn jew takkużahom, inti trid tkun ċert li d-dikjarazzjonijiet tiegħek ikunu veri. Jekk tigdeb tista’ tiġi akkużat b’malafama.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi kontrija?

Fil-bidu nett tal-proċess quddiem il-qorti kriminali, il-Prosekutur Pubbliku, l-avukat tiegħek u kwalunkwe parti oħra jitolbu lill-imħallef biex jiġu ammessi l-provi.

L-avukat tiegħek jista’ jirrifjuta l-provi mitluba mill-partijiet l-oħra.

L-avukat tiegħek jista’ jitlob biex jinstemgħu xhieda u esperti partikolari u jista’ jitlob biex jinkisbu xi dokumenti. Dawn ikunu l-provi li l-avukat tiegħek seta’ kiseb permezz ta’ investigazzjonijiet li wettaq għad-difiża tiegħek. Għal iktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 2. Ix-xhieda u l-esperti jinstemgħu waqt il-kontroeżami tal-partijiet.

L-avukat tiegħek jista’ jinterroga kemm lix-xhieda tal-prosekuzzjoni kif ukoll lix-xhieda tiegħek.

L-avukat tiegħek jista’ jirribatti kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun saret preċedentement mix-xhieda. Id-differenzi bejn id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru preċedentement u dawk li jsiru fil-qorti jiġu kkunsidrati mill-imħallef sabiex jistabbilixxi jekk ix-xhud huwiex affidabbli jew le.

Tista' tiġi kkunsidrata l-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

L-Imħallef jista’ jikkunsidra kwalunkwe kundanna preċedenti li seta’ kellek.

Inti tista’ tiġi akkużat li inti reċidiv. F’dan il-każ, jekk tiġi kkundannat, il-piena tkun iktar ħarxa.

Jistgħu jiġu kkunsidrati kundanni preċedenti fi Stati Membri oħrajn jekk dawn jiġu rikonoxxuti mill-Gvern Taljan.

X’jiġri fi tmiem il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Malli jintemm il-proċess quddiem il-qorti kriminali, il-Prosekutur Pubbliku, l-avukat tiegħek u kwalunkwe parti oħra jagħmlu d-dikjarazzjonijiet finali tagħhom u jressqu t-talbiet tagħhom.

L-imħallef jippreżenta l-verdett tiegħu u jaqra immedjatament il-kapi tal-akkuża.

Is-sentenza tista’ tkun jew liberazzjoni mill-akkużi jew kundanna.

Fil-każ ta’ kundanna, il-piena tista’ tkun jew multa jew sentenza ta’ ħabs jew it-tnejn li huma.

L-imħallef jista’ jagħti sentenza sospiża.

Sentenza ta’ priġunerija bla ebda sentenza sospiża tista’ tiġi infurzata biss meta s-sentenza tkun finali.

Jekk l-imħallef jaħseb li dan ikun meħtieġ, huwa jista’ jaqbel ma’ żamma taħt arrest preventiv fil-ħabs jew ma' arrest domiċiljarju jew jitlob biex issir waħda minn dawn il-miżuri. Għal iktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 2.

Fi proċessi quddiem Ġudikant Lajk (Giudice di pace), il-pieni possibbli huma: multi, għeluq fid-dar u servizz fil-komunità.

Sentenza sospiża mhijiex applikabbli.

Il-Ġudikant Lajk (Giudice di pace) jista’ jissostitwixxi l-piena b'deportazzjoni.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-vittma ta’ reat/delitt tista’ tipparteċipa fi proċeduri kriminali bl-assistenza ta’ avukat.

L-avukat jieħu sehem fil-proċess quddiem il-qorti kriminali, jista’ jagħmel talba għal provi u jinterroga lix-xhieda u lill-esperti.

Jekk inti tiġi kkundannat, is-sentenza li jagħtik l-imħallef tista’ tobbligak tħallas għad-danni lill-parti leża.

L-Imħallef jista’ jiddeċiedi li l-ħlas tad-danni lill-parti leża jrid isir immedjatament.

Links relatati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Kwistjonijiet ta' liġi ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKwistjonijiet tal-liġi kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Kawżi Kriminali Taljana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Drittijiet tal-Bniedem


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali


Nista’ nappella?

Inti u l-avukat tiegħek tistgħu tappellaw kontra sentenza għal kwalunkwe piena li mhijiex multa.

L-appell irid jitressaq quddiem l-imħallef li kkundannak f’perjodu ta’ żmien varjabbli: minn 15 sa 45 jum mill-verdett jew minn meta tiġi rreġistrata s-sentenza.

Fl-appell tiegħek, inti trid tispeċifika r-raġunijiet għall-appell tiegħek u l-elementi tas-sentenza li inti qed tappella kontra tagħhom.

Il-proċess tal-appell isir quddiem il-Qorti tal-Appell jew il-“Corte d’Assise d’Appello”

X’jiġri jekk inressaq appell?

Jekk inti tappella kontra s-sentenza, il-piena ma tiġix eżegwita qabel ma d-deċiżjoni tkun finali.

Il-fatt li inti tkun appellajt ma jfissirx li inti se tiġi lliberat mill-ħabs, jekk inti tkun il-ħabs meta tappella. Il-Qorti tal-Appell tisma’ l-appell tiegħek f’qasir żmien jekk inti tkun qed tinżamm taħt arrest preventiv. Fi kwalunkwe każ ieħor, dan jiddependi fuq l-ammont ta’ xogħol li jkollha l-Qorti.

Il-Qorti tal-Appell tiddeċiedi dwar il-provi eżistenti.

Il-Qorti tista’ tiddeċiedi li jsir proċess ġdid quddiem il-qorti kriminali imma dan jiġri biss f’każijiet eċċezzjonali. Hija tista’ tiddeċiedi li tagħmel użu mill-provi eżistenti biss jekk tikkunsidra li dan huwa vitali għad-deċiżjoni. Inti tista’ titlob biex waqt l-appell jiġu kkunsidrati provi mhux mistennija jew li ġew skoperti reċentement u li saru magħrufa wara li ngħatat is-sentenza tal-ewwel istanza.

Jekk inti ma attendejtx għall-fażi tal-ewwel istanza tal-proċess quddiem il-qorti kriminali u tista’ tipprova li kien impossibbli għalik li tagħmel dan jew li inti ma kontx taf li kien qed isir il-proċess quddiem il-qorti kriminali, il-Qorti tista’ tiddeċiedi li terġa’ tibda l-proċess quddiem il-qorti kriminali.

X’jiġri waqt is-smigħ tal-appell?

L-avukat tiegħek irid ikun preżenti waqt il-proċess tal-appell. Inti tista’ tipparteċipa imma dan mhuwiex obbligatorju.

Inti għandek id-dritt li jkollok interpretu.

Jekk il-Qorti tiddeċiedi li terġa’ tibda l-proċess quddiem il-qorti kriminali, hija terġa’ tikkunsidra l-provi kollha.

Malli d-dikjarazzjonijiet finali tal-partijiet ikunu lesti, il-Qorti tippreżenta l-verdett tagħha.

X’jiġri jekk l-appell jirnexxi/ma jirnexxix?

Jekk il-Qorti tilqa' l-appell, hija tista’ kemm tannulla kif ukoll timmodifika s-sentenza, kompletament jew parzjalment.

Jekk il-Qorti ma tilqax l-appell, hija tikkonferma s-sentenza tal-qorti li semgħet il-kawża l-ewwel.

Jekk inti tiġi lliberat mill-akkużi fil-fażi tal-appell, ġeneralment ma jkunx ipprovdut li inti tirċievi kumpens.

Nista’ nappella kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Appell?

Inti tista’ tressaq appell kontra d-deċiżjoni dwar l-appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.

L-appell jista’ jitressaq minnek jew mill-avukat tiegħek sakemm dan tal-aħħar ikun irreġistrat fl-“Albo dei patrocinanti in Cassazione” [Reġistru speċjali tal-avukati fil-Qorti tal-Kassazzjoni].

L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Appell f’perjodu ta’ żmien varjabbli: minn 15-il jum sa 45 jum.

Il-kawżi għall-appell huma stretti u jittrattaw biss żbalji legali.

Is-seduti ta' smigħ jistgħu jkunu privati jew pubbliċi.

Il-Qorti tal-Kassazzjoni tiddeċiedi fuq il-bażi tar-rekords tal-qorti.

Il-Qorti tal-Kassazzjoni tista’ ma tilqax l-appell jew tiċħdu, jew inkella tista' tannulla s-sentenza appellata filwaqt li jsir jew ma jsirx proċess quddiem il-qorti kriminali. Jekk għandu jsir proċess mill-ġdid quddiem il-qorti kriminali, il-kawża tiġi rrinvijata quddiem l-imħallef oriġinali.

X’jiġri wara li s-sentenza ssir finali?

Is-sentenza ssir finali, sakemm inti ma tressaqx appell quddiem il-Qorti tal-Appell jew il-Qorti tal-Kassazzjoni, fit-termini pprovduti mil-liġi jew wara li tittieħed id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Qorti tal-Kassazzjoni tiċħad l-appell.

Meta s-sentenza ssir finali din tkun tista’ tiġi infurzata.

Hija tiġi rreġistrata fl-Uffiċċju tal-Kondotti.

Jekk il-piena tinvolvi l-ħlas ta’ multa, inti jkollok tħallas l-ammont mitlub mill-Uffiċċju.

Jekk inti ngħatajt sentenza ta’ ħabs mhux sospiża, il-Prosekutur Pubbliku jippreżenta ordni infurzabbli.

Jekk inti trid tiskonta tliet snin jew inqas fil-ħabs, il-Prosekutur Pubbliku jista’ jissospendi s-sentenza u jinnotifikak bid-deċiżjoni tiegħu.

Inti tista’ tressaq applikazzjoni fi żmien 30 jum lit-“Tribunale di Sorveglianza” [xorta ta’ Bord tal-Libertà Kundizzjonata] biex tingħata miżura oħra flok priġunerija. Jekk ikun hemm prekundizzjonijiet eżistenti, inti tista’ titlob li jew li tkun issorveljat minn ħaddiem fil-qasam soċjali jew li titqiegħed taħt arrest domiċiljarju jew li titqiegħed taħt is-superviżjoni ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni u ta’ prevenzjoni.

Jekk inti ma tressaqx it-talba tiegħek jew jekk l-applikazzjoni tiegħek tiġi miċħuda, inti trid tibda tiskonta s-sentenza.

Jiena minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

L-imħallef jista’ japplika l-miżura tas-sigurtà tad-deportazzjoni jekk inti ngħatajt sentenza ta’ iktar minn sentejn priġunerija.

L-imħallef jista’ jissostitwixxi s-sentenza ta’ ħabs b’deportazzjoni li ġġorr magħha projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid, jekk inti tkun ġejt ikkundannat jew ngħatajt sentenza ta’ sentejn ħabs permezz ta’ proċedura bil-patteġġament u ma ġiex ipprovdut li s-sentenza tiġi sospiża. Id-deportazzjoni tkun immedjata anki jekk is-sentenza ma tkunx finali. L-awtorità kompetenti hija l-“Questore” [il-kap provinċjali tal-pulizija tal-Istat].

Inti tista’ tiġi ddeportat anki jekk diġà tinstab il-ħabs u trid tiskonta sentenza ta’ inqas minn sentejn. L-ordni tiġi ppreżentata mill-Maġistrat tat-“Tribunale di Sorveglianza”. Inti tista’ tressaq appell kontra din id-deċiżjoni quddiem it-“Tribunale di Sorveglianza”.

 

L-informazzjoni dwar il-kapi tal-akkuża u/jew il-kundanna tista' titniżżel fil-kondotta tiegħi?

Is-sentenzi finali jiġu rreġistrati fil-kondotta.

Ir-rekords jitneħħew mill-kondotta malli taqbeż it-80 sena jew wara li tmut.
Jitneħħew ukoll jekk il-kawża tiġi riveduta.

Is-sentenzi imposti minn Ġudikant Lajk (Giudice di Pace) jitneħħew ħames snin wara d-data ta’ meta tkun inħarġet is-sanzjoni, f'każ li tkun ġiet imposta multa, jew wara għaxar snin għal piena differenti, u jekk ma jkun twettaq l-ebda delitt/reat ieħor fil-perjodu ta’ żmien stabbilit.

Inti tista’ titlob lill-Qorti kompetenti sabiex ir-rekords u ċ-ċertifikati miżmuma mill-Uffiċċju tal-Kondotti jiġu kkoreġuti. Jekk inti ma twelidtx fl-Italja, il-qorti kompetenti hija l-Qorti f’Ruma.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ ġġudikat għall-istess delitt?

Jekk inti ġejt ikkundannat minn Imħallef Taljan, il-kundanna tkun finali u ma tkunx tista' terġa’ tittella’ l-qorti għall-istess delitt fl-Italja (ne bis in idem).

Jekk inti ġejt ikkundannat minn Imħallef barrani għal delitt/reat li twettaq fl-Italja, mela inti tkun tista’ terġa’ titressaq il-qorti fl-Italja.

Links relatati

Kwistjonijiet ta' liġi ġenerali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Intern

Kwistjonijiet ġenerali għal dawk li mhumiex ċittadini Taljani

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKwistjonijiet tal-liġi kriminali

Il-Pulizija tal-Istat


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

5 - Ir-reati tat-traffiku fit-triq u reati minuri oħrajn


Kif jiġu ttrattati r-reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Hemm żewġ kategoriji ta’ ksur tal-liġi pprovduti mill-Kodiċi tal-Awtostrada/mir-Regoli tat-Triq: ir-reati u l-ksur amministrattiv.

Għal reati bħal sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, il-valutazzjoni u l-impożizzjoni tal-piena jsegwu l-istess regoli bħal f’każ kriminali.

Għal reati minuri (bħal sewqan li jaqbeż il-limitu tal-veloċità jew reati ta’ parkeġġ), hemm proċedura amministrattiva li se tiġi spjegata f’din l-iskeda informattiva.

Min jieħu ħsieb reati bħal dawn?

Il-Pattulja tat-Triq, il-Pulizija tal-Istat, il-“Carabinieri”, il-“Guardia di Finanza” [il-Pulizija Fiskali] u l-“Polizia Municipale” [il-Pulizija Muniċipali] jieħdu ħsieb ir-reati tat-traffiku fit-triq. F’ċerti każijiet, l-“ausiliari del traffico” [voluntiera tat-traffiku fit-triq] jistgħu wkoll jimponulek multa.

X’inhi l-proċedura?

Jekk dan ikun possibbli, l-Att ta’ Akkuża jiġi ppreparat immedjatament u kkonsenjat lilek personalment.

Jekk dan ma jkunx possibbli, ir-rapport jintbagħtlek fi żmien 150 jum mill-identifikazzjoni ta’ min ikun wettaq ir-reat jew tal-individwu li jkun responsabbli mill-ħlas tal-multa (ġeneralment is-sid tal-vettura).

X’inhuma l-pieni?

Ġeneralment, ikun mistenni li inti tħallas multa.

Jista’ jkun hemm anki sanzjonijiet amministrattivi oħrajn; pereżempju, inti tista’ tiġi skwalifikat mis-sewqan jew tista’ tiġi pprojbit milli ssuq għal ċertu perjodu ta’ żmien.

Jiena ġej minn Stat Membru ieħor. Hemm xi regoli partikolari?

Jekk inti qed issuq karozza bi pjanċi barranin, inti tista’ tħallas multa mnaqqsa immedjatament (sanzjoni minima) jekk dan ikun permess. F’każijiet bħal dawn, inti ma tistax tappella.

Possibbiltà oħra hija li inti tista’ tħallas “cauzione” [depożitu] daqs l-ammont tas-sanzjoni minima jekk il-vettura tkun irreġistrata f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE, jew daqs nofs l-ammont tas-sanzjoni massima fi kwalunkwe każ ieħor. Inti tista’ tappella anki jekk tkun ħallast il-“cauzione”.

Jekk inti ma tħallasx il-“cauzione” il-vettura tiegħek tiġi provviżorjament issekwestrata. Jekk jiġri dan, jeħtieġ li inti tħallas għall-konfiska tal-vettura u ma titħalliex tużaha sakemm ma tkunx ħallast waħda mis-somom ta’ flus imsemmija iktar ’il fuq.

Jekk il-vettura ma tiġix issekwestrata, in-notifika tar-rapport lil persuni li ma jgħixux fl-Italja ssir fi żmien 360 jum minn meta jkun inkiteb ir-rapport.

X’inhu “verbale” [rapport tal-pulizija tat-traffiku]?

“Verbale” huwa rapport pubbliku fejn jiġu rrapportati l-fatti u fejn jiġu stabbiliti l-pieni.

Din hija prova pożittiva tal-fatti rrapportati mill-uffiċjal tal-pulizija.

Inti tista’ tirrifjuta li tiffirmah jew li tiġbru. Ir-rifjut tiegħek irid jiġi rraportat imma dan ma jibdilx il-validità tar-rapport.

Nista’ nappella?

Il-persuna li isimha jidher fuq ir-rapport tista’ tappella, irrispettivament minn jekk tkunx il-persuna li wettqet ir-reat jew is-sid tal-vettura.

Inti tista’ tressaq appell quddiem il-Prefett jew quddiem Ġudikant Lajk (Giudice di Pace).

L-appell lill-Prefett irid jiġi ppreżentat personalment jew permezz ta’ ittra ċċertifikata b’konferma tar-riċevuta fi żmien 60 jum lill-uffiċċju tal-Prefett fil-post fejn twettaq ir-reat jew lill-awtorità tal-valutazzjoni.

L-appell lill-Ġudikant Lajk (Giudice di Pace) irid jiġi ppreżentat personalment jew permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta, fi żmien 60 jum min-notifika tal-att lill-uffiċċju tal-Ġudikant Lajk fil-post fejn twettaq ir-reat. Fil-qorti, trid tkun preżenti jew personalment jew permezz tal-avukat tiegħek, inkella l-proċeduri jkunu nulli u bla effett.

Dawn ir-reati jistgħu jitniżżlu fil-kondotta tiegħi?

Peress li dawn huma reati amministrattivi ma jitniżżlux fil-kondotta tiegħek.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Ċipru

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna hija ssuspettata jew akkużata b’delitt li jiġi pproċessat fil-qorti. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku fit-triq, li huma ġeneralment ittrattati b’penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċess kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali

  • Persuna ssuspettata b’involviment f’delitt tista’ tiġi interrogata mill-pulizija. Il-pulizija hija responsabbli mill-investigazzjoni ta’ delitt.
  • Il-persuna ssuspettata tista' tiġi arrestata taħt mandat ġudizzjarju ħlief fil-każ ta’ reat flagranti.
  • Qabel l-interrogazzjoni mill-pulizija il-persuna ssuspettata għandha tiġi infurmata bid-dritt li tikkomunika ma’ avukat u għandha tiġi mwissija.
  • Jekk fl-aħħar tal-investigazzjoni tirriżulta evidenza inkriminanti kontra l-persuna ssuspettata, hija tiġi mixlija formalment mill-pulizija. F'każijiet kriminali serji d-deċiżjoni ta' prosekuzzjoni titteħed mill-Avukat Ġenerali. Din is-setgħa tal-pulizija tibqa' dejjem soġġetta għall-istruzzjonijiet ġenerali tal-Avukat Ġenerali li, skont il-Kostituzzjoni, għandu s-setgħa li jistitwixxi, imexxi, jieħu f’idejh u jkompli jew iwaqqaf kull proċedura kriminali.
  • L-att tal-akkuża li jistabbilixxi r-reat(i) jiġi ppreżentat mill-pulizija lil imħallef distrettwali għall-approvazzjoni. Jekk jiġi approvat, l-akkużat jiġi msejjaħ biex jidher quddiem il-qorti f’data speċifikata.
  • Il-kawżi kriminali, skont il-gravità tagħhom, jistgħu jiġu pproċessati: (a) fil-qosor minn imħallef wieħed tal-qorti distrettwali fejn ikun sar ir-reat, (b) abbażi tal-informazzjoni mill-Qorti ta’ Assize komposta minn tliet imħallfin tal-qorti distrettwali u ppreseduta minn president ta' qorti distrettwali.
  • Fi proċeduri fil-qosor, fid-data li fiha l-akkużat jissejjaħ biex jidher quddiem il-qorti, hu jwieġeb għall-akkuża(i) billi jiddikjara ruħu ħati jew mhux ħati. F’kawżi li jiġu pproċessati mill-Qorti ta’ Assize fid-data magħżula ssir inkjesta preliminari quddiem imħallef tal-qorti distrettwali. L-inkjesta preliminari tista’ ma ssirx jekk l-Avukat Ġenerali jiċċertifika li din ma tkunx neċessarja. Il-prassi segwita attwalment hija li l-inkjesta preliminari ma ssirx.
  • Il-vittma ta’ delitt għandha d-dritt li tressaq każ ta' prosekuzzjoni privat.
  • L-Avukat Ġenerali għandu r-responsabbiltà ġenerali għal prosekuzzjonijiet kriminali, inkluż id-dritt li jwaqqaf il-prosekuzzjoni.
  • F'Ċipru ma jsirux proċessi b’ġurija.
  • Jekk il-qorti tiddetermina mill-inkjesta li l-akkużat ma jistax jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu minħabba disturbi jew diżabilità mentali, il-qorti tista' toħroġ ordni għat-trattament tiegħu f'istituzzjoni mentali.
  • L-akkużat jista’ jressaq oġġezzjonijiet preliminari għall-akkużi minħabba: (a) nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, sostanzjali jew territorjali, (b) xoljiment jew kundanna preċedenti għall-istess att(i), (c) maħfra tar-reat(i), (d) akkużi inkompleti jew doppji.
  • Għal kondotta kriminali relatata, jistgħu jiġu akkużati aktar minn persuna waħda. Jekk dan jiġi kkunsidrat bħala inġust il-qorti tista' tordna li l-akkużi jinqasmu għall-finijiet tal-proċess.
  • Il-proċess jibda bl-evidenza tal-prosekuzzjoni. Fi tmiem il-każ tal-prosekuzzjoni il-qorti tiddetermina jekk l-akkużat għandux iwieġeb għall-kawża. F’dak il-każ l-akkużat jissejjaħ mill-Qorti biex jiddefendi lilu nnifsu u jiġi infurmat bid-dritt tiegħu li jibqa’ sieket jew li jagħmel dikjarazzjoni mill-iżbarra jew li jixhed taħt ġurament. L-akkużat jista’ f’kull ħin jitlob għal evidenza marbuta mad-difiża tiegħu. Ma jistgħu jiġu konklużi l-ebda inferenzi negattivi fil-każ li wieħed jeżerċita d-dritt li jibqa' sieket. Hekk kif tingħalaq il-kawża tad-difiża l-partijiet jagħmlu l-preżentazzjonijiet finali tagħhom u l-qorti tagħti s-sentenza tagħha.
  • Ix-xiehda kollha li jixhdu taħt ġurament fil-qorti jistgħu jiġu kontroeżaminati.
  • Il-proċess għandu jżomm mal-istandards ta’ proċess ġust. Il-preżunzjoni tal-innoċenza topera tul il-proċess kollu. Il-piż tal-provi f’kull ħin jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Jekk fl-aħħar tal-proċess il-qorti ma tkunx ċerta lil hinn minn kull dubju raġonevoli fir-rigward tal-ħtija tal-akkużat, dan għandu jinħeles.
  • Jekk l-akkużat jiġi kkundannat, ikun imiss il-proċedura tal-għoti tas-sentenza.

Tista' ssib id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni mhijiex sostituzzjoni għal konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk għandek xi lment. F’dawn l-iskedi informattivi ser issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Kif tieħu parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Id-drittijiet tiegħi tul l-investigazzjoni ta’ delitt

  • L-arrest u t-tfittxija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi tul il-proċess

  • It-tip ta' pieni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Reati tat-traffiku fit-triq

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Legali tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema ta' Ċipru

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Pulizija ta' Ċipru


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019

1 - Kif tieħu parir legali

Li tieħu parir legali indipendenti huwa importanti ħafna meta tiġi involut b’xi mod fil-proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkostanzi inti intitolat tiġi rrappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x’jista' jagħmel għalik tali avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif taffronta l-ispejjeż tal-avukat f’każ li ma tkunx tiflaħ tħallashom.


Kif issib avukat

Jekk inti ssuspettat b’involviment f’delitt għandek id-dritt li tikkonsulta avukat. Jekk inti mixli b’reat kriminali għandek id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat fil-proċeduri tal-qorti. F’kull ħin għandek dritt għas-servizzi ta’ avukat tal-għażla tiegħek.

Il-komunikazzjonijiet bejn l-avukat u l-klijent huma privileġġati. Dawn jinżammu fil-privat u ma jistgħux jiġu żvelati ħlief bil-kunsens tiegħek.

Kif tħallas għal avukat

Jekk id-delitt li inti mixli għalih iġorr sentenza ta’ iżjed minn sena għandek id-dritt għal għajnuna legali li hija disponibbli fl-istadji kollha tal-kawża kriminali.

F’każ li inti tapplika għall-għajnuna legali, il-qorti għandha tiddeċiedi jekk l-għoti tal-għajnuna legali hijiex ġustifikata, fuq il-bażi ta’ rapport soċjoekonomiku ppreparat mill-uffiċċju għall-benessri taħt id-direzzjoni tal-qorti.

Jekk inti intitolat għall-għajnuna legali għandek id-dritt li tagħżel avukat minn lista mħejjija mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ċiprijotta tal-Avukati. Tista’ ssib informazzjoni rilevanti dwar il-lista tal-avukati fir-reġistru tal-qorti fejn ingħata bidu għal proċeduri kontrik. Jekk inti ma tagħżilx avukat mil-lista, il-qorti tista’ taħtar avukat għalik.

Huwa reat kriminali li tagħmel dikjarazzjoni falza dwar iċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek biex takkwista għajnuna legali. F’każ li inti tikkommetti dan ir-reat, int se tkun obbligat li trodd lura lill-Istat l-għajnuna legali riċevuta u l-qorti tkun tista’ toħroġ ordni f'dak ir-rigward.

Jekk għandek ilment kontra xi avukat dwar ksur tar-regoli tal-kondotta, dan jista’ jitressaq quddiem il-bord ta' dixxiplina tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ċiprijotta tal-Avukati.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar l-għajnuna legali mill-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Ordni Pubblika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ċiprijotta tal-Avukati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019

2 – Id-drittijiet tiegħi tul l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-każ imur quddiem il-qorti


X’inhu l-iskop ta' investigazzjoni kriminali?

Investigazzjoni kriminali hija maħsuba biex tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi rigward xi delitt.

Bħala regola, l-investigazzjoni titwettaq mill-pulizija. F’każijiet eċċezzjonali l-Kunsill tal-Ministri jew l-Avukat Ġenerali jista’ jawtorizza esperti għall-investigazzjoni. Id-deċiżjonijiet għal prosekuzzjoni bħala regola jittieħdu mill-pulizija fuq l-istruzzjonijiet ġenerali tal-Avukat Ġenerali. F’każijiet kriminali serji, id-deċiżjoni tittieħed mill-Avukat Ġenerali.

L-investigazzjoni tibda meta l-pulizija tirċievi informazzjoni dwar it-twettiq ta' reat(i) kriminali.

Il-pulizija teżamina l-post tad-delitt u tiġbor l-informazzjoni u l-materjal rilevanti. Hija teżamina wkoll u tieħu d-dikjarazzjoni(jiet) minn kwalunkwe persuna li jkollha informazzjoni dwar id-delitt.

Jekk l-evidenza tissuġġerixxi li inti kont involut f’xi delitt, il-pulizija tista’ tinterrogak qabel jew wara l-arrest.

Meta u kif nista’ niġi interrogat mill-pulizija?

Jekk il-pulizija temmen li inti għandek informazzjoni utli li tikkonċerna delitt hija tista' teżiġi l-preżenza tiegħek fl-għassa tal-pulizija sabiex tagħti stqarrija jew tipproduċi kwalunkwe dokument rilevanti. Jekk inti tirrifjuta li tattendi, il-pulizija tista' tippreżentalek avviż bil-miktub. In-nuqqas ta' konformità mingħajr ma tingħata skuża raġonevoli jikkostitwixxi reat kriminali.

Jiena nista' niġi mwissi?

Jekk inti ssuspettat b’involviment f’delitt għandek tiġi mwissi bit-termini li ġejjin qabel tiġi interrogat: “ma inti obbligat tgħid xejn sakemm mhijiex ix-xewqa tiegħek li tagħmel dan iżda kulma tgħid ser jitniżżel bil-miktub u jista' jintuża bħala evidenza”. F’każ li inti minuri għandek tiġi infurmat ukoll bid-dritt tiegħek li tikkomunika ma' ġenitur jew ma' tutur.

Tista’ tiġi arrestat fuq il-bażi ta’ mandat ġudizzjarju u f’ċerti ċirkostanzi anke mingħajr mandat ta’ arrest. Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’informazzjoni ningħata jekk niġi arrestat?

Għandek tiġi infurmat bir-raġunijiet tal-arrest tiegħek sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba xi reazzjoni vjolenti min-naħa tiegħek.

X’jiġri wara li jsir l-arrest?

Għandek titressaq quddiem imħallef fi żmien 24 siegħa sakemm ma tkunx illiberat qabel.

X’jiġri jekk ikun hemm Mandat ta’ Arrest Ewropew kontrija?

Mandat ta’ Arrest Ewropew għandu jsegwi l-proċess u jkun jinkludi l-informazzjoni skont kif meħtieġ mil-liġi. Dan għandu jinħareġ minn awtorità ġudizzjarja tal-istat applikant. Għal aktar informazzjoni ara hawnhekk.

Nista’ niġi miżmum taħt kustodja jew niġi lliberat?

Jekk il-pulizija tqis li inti għandek tinżamm taħt arrest, hija għandha tapplika għand imħallef tal-qorti distrettwali biex tinżamm f’kustodja għal mhux iżjed minn tmint ijiem. Dan jista' jiġġedded sakemm il-perjodu sħiħ ta' kustodja ma jkunx iżjed minn tliet xhur.

Il-qorti tista’ żżommok taħt arrest jekk ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi li inti kont involut fit-twettiq tar-reat(i) inkwistjoni. Il-qorti tikkunsidra wkoll jekk il-kustodja hijiex neċessarja għall-investigazzjoni u tibbilanċja dan mad-dritt tiegħek għall-ħelsien.

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni biex ninżamm taħt arrest?

Tista’ tappella kontra d-deċiżjoni. L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien għaxart ijiem.

X’jiġri jekk ma nweġibx għall-mistoqsijiet tal-pulizija?

Ma jistgħu joħorġu l-ebda inferenzi negattivi mill-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju.

L-interrogazzjoni tal-pulizija la għandha tkun oppressiva u lanqas ripetittiva.

Jista’ jkolli avukat matul l-interrogazzjoni?

Ma għandekx dritt għal avukat matul l-interrogazzjon tiegħek mill-pulizija. Hekk kif tiġi arrestat inti intitolat tikkomunika immedjatament permezz tat-telefon ma' avukat tal-għażla tiegħek fil-privat.

Ma nitkellimx bil-lingwa tal-pajjiż. Jista’ jkolli interpretu?

Il-liġi tipprovdi li għandu jkollok is-servizzi ta’ interpretu għal lingwa li inti tifhem u titkellem sew.

Nista’ ngħid lil xi qarib jew ħabib b’dak li qed jiġrili?

Inti intitolat tikkomunika ma’ qarib jew persuna tal-għażla tiegħek. Jekk inti minuri inti intitolat ukoll tikkomunika ma' ġenitur jew mat-tutur tiegħek fil-preżenza tal-pulizija. Il-ġenituri jew it-tutur tiegħek jiġu infurmati mill-pulizija bid-detenzjoni tiegħek.

Il-komunikazzjoni tiegħek mal-ħbieb u l-qraba tista’ tiġi ttardjata bi tnax-il siegħa jekk ikun hemm suspett raġonevoli li l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt immedjatament wara l-arrest ser:

  • iwassal biex iħassar l-evidenza,
  • jipprevjeni l-arrest ta’ persuna/persuni oħra fir-rigward tal-istess delitt jew
  • iwassal għall-ħarba ta’ suspettat(i) oħra jew għat-twettiq ta’ reat ieħor.

Jiena niġi minn Stat Membru ieħor. Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tiegħi?

Jekk inti tiġi minn pajjiż ieħor, għandek id-dritt li tikkomunika mal-Ambaxxata jew mal-Konslu tiegħek. Jekk ma hemm l-ebda rappreżentant disponibbli, imbagħad ikollok id-dritt li tikkomunika mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Ombudsman jew mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrganizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Nista’ nara tabib sakemm inkun miżmum?

Jekk matul l-arrest jew id-detenzjoni tkun teħtieġ kura medika, il-pulizija għandha tiżgura li inti tiġi eżaminat minn tabib u jekk ikun neċessarju li tittieħed l-isptar. Int għandek id-dritt li tagħżel liema tabib trid.

Għandi nkun preżenti f'Ċipru matul l-investigazzjoni?

Jekk inti residenti barra mill-pajjiż m'intix legalment obbligat tkun preżenti matul l-investigazzjoni tal-pulizija. Il-liġi għadha ma tipprovdix biex inti tieħu sehem fl-investigazzjoni permezz ta' kollegament bil-vidjow.

Tista’ tħalli l-pajjiż sakemm ma joħroġx mandat ta’ arrest kontrik.

Id-dar jew il-post tan-negozju tiegħi jistgħu jiġu mfittxija matul l-investigazzjoni?

Id-dar jew il-post tan-negozju tiegħek jistgħu jiġu mfittxija biss jekk ikun hemm mandat ta’ tfittxija, sakemm inti ma tagħtix il-kunsens għat-tfittxija bil-miktub.

Jista’ jkun hemm tfittxija fuq il-persuna?

Tista’ wkoll issirlek tfittxija fuq il-persuna minn xi ħadd tal-istess sess. Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Tista’ l-pulizija tieħu l-marki tas-swaba’ tiegħi, kampjuni tad-DNA tiegħi, eċċ?

Jekk inti miżmum, il-pulizija hija legalment intitolata tieħu qisien, ritratti, marki tas-swaba', marki tal-pala tal-idejn, kampjuni tal-kitba tiegħek, tad-dwiefer, ta' xagħrek u tal-bżieq tiegħek bħala parti mill-investigazzjoni.

In-nuqqas ta’ kunsens tiegħek jgħodd bħala reat kriminali soġġett għal ħabs jew multa. Il-pulizija tista’ tieħu wkoll kampjuni tad-demm jew tal-awrina tiegħek jekk inti taċċetta. Jekk le, il-qorti tista’ toħroġ ordni li jawtorizza lill-pulizija jieħdu dawn il-kampjuni taħt sorveljanza medika.

Ikolli nieħu sehem f’xi identifikazzjoni tal-persuni?

Jekk inti legalment miżmum, il-pulizija hija intitolata tobbligak tieħu sehem fl-identifikazzjoni tal-persuni.

Nista’ nilmenta dwar kif niġi ttrattat mill-pulizija?

Lment kontra l-pulizija jista’ jiġi ppreżentat lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità Indipendenti għall-Investigazzjoni ta’ Allegazzjonijiet u Lmenti kontra l-Pulizija

X’jiġri fi tmiem l-investigazzjoni?

Tista’ tiġi mixli mill-pulizija jekk ikun hemm biżżejjed evidenza fi tmiem l-investigazzjoni biex tiġi stabbilita kawża kriminali kontrik. Qabel ma tiġi mixli għandek għal darb’oħra tiġi mwissi. Tista’ twieġeb li inti ħati jew mhux ħati jew tirriżerva d-dritt li twieġeb fil-qorti. L-att tal-akkuża mbagħad jitressaq quddiem il-qorti.

L-akkużi fl-att tal-akkuża jistgħu jvarjaw mill-akkużi oriġinali.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Jekk inti lliberat jew ikkundannat għal xi reat ma tistax terġa' tgħaddi minn proċess ieħor għalih. Ma tistax tinstab ħati ta’ att jew ta' ommissjoni li ma jitqiesx/titqiesx bħala reat fil-ħin meta dan jkun twettaq/din tkun twettqet.

Ma teżisti l-ebda regola li twaqqaf milli jitressqu akkużi kriminali kontrik quddiem il-qrati ta' żewġ stati differenti. Madankollu dan huwa rari ħafna u inti tkun tista' toġġezzjona għall-proċeduri fi kwalunkwe waħda mill-qrati.

X’jiġri fl-ewwel seduta tal-qorti?

Ladarba inti tissejjaħ biex tidher quddiem il-qorti għandek id-dritt li tiġi pprovdut bl-istqarrijiet tax-xhieda kif ukoll bid-dokumenti miġbura matul l-investigazzjoni tal-pulizija inklużi dawk li jiffurmaw parti mill-każ tal-prosekuzzjoni.

Il-prosekuzzjoni tista’ ssejjaħ xhieda addizzjonali għall-proċess sakemm tingħata notifika adegwata lid-difiża.

Tkun mitluba informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

L-evidenza tal-kundanni preċedenti tiegħek normalment ma tiġix ippreżentata fil-proċess quddiem qorti kriminali.

Jekk tiġi kkundannat bir-reat, kwalunkwe kundanna simili tiġi kkunsidrata għad-deċiżjoni tas-sentenza (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaara l-Iskeda Informattiva 5).

Setgħat ta’ arrest u ta' tfittxija

Is-setgħa tal-pulizija li tarresta

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKostituzzjoni ta' Ċipru tipprovdi li persuna ma tistax tiġi legalment arrestata, ħlief meta jinħareġ mandat b’motivazzjoni tajba. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi dwar il-proċedura kriminali li jawtorizzaw arrest mingħajr mandat ġudizzjarju għandhom jinftiehmu skont din ir-regola kostituzzjonali.

Il-pulizija tista’ tindirizza l-applikazzjoni għal mandat ta’ arrest lil imħallef tal-qorti distrettwali. Il-pulizija għandha tippreżenta affidavit li juri li hemm evidenza li tissuġġerixxi li inti ssuspettat b’involviment f’reat u li l-arrest tiegħek huwa neċessarju għall-investigazzjoni kriminali.

Il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest mhuwiex awtomatiku. L-imħallef għandu diskrezzjoni u għandu jibbilanċja d-dritt ta’ persuna għal-libertà, min-naħa l-waħda, u s-sigurtà pubblika min-naħa l-oħra.

Il-mandat ta’ arrest jibqa’ fis-seħħ sakemm jiġi eżegwit jew ikkanċellat minn imħallef.

Is-setgħa tal-pulizija għal tfittxija

Għandu jinkiseb mandat ta’ tfittxija, biex issir it-tfittxija ta’ darek jew tal-post tan-negozju tiegħek sakemm inti ma tagħtix il-kunsens espliċitu tiegħek bil-miktub għat-tfittxija. Mandat ta' tfittxija għandu jagħti r-raġunijiet. Għandu jinħareġ minn imħallef tal-qorti distrettwali fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-pulizija taħt ġurament. L-imħallef għandu jkun issodisfat li hemm bażi raġonevoli biex jinħareġ il-mandat ta' tfittxija.

Uffiċjal tal-pulizija għandu d-dritt li jwaqqaf il-vettura tiegħek u li jagħmel tfittxija fiha:-

  • jekk l-uffiċċjal jemmen b’mod raġonevoli li jista' jkun hemm drogi narkotiċi,
  • biex jikkontrolla jekk hemmx xi sustanza splussiva jew arma illegali fil-vettura.

It-tfittxija fuq il-persuna tiegħek għandha ssir minn membru tal-korp tal-pulizija tal-istess sess.

Uffiċjal tal-pulizija li jemmen b’mod raġonevoli li inti tinsab fil-pussess ta’ drogi narkotiċi għandu d-dritt li jwaqqfek u jfittixlek u jekk isiblek id-droga, hu jkollu d-dritt li jarrestak.

Ma għandek ebda dritt ta’ appell kontra l-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest jew ta' mandat ta’ tfittixja.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Legali tar-Repubblika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema ta' Ċipru


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019

3 - Id-drittijiet tiegħi tul il-proċess


Fejn isir il-proċess?

Il-kawża tinstema’ mill-qorti tad-distrett fejn ikun sar ir-reat.

Il-proċess tiegħek isir fil-pubbliku sakemm il-qorti ma tordnax li għandu jsir fil-privat. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKostituzzjoni tistabbilixxi ir-raġunijiet biex il-proċess isir fil-privat.

F'Ċipru ma jsir l-ebda proċess b’ġurija. Il-qorti, magħmula minn imħallfin professjonali, tiġġudika l-liġi u l-fatti.

L-akkużi jistgħu jiġu emendati matul il-proċess?

L-akkużi jistgħu jiġu emendati matul il-proċess jekk il-qorti tkun taqbel. Dan jista’ jseħħ jekk l-informazzjoni fl-akkuża ma tkunx adegwata jew biex l-akkużi jimxu skont l-evidenza.

Akkużi ġodda jistgħu jiżdiedu matul il-proċess jekk dawn ikunu jirriżultaw mill-evidenza, u l-qorti tkun taqbel. Jekk dan iseħħ il-proċeduri jistgħu jiġu differiti biex iħalluk tipprepara d-difiża tiegħek.

Jekk fl-aħħar tal-proċess tiġi ppruvata biss parti mill-akkuża u jkun reat awtonomu tista’ tiġi kkundannat b’dak ir-reat mingħar ma tiġi emendata l-akkuża. Bl-istess mod tista’ tiġi kkundannat li ppruvajt tikkommetti r-reat li bih inti akkużat mingħajr ma tiġi emendata l-akkuża. Fl-aħħar tal-proċeduri l-qorti tista’ tordna li jsiru akkużi addizzjonali li jirriżultaw mill-evidenza, u tista’ tikkundannak mingħajr ma temenda l-att tal-akkuża. Dan m’għandux iwassal għal amministrazzjoni ħażina tal-ġustizzja.

Tista’ tbiddel l-istqarrija tiegħek matul il-proċess fir-rigward tal-akkużi kollha jew ta’ xi akkużi, jekk il-qorti taqbel li tħallik tagħmel dan. Jekk inti tiddikjara ruħek ħati għal xi akkużi l-qorti tisma’ l-kawża fir-rigward tal-akkużi li jkun fadal. Jekk inti tiddikjara li inti ħati għall-akkużi kollha l-qorti tipproċedi direttament għall-proċess tal-għoti tas-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess?

Inti intitolat għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti, imparzjali u kompetenti, stabbilita skont il-liġi.

Is-sentenza tal-qorti għandha tkun motivata u ġeneralment tingħata fil-pubbliku, sakemm il-pubbliċità tagħha ma tkunx tippreġudika l-interessi tal-ġustizzja.

Jekk inti tiġi akkużat b’reat kriminali għandek id-drittijiet minimi kostituzzjonali li ġejjin:-

  • li tiġi infurmat malajr u b’lingwa li inti tifhem u fid-dettall dwar in-natura u l-bażi tal-akkużi kontrik;
  • li jkollok żmien u faċilitajiet adegwati għall-preparazzjoni tad-difiża tiegħek;
  • li tiddefendi ruħek personalment jew permezz ta’ avukat tal-għażla tiegħek, jew, jekk ma tistax tħallas għall-assistenza legali, li tingħata assistenza legali mingħajr ħlas jekk ikun fl-interess tal-ġustizzja;
  • li tagħmel mistoqsijiet lil xhieda kontrik u li l-istess kondizzjonijiet ikunu japplikaw kemm għax-xhieda f'ismek kif ukoll għal dawk kontrik.
  • li jkollok l-assistenza legali ta' interpretu, mingħajr ħlas jekk ma tistax tifhem jew titkellem il-lingwa użata fil-qorti.

Għandi nattendi għall-proċess?

Hekk kif tiġi notifikat b’ċitazzjoni li tordnalek tidher fil-qorti, għandek tattendi. Jekk ma tattendix, jinħareġ mandat ta’ arrest kontrik.

Nista’ ninżamm f’kustodja, jew niġi meħlus matul il-proċess?

Bħala regola, għandek tinħareġ fuq garanzija matul il-proċess ħlief f’każijiet serji. Id-detenzjoni tista’ tiġi ordnata jekk ikun hemm riskju serju li ma tkunx ser tidher għall-proċess jekk tiġi meħlus. Il-garanzija tista’ wkoll tiġi rrifjutata jekk ikun hemm riskju li tikkommetti aktar reati ladarba tiġi meħlus.

Jekk il-garanzija tiġi rrifjutata u l-kawża tipproċedi quddiem qorti distrettwali, ma tistax tinżamm għal iżjed minn tmint ijiem sakemm ikun imissek terġa' tidher fil-qorti. Ma hemm l-ebda limitu fuq il-perjodu ta’ detenzjoni jekk il-kawża tipproċedi quddiem il-Qorti ta’ Assize.

Għandek id-dritt li tappella kontra deċiżjoni li tirrifjuta libertà fuq garanzija. L-appell għandu jsir fi żmien għaxart (10)  ijiem mid-deċiżjoni.

Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien fiss għaż-żamma taħt arrest. Madankollu, il-proċess għandu jsir fi żmien raġonevoli.

Jiena ngħix fi Stat Membru ieħor. Nista’ nipparteċipa fil-proċess permezz ta’ kollegament bil-vidjow?

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal parteċipazzjoni fi proċeduri kriminali permezz ta’ kollegament bil-vidjow.

Ikolli avukat biex jirrappreżentani matul il-proċess?

M’għandekx għalfejn tiġi rrappreżentat minn avukat fil-proċeduri tal-qorti. Għandek id-dritt li tiddefendi ruħek personalment. Jekk inti rrappreżentat minn avukat għandek id-dritt li tbiddel l-avukat tiegħek fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri.

Jekk ma tiflaħx għall-ispejjeż ta’ avukat, tista’ tkun intitolat għal għajnuna legali jekk dan ikun fl-interess tal-ġustizzja.

Jekk inti rrappreżentat minn avukat fil-proċess, hu jew hi jippreżentaw id-difiża tiegħek. Jekk inti tiddefendi ruħek personalment għandek l-istess drittijiet inkluż id-dritt għas-silenzju u d-dritt kontra l-awtoinkriminazzjoni.

X’inhu r-rwol tiegħi fil-proċess?

Wara li l-prosekuzzjoni tkun ippreżentat il-każ tagħha, inti għandek id-dritt li tippreżenta lill-qorti li ma hemm l-ebda kawża li għandek twieġeb għaliha għar-raġunijiet li gejjin:

  • ma kienx hemm evidenza li tipprova xi element essenzjali tar-reat,
  • l-evidenza tal-prosekuzzjoni dehret li mhijiex affidabbli u suffiċjenti għal kundanna sigura.

Jekk il-qorti taqbel mal-argument tiegħek, inti tiġi meħlus mingħajr ma tissejjaħ biex tagħmel id-difiża tiegħek.

Jekk il-qorti tiddeċiedi li hemm kawża li jeħtieġ li int twieġeb għaliha, hi għandha tinfurmak bid-drittijiet li ġejjin:

  • li tagħti l-evidenza tiegħek taħt ġurament. Jekk tagħmel dan, inti tiġi kontroeżaminat mill-prosekuzzjoni.
  • li tagħmel stqarrija li ma tkunx taħt ġurament mill-iżbarra. F’dan il-każ inti ma tiġix kontroeżaminat;
  • li tibqa’ sieket. Ma jistgħu jiġu konklużi l-ebda inferenzi negattivi mill-eżerċizzju tad-dritt għas-silenzju.

Nista’ nsejjaħ xhieda għad-difiża tiegħi?

Kemm jekk tagħżel li tagħti x-xhieda tiegħek u kemm jekk le, għandek id-dritt li ssejjaħ xhieda għad-difiża tiegħek.

Jekk tagħżel li tixhed taħt ġurament u tiġi ffaċċjat b’mistoqsija inkriminanti għandek tkun avżat mill-qorti bid-dritt tiegħek li ma tweġibx.

X’jiġri jekk nigdeb fil-qorti?

Jekk tagħmel stqarrija falza fil-proċess inti tikkommetti delitt ta’ xhieda falza li huwa kastigabbli bi priġunerija.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-akkużi kontrija?

Għandek id-dritt li tikkontesta l-evidenza tal-prosekuzzjoni bil-kontroeżami tax-xhieda tal-prosekuzzjoni. Tista’ wkoll toġġezzjona għall-evidenza.

Nista’ nippreżenta evidenza biex insostni l-każ tiegħi?

Tista’ tipproduċi kull evidenza b'sostenn għad-difiża tiegħek li hija rilevanti għall-kwistjonijiet tal-proċess u li tkun ammissibbli bil-liġi. Jekk tkun trid tinvoka  l-personalità tiegħek tista’ ssejjaħ xhud morali għad-difiża tiegħek.

Nista’ nuża detektiv privat biex jiġbor evidenza għan-nom tiegħi?

Iva tista’. L-evidenza miġbura tista’ tiġi ppreżentata fil-qorti soġġett għall-istess regoli ta’ kwalunkwe evidenza oħra.

Tista’ titqies informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Il-kondotta tiegħek ma tistax tiġi żvelata matul il-proċess sakemm inti ma tiddeċidiex li tagħti evidenza u tinvoka l-personalità tiegħek billi tagħmel allegazzjoni kontra l-personalità ta’ xi xhud tal-prosekuzzjoni matul il-kontroeżami.

L-evidenza tar-reati preċedenti tiegħek tista’ tiġi ppreżentata lill-qorti, sakemm id-delitt li inti tkun qed tiġi pproċessat għalih huwa simili għal delitti oħra li tkun ikkommettejt.

Il-kundanni preċedenti tiegħek fi Stat Membru ieħor jistgħu jitqiesu ħlief meta l-kundanni jkunu skadew.

X’jiġri fi tmiem il-proċess?

Fi tmiem il-proċess il-partijiet jagħmlu l-indirizzi finali tagħhom u l-qorti tagħti s-sentenza tagħha.

Tista’ tiġi kkundannat jew meħlus mill-qorti.

Jekk tiġi kkundannat, għandek id-dritt li tindirizza lill-qorti qabel tagħti s-sentenza tagħha, bl-iskop li tnaqqas is-sentenza tiegħek.

Għal informazzjoni dwar il-pieni previsti, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess?

Il-vittma ma għandha l-ebda rwol speċifiku fil-proċess, iżda tista’ tissejjaħ biex tagħti evidenza dwar l-avvenimenti li jirrigwardaw ir-reat u l-ħsara, id-dannu u n-nuqqas mġarrba bħala riżultat ta’ dan.

Fil-proċess tal-għoti tas-sentenza l-prosekuzzjoni tista’ titlob lill-vittma tiddeskrivi l-konsegwenzi tad-delitt. Jekk tkun taqbel li tagħti kumpens lill-vittma, jew jekk il-vittma tkun lesta li taħfer l-att tiegħek, is-sentenza tista' titnaqqas.

Tipi ta’ pieni

Din li ġejja hija lista tad-diversi pieni li jistgħu jiġu imposti minn qorti Ċiprijotta.

  • Priġunerija, jiġifieri l-inkarċerazzjoni f’ħabs tal-istat għal perjodu ta’ żmien speċifiku.
  • Priġunerija perjodika. Jekk inti kkundannat b’delitt li jkollu sentenza ta’ tliet snin jew inqas, tista’ tingħata s-sentenza ta’ priġunerija perjodika li ma ddumx iżjed minn tnejn u ħamsin ġimgħa. Il-perjodu ta’ priġunerija ta’ kull ġimgħa jkun mill-Ġimgħa fil-8:00am sat-Tnejn fil-5:00pm.
  • Sentenza sospiża ta’ priġunerija. Jekk is-sentenza ta’ ħabs tiegħek hija għal sentejn jew inqas tista’ tiġi sospiża għal perjodu ta’ tliet snin soġġetta għal xi kondizzjonijiet. Jekk tikser il-kondizzjonijiet, tiġi applikata s-sentenza tal-ħabs oriġinali u jista’ jkun hemm konsegwenzi oħrajn.
  • Ordni ta’ probation. Il-qorti tista’ tagħti ordni ta’ probation li tirrikjedi li inti tkun taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal tal-probation għal perjodu ta’ bejn sena sa tliet snin. Issir dispożizzjoni speċjali bil-liġi għat-trattament ta’ awturi ta’ ksur minuri.
  • Awturi ta’ ksur minuri. L-età ta' responsabbiltà kriminali hija ta’ erbatax-il sena. Il-priġunerija ta’ persuni tal-etajiet ta’ bejn l-erbatax u t-tmintax-il sena hija rari.
  • Ordni għat-tneħħija ta' minorenni mill-familja tagħhom. Jekk ġenitur jew persuna li hija responsabbli għal minorenni huwa/hija kkundannat/a b’ċerti delitti, il-qorti tista’ tordna li t-tifel/tifla jittieħed/tittieħed f’post ta’ sigurtà. It-tifel/tifla mbagħad jaqa'/taqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-direttur tad-dipartiment tas-sigurtà soċjali.
  • Ordni għat-trattament ta’ min jabbuża mid-drogi. Persuna kkundannata b’reat relatat ma’ drogi, tista’ tiġi ordnata biex tieħu trattament f’ċentru ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, minflok ma tingħata xi piena oħra, sakemm dik il-persuna tagħti l-kunsens tagħha.
  • Garanzija li tidher fil-proċess. F’dan il-każ, hemm imposti fuqek kondizzjonjiet li jeħtieġuk tirrispetta l-liġi għal perjodu ta’ żmien speċifikat. Jekk tikser din il-kondizzjoni tista’ tiġi kkundannat kemm talli ksirt l-ordni kif ukoll għar-reat oriġinali.
  • Il-qorti tista’ torbtok biex iżżomm il-paċi għal perjodu ta’ żmien speċifiku.
  • Projbizzjoni fuq l-attendenza għal avvenimenti sportivi. Jekk inti kkundannat b’att(i) ta’ vjolenza f’logħba futbol jew fi kwalunkwe kompetizzjoni sportiva oħra, il-qorti tista’, minbarra li tati kwalunkwe piena oħra, timpedik milli tattendi għal xi logħba futbol jew kompetizzjoni sportiva.
  • Ordni ta' konfiska li tirrelata ma’ rikavat minn attività kriminali.
  • Skwalifika mill-użu ta’ vettura bil-mutur. Fil-każ ta’ kundanna li tirrelata ma’ reat tat-traffiku, tista’ tiġi skwalifikat milli tuża vettura bil-mutur. Dan huwa supplimentari għal kwalunkwe piena oħra li l-qorti tista’ timponi fuqek.
  • Skwalifika milli żżomm jew tuża karabini. Din tista’ tapplika jekk inti kkundannat bl-użu illegali ta' xkubetta tal-kaċċa.
  • Ordni ta’ konfiska.  Tista’ tiġi ordnat tagħti lura oġġetti li inti żżomm b’mod illegali, jew li akkwistajt b’mod illegali.
  • Ordni ta’ demolizzjoni. Il-qorti tista’ tordna d-demolizzjoni ta’ bini li jkun ittella’ b'mod illegali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaWebsajt tal-gvern li tirreferi għall-Kostituzzjoni


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019

4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella?

Għandek dritt assolut li tappella lill-Qorti Suprema kontra kundanna u sentenza. Kundanna li rriżultat minn stqarrija ta’ ħtija min-naħa tiegħek ma tistax tappella kontriha ħlief meta l-fatti stabbiliti fl-akkuża fil-verità ma jkunux jikkostitwixxu reat.

X’limiti ta’ żmien japplikaw?

L-appell tiegħek kontra l-kundanna u/jew is-sentenza għandu jiġi ppreżentat fi żmien għaxart ijiem mid-data tas-sentenza. Notifika ta’ appell għandha tiġi ppreżentata fir-reġistru tal-qorti distrettwali li fiha jkun sar il-proċess u fir-reġistru tal-Qorti Suprema jekk il-kawża kienet ipproċessata mill-Qorti ta' Assize.

X’inhuma r-raġunijiet ta’ appell?

Ir-raġunijiet ta’ appell kontra l-kundanna huma li:

  • ikunu ġew miksura r-regoli normali ta’ proċess ġust,
  • il-kundanna ma tkunx raġonevoli, ibbażata fuq l-evidenza mogħtija
  • id-deċiżjoni tal-qorti tkun ħażina fejn tidħol il-liġi,
  • ikun hemm amministrazzjoni ħażina sostanzjali tal-ġustizzja.

Ir-raġunijiet ta’ appell kontra s-sentenza huma li:

  • is-sentenza tkun ħażina fil-prinċipju – li l-qorti tal-proċess tmexxiet ħażin fir-rigward tal-fatti jew tal-liġi jew tat-tnejn li huma,
  • is-sentenza tkun notevolment eċċessiva jew notevolment inadegwata.

Ir-raġunijiet tal-appell kontra l-kundanna u s-sentenza għandhom jiġu spjegati u ġġustifikati b’mod komplet fin-notifika tal-appell.

X’jiġri jekk nappella?

Jekk teżerċita d-dritt tiegħek tal-appell, il-kundanna jew is-sentenza tiegħek jibqgħu validi sakemm jiġi deċiż l-appell.

Normalment, appell huwa riżolt fi żmien sitt xhur sa tnax-il xahar.

Ix-xhieda ma tinstemax normalment fl-appell. Tista' madankollu tinstema' evidenza ġdida jekk mingħajr ħtija min-naħa tiegħek, din toħroġ biss wara l-proċess. Għandha tkun sinifikanti għall-proċess u rilevanti biex tipprova l-innoċenza tiegħek.

X’jiġri fis-seduta tal-appell?

Il-partijiet għall-appell għandhom id-dritt li jindirizzaw lill-qorti għal u kontra l-appell. Idea ġenerali tal-argumenti hija ppreżentata bil-miktub qabel is-seduta. L-appell mhuwiex smigħ mill-ġdid tal-kawża oriġinali. L-iskop huwa li tiġi riveduta l-korrettezza tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza.

X’tista’ tiddeċiedi l-qorti?

Il-Qorti Suprema tista’:

  • tippermetti l-appell u tannulla l-kundanna tiegħek;
  • tippermetti partijiet tal-appell u tikkonferma partijiet oħra tal-kundanna fejn inti kont misjub ħati fuq għadd ta’ konteġġi;
  • tirrinunzja l-appell;
  • twarrab il-kundanna u tikkundannak għal reat ieħor li huwa iżjed xieraq, fuq il-bażi tal-evidenza u tapplika sentenza ġdida;
  • tippermetti l-appell u tibgħat lura l-każ għal proċess mill-ġdid quddiem l-istess qorti jew qorti oħra.

X’jiġri jekk l-appell jirnexxi/ma jirnexxiex?

Jekk l-appell tiegħek kontra l-kundanna jirnexxi l-verdett jiġi annullat u l-piena titwarrab. Jekk ma jirnexxiex l-appell kontra l-kundanna jaqa’. Mal-appell kontra s-sentenza, il-Qorti Suprema għandha s-setgħa tnaqqas, tvarja, timmodifika jew tbiddel is-sentenza. Jekk l-appell kontra l-kundanna u/jew is-sentenza ma jirnexxiex il-Qorti Suprema għandha s-setgħa tordna l-priġunerija mill-jum li fih jaqa' l-appell.

Hemm dritt għal appell f’qorti ogħla/differenti?

Ma hemmx it-tielet livell ta’ ġustizzja. Ir-rimedji għad-dispożizzjoni tiegħek jinħlew meta jiġi deċiż l-appell. Jekk xi drittijiet tiegħek garantiti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem huma miksura, inti tista tappella lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem meta ma jkunux iżjed possibbli li jintużaw rimedji lokali.

Jekk l-ewwel deċiżjoni hija ħażina, nieħu xi kumpens?

Jekk l-appell tiegħek kontra l-kundanna jirnexxi u inti diġà għaddejt xi żmien il-ħabs, il-liġi tintitolak tfittex kumpens għat-telf li tkun ġarrabt minħabba li inti ma stajtx taħdem.

Jekk l-appell tiegħi jirnexxi, jinżamm rekord tal-kundanna inizjali?

Jekk il-kundanna tiegħek taqa’ mal-appell ma jinżamm ebda rekord tagħha.

Jiena niġi minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura wara l-proċess?

Jekk tingħata sentenza għal terminu ta’ priġunerija f'Ċipru tista’ tintbagħat lejn il-pajjiż tiegħek biex tiskonta s-sentenza sakemm il-priġunerija tkun għal iżjed minn sitt xhur. F’każijiet eċċezzjonali din il-limitazzjoni tista’ titneħħa. Inti tiġi infurmat b’dan id-dritt meta tiddaħħal il-ħabs.

It-trasferiment lejn l-Istat Membru tiegħek mhuwiex awtomatiku. Għandek tesprimi x-xewqa li tiskonta s-sentenza f'pajjiżek billi tagħmel talba jew fl-istat tal-għoti tas-sentenza (Ċipru) jew fl-Istat Membru tiegħek.

F’każijiet eċċezzjonali, jekk wieħed mill-istati jikkunsidra li jkun neċessarju, minħabba l-età jew il-kondizzjoni fiżika jew mentali tiegħek, jista' jsir it-trasferiment mingħajr il-kunsens tiegħek.

Il-kondizzjonijiet għat-trasferiment huma preskritti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati. Waħda mill-kondizzjonijiet hija li l-att jew l-ommissjoni li għalih/għaliha inti ġejt ikkundannat għandu/għandha jitqies/titqies bħala delitt skont il-liġi tal-istat ta' amministrazzjoni.

Mat-trasferiment lejn l-Istat Membru tiegħek il-kwistjonijiet kollha li jirrelataw mal-kondizzjonijiet ta’ detenzjoni huma rregolati mil-liġi ta’ dak l-istat, u mhux mil-liġi tal-istat li jkun ħareġ is-sentenza. Għandek tagħti kunsens għal dan it-trasferiment sakemm ma jkunux japplikaw l-eċċezzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Ma hemm l-ebda dritt għal appell kontra deċiżjoni biex tiġi ttrasferit lejn pajjiżek biex tiskonta s-sentenza.

Jekk jiena kkundannat nista’ nerġa’ niġi pproċessat għall-istess reat?

Ma tistax tiġi pproċessat darbtejn għall-istess reat kemm jekk ikun sar f'Ċipru u kemm jekk fi Stat ieħor. Il-prinċipju ne bis in idem (li wieħed jiġi ġġudikat darbtejn għall-istess reat) huwa dritt fondamentali ggarantit mill-Kostituzzjoni ta' Ċipru.

L-informazzjoni dwar l-akkużi tista’ tiġi miżjuda mal-kondotta tiegħi?

Il-pulizija żżomm reġistru tal-kundanni preċedenti. Kull kundanna ġdida tiżdied mal-kondotta tiegħek. Ir-reġistru tal-kundanni jinżamm primarjament u jintuża għal skopijiet tal-għoti ta’ sentenzi. Ma jinżamm l-ebda rekord ta’ akkużi kriminali li ma jkunux irriżultaw f’kundanna.

It-tul ta’ żmien li fih jinżamm rekord tal-kundanna tiegħek fir-reġistru tal-kundanni preċedenti jiddependi fuq in-natura tas-sentenza u jvarja għal bejn ħames snin sa massimu ta' tnax(12)-il sena.

Il-kondotta tiegħek jista’ jinżamm mill-pulizija mingħajr il-kunsens tiegħek u ma tistax toġġezzjona għall-inklużjoni tal-kundanna/kundanni kriminali tiegħek fir-reġistru.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019

5 – Reati tat-traffiku fit-triq

Reati minuri kif ukoll serji tat-traffiku huma ttrattati bħal kull reat ieħor. Il-multi huma l-piena normali. Reċidivi jistgħu jiġu skwalifikati mis-sewqan. Il-parti l-kbira tar-reati minuri tat-traffiku huma ttrattati amministrattivament.


Min jittratta r-reati tat-traffiku fit-triq?

Għadd ta’ reati minuri tat-traffiku u reati oħra relatati jistgħu jiġu ttrattati amministrattivament billi tiġi imposta multa preskritta mil-liġi.

F’każ ta’ veloċità eċċessiva jew l-użu taċ-ċellulari waqt  is-sewqan u ta' xi reati minuri oħrajn, jiżdiedu wkoll punti penali mal-liċenzja tas-sewqan tiegħek. Meta l-punti penali jaqbżu t-tnax-il punt, il-każ tiegħek ikollu jiġi rriferit lill-qorti. Jekk inti ma taqbilx mal-impożizzjoni ta’ multa u ta’ punti penali, tiġi ppreżentata kawża kriminali kontrik fil-qorti.

Pulizija jew gwardjan tat-traffiku ta’ awtorità muniċipali jew lokali jista’ javżak li ġiet imposta multa. Fil-każ ta’ reat marbut ma’ parkeġġ, l-avviż għandu jsemmi r-reat u jinfurmak li jekk ma tħallasx il-multa fi żmien 15-il ġurnata, din tiżdied bin-nofs.

Jekk il-multa ma titħallasx fi żmien 30 jum, tista’ titħejja prosekuzzjoni. Il-multi jistgħu jiġu imposti għal reati tat-traffiku minn persuni li jkunu mexjin fit-triq u minn ċiklisti, kif ukoll sewwieqa. Il-livell tal-multa huwa stabbilit bil-liġi.

Ma jistax isir appell kontra multa amministrattiva jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek għaliha. Min-naħa l-oħra jekk inti tiċħad li tkun wettaqt ir-reat, l-awtoritajiet jistgħu jidħlu l-qorti biex jippruvaw ir-reat. Jista’ jsir appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti, bħalma jiġri għal kull deċiżjoni oħra għal reat kriminali.

Multa li hija imposta amministrattivament tista’ tinġabar bħal kwalunkwe multa imposta minn qorti tal-liġi. Din ma tirriżultax f’rekord kriminali.

X’jiġri jekk il-każ imur il-qorti?

Il-qorti distrettwali taż-żona fejn ikun sar ir-reat tat-traffiku għandha l-ġurisdizzjoni biex tittratta dan ir-reat.

Il-proċedura użata fil-proċess quddiem il-qorti kriminali ta’ reati minuri tat-traffiku hija l-istess proċedura li tintuża għal kwalunkwe reat ieħor.

Il-penalitajiet li jistgħu jiġu imposti mill-qorti huma:

  • multa,
  • priġunerija,
  • skwalifika minn sewqan ta’ vettura.

Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jistgħu jiġu pproċessati quddiem il-qorti kriminali għal reati minuri tat-traffiku daqs li kieku jkunu ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Jista’ jsir appell għal kundanna kif ukoll għas-sentenza imposta għal reat minuri tat-traffiku bl-istess mod u għall-istess raġunijiet bħal fi kwalunkwe każ ieħor.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sewqan f'Ċipru – Liġijiet tat-Traffiku Ċiprijotti – Reati, Multi u Punti


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Latvja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x'jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b'delitt li fir-rigward tiegħu jrid isir proċess quddiem qorti kriminali. Għal informazzjoni dwar reati minuri bħar-reati tat-traffiku fit-triq, li ġeneralment fir-rigward tagħhom tingħata penali fissa bħal multa, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskeda Informattiva 5.

Jekk inti vittma ta' delitt tista' ssib informazzjoni kompleta dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Il-proċess kriminali fil-qosor

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali:

  • L-investigazzjoni
  • Il-prosekuzzjoni
  • Is-smigħ tal-kawża mill-Qorti tal-Prim'Istanza
  • Reviżjoni tal-kawża mill-Qorti tal-Appell
  • Reviżjoni tal-kawża mill-Qorti Suprema
  • Reviżjoni tad-deċiżjonijiet attwali tal-qorti

Fl-iskedi informattivi tista' ssib dettalji dwar dawn l-istadji kollha u dwar id-drittijiet tiegħek.

Din l-informazzjoni m'għandhiex tieħu post il-parir legali u hija maħsuba biss biex isservi ta' gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment.  Dawn l-iskedi informattivi jipprovdu informazzjoni dwar kif għandek tagħmel ilment u għand min trid tagħmlu.

Agħfas fuq il-links ta' hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt

  • L-investigazzjoni
  • Il-prosekuzzjoni
  • Ċerti stadji proċedurali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Reati tat-traffiku fit-triq

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi tal-proċedura kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-awtoritajiet tal-Pulizija tal-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Latvja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati tal-Latvja


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2012

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Huwa importanti ħafna li tikseb parir legali indipendenti meta tkun involut b'xi mod fi proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f'liema ċirkostanzi għandek id-dritt li tkun rappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x'jista' jagħmel għalik avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallas.


Kif issib avukat

Jekk teħtieġ avukat ikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Latvjan tal-Avukati. Huma għandhom Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta' avukati li jipprattikaw il-liġi fil-Latvja.

Kemm jekk inti miżmum f'kustodja kif ukoll jekk le, tista' tinforma lill-awtorità inkarigata mill-proċeduri (l-investigatur/il-prosekutur/il-qorti) li tixtieq tikseb parir legali. Inti tirċievi informazzjoni dwar l-avukati tal-għajnuna legali jew avukat tal-għajnuna legali jiġi infurmat li inti teħtieġ parir legali, u dan jingħatalek. 

L-aħjar għażla għalik jew għall-qraba tiegħek hija li jintlaħaq ftehim ma' avukat li jittratta l-każ tiegħek għal kemm żmien ikun hemm bżonn. 

Kif tħallas lill-avukat

L-avukati jeħtieġ li jitħallsu u l-klijent u l-avukat jiftiehmu bil-miktub dwar il-ħlas. Jekk ma jsir l-ebda ftehim ma' avukat, l-Istat jipprovdilek il-parir legali meħtieġ, li jitħallas mill-baġit tal-Istat.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċeduri kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar l-Assoċjazzjoni tal-Avukati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar l-għajnuna legali pprovduta mill-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament dwar l-għajnuna legali pprovduta mill-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Latvja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-awtorità għall-għajnuna legali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2012

2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt u qabel ma l-każ jitressaq quddiem il-qorti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


X'inhuma l-istadji ta' investigazzjoni kriminali?

L-iskop tal-proċeduri qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali huwa li jinstab:

  • jekk twettaqx delitt;
  • min se jiġi mixli b'reat kriminali;
  • jekk hux possibbli li l-każ jitwarrab, jingħalaq jew jitressaq quddiem il-qorti.

Il-proċeduri ta' qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali jinqasmu f'żewġ stadji – l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.

L-investigazzjoni ssir minn awtoritajiet differenti tal-pulizija inklużi l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPulizija tal-Istat, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPulizija tas-Sigurtà tal-Istat, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPulizija tal-Finanzi, il-Pulizija Militari, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Awtoritajiet tal-Ħabs, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBureau għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Ġlieda Kontrieha, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwardjani tal-Fruntieri tal-Istat, l-awtoritajiet tad-dwana, il-kaptani tal-vapuri fl-ibħra internazzjonali, il-kmandanti tal-unitajiet militarji tal-Forzi Armati Nazzjonali li jkunu ntbagħtu f'territorji barranin. L-investigazzjoni ssir mill-awtorità li jkollha l-ġuriżdizzjoni fejn ikun twettaq id-delitt. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Avukat Ġenerali jista' jinvestiga wkoll.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaawtoritajiet li jħarrku jmexxu l-prosekuzzjoni.

Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni

Agħfas fuq il-links ta' hawn taħt għal iktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek waqt l-istadji varji, fil-proċess kriminali, tal-investigazzjoni ta' qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

L-investigazzjoni (1)

L-iskop tal-investigazzjoni

L-iskop tal-investigazzjoni huwa li jiġi skopert jekk twettaqx delitt jew le; min se jiġi mixli b' reat kriminali; jekk il-każ jistax jitwarrab.

Ikun hemm investigatur (ġeneralment ikun uffiċjal tal-pulizija) jaħdem miegħek. Waqt l-istadju tal-investigazzjoni tista' tinżamm għal 48 siegħa u tista' tinżamm taħt arrest preventiv għal raġunijiet ta' sigurtà.

Iż-żmien totali li jkun disponibbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni jiddependi mill-gravità tar-reat li tiegħu inti tkun issuspettat (minn 6 sa 22 xahar bil-possibilità li jiġi estiż għal 6 xhur oħra). Jekk dawn il-limiti ta' żmien ma jiġux rispettati, iridu jiġu rtirati kull miżuri u limitazzjonijiet ta' sigurtà fuq id-drittijiet tiegħek għall-proprjetà.

X'se jingħadli dwar dak li jkun qed jiġri?

L-uffiċjal tal-pulizija li jwettaq l-investigazzjoni jgħidlek dwar dak li jkun qed jiġri.

Jiġi pprovdut interpretu jekk ma nkunx nitkellem bil-lingwa?

Iva, jiġi pprovdut interpretu għalik; huwa l-uffiċjal tal-pulizija/il-prosekutur li jieħu ħsieb isiblek interpretu. L-interpretu jittraduċi dak kollu li jkun meħtieġ – dokumenti, dak li jintqal mill-investigatur u l-avukat, kif ukoll il-provi tiegħek.

F'liema stadju nkun nista' nkellem avukat?

Jekk ma titkellimx bil-lingwa tal-post, m'intix obbligat li jkollok avukat imma huwa rrakkomandat li jkollok wieħed peress li jista' jkun li ma tkunx familjari mas-sitwazzjoni u l-liġijiet lokali. Tista' tagħżel avukat jew tista' titlob lill-uffiċjal li jkun qed imexxi l-investigazzjoni biex jipprovdilek avukat tal-għajnuna legali.

Qed qed tinżamm taħt arrest, fi żmien 48 siegħa ssir talba biex ikollok avukat jirrapreżentak. Huwa rakkomandat li avukat barrani li jipparteċipa fil-proċeduri jkun akkumpanjat minn avukat lokali.

L-interpretu jkun disponibbli mill-iktar fis possibbli peress li l-preżenza tiegħu/tagħha tkun meħtieġa biex tingħatalek spjegazzjoni ta' x'inhi s-sitwazzjoni u biex tiġi interrogat.

Nintalab nagħti informazzjoni? Għandi nagħti informazzjoni?

Għandek id-dritt li tagħti informazzjoni imma dan mhux obbligu. Għandek id-dritt li tibqa' sieket u dan ma jistax jintuża kontrik u jiġi interpretat bħala nuqqas ta' koperazzjoni fl-investigazzjoni.

X'jiġri jekk ngħid xi ħaġa ta' dannu għall-każ tiegħi?

Ix-xhieda tiegħek tiġi kkunsidrata mal-provi l-oħra fil-każ. M'għandekx għalfejn tinkrimina lilek innifsek. Għandek id-dritt li tiddikjara dak li tħoss li huwa meħtieġ. Għandek id-dritt li tagħżel li ma tixhidx.

Nista' nikkuntattja membru tal-familja tiegħi jew ħabib?

Jekk tkun qed tinżamm taħt arrest għandek id-dritt li titlob lill-investigatur biex jinforma lill-eqreb membri tal-familja tiegħek, lil qraba oħrajn, lill-post tax-xogħol jew l-istabbiliment edukattiv tiegħek etc.

Nista' nara tabib jekk inkun neħtieġ wieħed?

Iva – l-investigazzjoni titwettaq b'rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Jekk jien minn pajjiż ieħor nista' nikkuntattja lill-Ambaxxata tiegħi?

Għandek id-dritt li titlob li l-ambaxxata/l-konsulat tiegħek ikunu infurmati.

Jien minn pajjiż ieħor. Jeħtieġ li nkun preżenti waqt l-investigazzjoni?

Inti trid tkun preżenti waqt l-invetigazzjoni. L-uffiċjal li jkun qed imexxi l-investigazzjoni jiddeċiedi jekk ikunx possibbli li tipparteċipa fil-proċess permezz ta' konnessjoni bil-vidjo jew ta' faċilitajiet ta' konferenza bit-telefown.

Nista' nintbagħat lura f'pajjiżi?

Dan mhux mitlub mil-liġi imma tista' tiġi imposta l-piena tat-tkeċċija mir-Repubblika tal-Latvja. Din il-miżura tista' tiġi applikata biss fuq il-bażi ta' sentenza tal-qorti.

Ninżamm taħt arrest preventiv jew niġi rilaxxat?

Il-maġistrat fil-qorti istruttorja jieħu deċiżjoni dwar iż-żamma tiegħek fi żmien 48 siegħa mill-arrest. Tista' tinżamm taħt arrest jekk il-piena maħsuba għad-delitt li tkun wettaqt tkun sentenza ta' kustodja jew jekk ma jkun hemm l-ebda miżura ta' sigurtà oħra li permezz tagħha jista' jiġi żgurat li:-

  • m'intix se taħrab mill-investigazzjoni/ mill-proċeduri fil-qorti/ mill-eżekuzzjoni tas-sentenza;
  • m'intix se tostakola l-investigazzjoni;
  • m'intix se twettaq delitt ieħor.

Il-maġistrat fil-qorti istruttorja jisimgħek qabel ma jiddeċiedi dwar iż-żamma tiegħek taħt arrest. Għandek id-dritt li tressaq dokumenti li jindikaw li ż-żamma tiegħek ma tkunx raġonevoli. Il-preżenza ta' avukat u interpretu hija dejjem assigurata.

Nista' noħroġ mill-pajjiż waqt l-investigazzjoni?

Tista' toħroġ mill-pajjiż bil-permess tal-uffiċjal li jkun qed imexxi l-investigazzjoni (ġeneralment bil-miktub).

Nintalab nagħti l-marki tas-swaba', kampjuni tad-DNA tiegħi (pereżempju xagħar, bżieq) jew fluwidi oħra tal-ġisem?

Agħfas fuq il-link għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Tista' ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi?

Agħfas fuq il-link għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Tista' ssir perkwiżizzjoni tad-dar, tan-negozju, tal-karozza etc tiegħi?

Agħfas fuq il-link għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Nista' nappella?

Għandek id-dritt li tressaq appell quddiem il-Prim'Imħallef minn deċiżjoni tal-maġistrat fil-qorti istruttorja. Għandek id-dritt li tressaq appell minn azzjonijiet meħuda mill-uffiċjal li jkun qed imexxi l-investigazzjoni/mill-prosekutur, quddiem il-prosekutur inkarigat mis-superviżjoni/quddiem il-prosekutur anzjan.

Għandek tressaq l-ilmenti tiegħek dwar id-deċiżjonijiet tal-uffiċjal li jkun qed imexxi l-investigazzjoni jew tal-maġistrat fil-qorti istruttorja fi żmien 10 ijiem, imma tista' tilmenta dwar l-azzjonijiet tagħhom tul il-proċess investigattiv kollu.

Tista' tressaq l-ilment b'lingwa li taf. L-ilment irid jiġi trattat fi żmien 10 ijiem minn meta jiġi riċevut. Jekk l-ilment ma jkunx miktub bil-lingwa uffiċjali, l-iskadenza tibda tiddekorri mid-data li fiha ssir disponibbli t-traduzzjoni; inti tiġi infurmat dwar dan.

Nista' nammetti l-ħtija tiegħi għall-kapi kollha ta' akkuża jew għal uħud minnhom qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Għandek id-dritt li tammetti l-ħtija waqt l-investigazzjoni/il-prosekuzzjoni għall-kapi kollha ta' akkuża, għal uħud minnhom jew għal wieħed minnhom.

Jekk twieġeb li inti ħati dan jitqies bħala ċirkostanza li tnaqqas il-piena li għalhekk tista' twassal għal piena inqas ħarxa jew tkun il-bażi biex jintemmu l-proċeduri kriminali. Jekk tikkoopera mal-investigazzjoni/mal-prosekuzzjoni, dan jista' jiffaċilita l-applikazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà inqas stretti/il-ħelsien mill-arrest.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi ta' akkuża kontrik jistgħu jinbidlu jekk il-prosekutur ikun kiseb iktar provi. Il-kapi ta' akkuża inizjali kontra tiegħek iridu jinbidlu jekk ikun intwera li huma ħżiena - f'dal-każ il-prosekutur iwaqqaf il-prosekuzzjoni fir-rigward ta' dik il-parti. Inti tiġi ppreżentat bil-kapi ta' akkuża l-ġodda.

Nista' niġi akkużat b'reat li nkun diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Jistgħu jinġiebu akkużi kontra tiegħek imma ma tistax titressaq u tinstab ħati jekk tkun diġà ġejt ipproċessat jew illiberat għall-istess reat fi Stat ieħor.

Tingħatali informazzjoni dwar ix-xhieda kontra tiegħi?

Inti tirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda li jkunu xehdu kontrik. Il-prosekutur jagħtik il-fajl tal-każ wara li titlesta l-investigazzjoni tal-każ u qabel jintbagħat lill-qorti, u inti tkun tista' tiffamiljarizza ruħek mad-dikjarazzjonijiet tax-xhieda.

Tingħatali informazzjoni dwar xi provi oħra kontra tiegħi?

Inti tirċievi l-fajl tal-każ li jkun fih il-provi kollha li l-prosekutur ikun se jġib kontrik fil-qorti. Il-prosekutur jagħtik kopji tal-fajl tal-każ.

Diġà ġejt ikkundannat għal dan id-delitt fi Stat Membru ieħor. X'jiġri?

Fil-Latvja ma tistax tiġi mixli u mressaq il-qorti għall-istess reat. Ir-regola tan-ne bis in idem tapplika għall-Istati Membri tal-UE.

Tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva, tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħek.

Il-prosekuzzjoni (2)

L-iskop tal-istadju tal-prosekuzzjoni

L-iskop tal-prosekuzzjoni huwa li jiġi stabbilit reat kriminali; tiġi identifikata l-persuna li għandha tiġi akkuża b'dak ir-reat; jiġi deċiż jekk il-każ jistax jitwarrab jew jingħalaq u jintbagħat lill-qorti. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprosekutur jaħdem miegħek.

Iż-żmien totali li jkun disponibbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni jiddependi mill-gravità tar-reat li tiegħu inti tkun issuspettat (minn 6 sa 22 xahar bil-possibilità li jiġi estiż għal 6 xhur oħra). Jekk dawn il-limiti ta' żmien ma jiġux rispettati, iridu jiġu rtirati kull miżuri u limitazzjonijiet ta' sigurtà fuq id-drittijiet għall-proprjetà.

X'se jingħadli dwar dak li jkun qed jiġri?

Il-prosekutur li jwettaq il-miżuri investigattivi (probabbilment l-istess miżuri bħal dawk waqt l-investigazzjoni) jgħidlek b'dak li jkun qed jiġri.

Jiġi pprovdut interpretu jekk ma nkunx nitkellem bil-lingwa?

Iva, jiġi pprovdut interpretu għalik; huwa l-prosekutur li jieħu ħsieb isiblek interpretu. L-interpretu jittraduċi dak kollu li jkun meħtieġ – dokumenti, dak li jintqal mill-prosekutur u l-avukat, kif ukoll ix-xhieda tiegħek.

F'liema stadju nkun nista' nkellem avukat?

Jekk ma titkellimx bil-lingwa tal-post huwa rrakkomandat li jkollok avukat peress li jista' jkun li ma tkunx familjari mas-sitwazzjoni u l-liġijiet lokali. Huwa rakkomandat li avukat barrani li jipparteċipa fil-proċeduri jkun akkumpanjat minn avukat lokali. Tista' tagħżel avukat jew tista' titlob lill-prosekutur biex jipprovdilek avukat tal-għajnuna legali.

L-interpretu jkun disponibbli mill-iktar fis possibbli peress li l-preżenza tiegħu/tagħha tkun meħtieġa biex tingħatalek spjegazzjoni ta' x'inhi s-sitwazzjoni, biex tiġi interrogat, etc.

Nintalab nagħti informazzjoni? Għandi nagħti informazzjoni?

Għandek id-dritt li tagħti informazzjoni imma dan mhux obbligu. Għandek id-dritt li tibqa' sieket u dan ma jistax jintuża kontrik u jiġi interpretat bħala nuqqas ta' koperazzjoni.

X'jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tista' tintuża kontrija fil-każ?

Ix-xhieda tiegħek tiġi kkunsidrata mal-provi l-oħra fil-każ. M'għandekx għalfejn tinkrimina lilek innifsek. Għandek id-dritt li tiddikjara dak li tħoss li huwa meħtieġ. Għandek id-dritt li tagħżel li ma tixhidx.

Nista' nikkuntattja membru tal-familja tiegħi jew ħabib?

Jekk qed tinżamm taħt arrest għandek id-dritt li titlob lill-prosekutur biex jinforma lill-eqreb membri tal-familja tiegħek, lil qraba oħtajn, lill-post tax-xogħol jew l-istabbiliment edukattiv tiegħek etc.

Nista' nara tabib jekk inkun neħtieġ wieħed?

Iva – il-prosekuzzjoni titwettaq b'rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Jekk jien minn pajji¿ ieħor nista' nikkuntattja lilll-Ambaxxata tiegħi?

Għandek id-dritt li titlob li l-ambaxxata/l-konsulat tiegħek ikunu infurmati.

Jien minn pajji¿ ieħor. Jeħtieġ li nkun preżenti waqt l-invetigazzjoni?

Inti trid tkun preżenti fl-istadju tal-prosekuzzjoni. Il-prosekutur jiddeċiedi jekk ikunx possibbli li tipparteċipa fil-proċess permezz ta' konnessjoni bil-vidjo jew ta' faċilitajiet ta' konferenza bit-telefown.

Nista' nintbagħat lura f'pajjiżi?

Dan mhux mitlub mil-liġi imma hemm imposta piena addizzjonali - it-tkeċċija mir-Repubblika tal-Latvja. Din il-miżura tista' tiġi applikata biss fuq il-bażi ta' sentenza tal-qorti.

Ninżamm taħt arrest preventiv jew niġi rilaxxat?

Il-maġistrat fil-qorti istruttorja jieħu deċiżjoni dwar iż-żamma tiegħek taħt arrest. Tista' tinżamm taħt arrest jekk huwa possibbli li tingħata sentenza ta' kustodja għad-delitt li tkun wettaqt jew jekk ma jkun hemm l-ebda miżura ta' sigurtà oħra li permezz tagħha jista' jiġi żgurat li mhux se taħrab mill-investigazzjoni/il-proċeduri fil-qorti/l-eżekuzzjoni tas-sentenza; m'intix se tostakola l-investigazzjoni; m'intix se twettaq delitt ieħor.

Il-maġistrat fil-qorti istruttorja jisimgħek qabel ma jiddeċiedi dwar iż-żamma tiegħek taħt arrest. Għandek id-dritt li tressaq dokumenti li jindikaw li ż-żamma tiegħek ma tkunx raġonevoli. Il-preżenza ta' avukat u interpretu hija dejjem assigurata.

Nista' noħroġ mill-pajjiż waqt l-investigazzjoni?

Tista' toħroġ mill-pajjiż bil-permess tal-prosekutur (ġeneralment bil-miktub).

Nintalab nagħti l-marki tas-swaba', kampjuni tad-DNA tiegħi (pereżempju xagħar, bżieq) jew fluwidi oħra tal-ġisem?

Agħfas fuq il-link għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Tista' ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi?

Agħfas fuq il-link għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Tista' ssir perkwiżizzjoni tad-dar, tan-negozju, tal-karozza etc tiegħi?

Agħfas fuq il-link għal informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħekIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida.

Nista' nappella?

Għandek id-dritt li tressaq appell quddiem il-President tal-Qorti minn deċiżjoni tal-maġistrat fil-qorti istruttorja. Għandek id-dritt li tappella kontra l-azzjonijiet tal-prosekutur u tal-prosekutur anzjan.

Għandek tressaq l-ilmenti tiegħek dwar id-deċiżjonijiet tal-prosekutur/il-maġistrat fil-qorti istruttorja fi żmien 10 ijiem. L-ilmenti fir-rigward ta' azzjonijiet tal-prosekutur jistgħu jitressqu tul il-proċess investigattiv kollu.

Tista' tressaq l-ilment b'lingwa li taf. L-ilment irid jiġi trattat fi żmien 10 ijiem minn meta jiġi riċevut. Jekk l-ilment ma jkunx miktub bil-lingwa uffiċjali, l-iskadenza tibda tiddekorri mid-data li fiha ssir disponibbli t-traduzzjoni; inti tiġi infurmat dwar dan.

Nista' nammetti l-ħtija tiegħi fil-kapi ta' akkuża kollha jew f'uħud minnhom qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Għandek id-dritt li tammetti l-ħtija waqt l-investigazzjoni/il-prosekuzzjoni għall-kapi kollha ta' akkuża, għal uħud minnhom jew għal wieħed minnhom.

Jekk twieġeb li inti ħati dan jitqies ċirkostanza li tnaqqas il-piena li tista' twassal għal piena inqas ħarxa. Jekk twieġeb li int ħati u tikkoopera mal-investigazzjoni/mal-prosekuzzjoni, dan jista' jgħin biex jiġu stabbiliti miżuri ta' sigurta inqas stretti/il-ħelsien mill-arrest.

Jekk twieġeb li inti ħati, il-proċeduri kriminali jistgħu jintemmu. Ir-riżultati possibbli huma:-

  • libertà kkundizzjonata fir-rigward tar-responsabbilità kriminali;
  • ordni tal-prosekutur għall-piena applikabbli;
  • ftehim mal-prosekutur dwar id-dikjarazzjoni ta' ħtija tiegħek u l-piena applikabbli li wara jingħata valur legali mill-qorti, etc.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kapi ta' akkuża kontrik jistgħu jinbidlu jekk il-prosekutur ikun kiseb iktar provi. Il-kapi ta' akkuża kontra tiegħek jistgħu jinbidlu jekk il-prosekutur jirrikonoxxi li jkun intwera li m'humiex korretti - f'dal-każ il-prosekutur iwaqqaf il-prosekuzzjoni fir-rigward ta' dik il-parti. Inti tiġi ppreżentat bil-kapi ta' akkuża l-ġodda. Inti tiġi ppreżentat bil-kapi ta' akkuża l-ġodda.

Nista' niġi akku¿at b'reat li nkun diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Jistgħu jinġiebu akkużi kontra tiegħek imma ma tistax titressaq u tinstab ħati jekk diġà tkun ġejt ipproċessat jew illiberat għall-istess reat fi Stat ieħor.

Tingħatali informazzjoni dwar ix-xhieda kontra tiegħi?

Inti tirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda li jkunu xehdu kontrik. Il-prosekutur jagħtik il-fajl tal-każ bid-dikjarazzjonijiet tax-xhieda wara li titlesta l-investigazzjoni u qabel ma l-każ jintbagħat quddiem il-qorti.

Tingħatali informazzjoni dwar xi provi oħra kontra tiegħi?

Inti tirċievi l-fajl tal-każ li jkun fih il-provi kollha li l-prosekutur ikun se jġib kontrik fil-qorti. Il-prosekutur jagħtik kopji tal-fajl tal-każ.

Diġà ġejt ikkundannat għal dan id-delitt fi Stat Membru ieħor. X'jiġri?

Fil-Latvja ma tistax tiġi mixli u mressaq il-qorti għall-istess reat. Ir-regola tan-ne bis in idem tapplika għall-Istati Membri tal-UE.

Tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva, tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħek.

Uħud mill-azzjonijiet proċedurali (3)

Nintalab nagħti l-marki tas-swaba', kampjuni tad-DNA tiegħi (pere¿empju xagħar, bżieq) jew fluwidi oħra tal-ġisem?

Tista' tintalab tagħti l-marki tas-swaba' u kampjuni tad-DNA tiegħek. Tista' tintalab tagħti kampjuni ta' fluwidi oħra tal-ġisem u dawn jistgħu jittieħdu jekk ikunu meħtieġa għall-investigazzjoni ta' reat partikolari.

Għandek id-dritt li tiffamiljarizza ruħek mad-deċiżjoni li jsirlek eżami minn espert qabel ma din titbagħat biex tiġi eżegwita, sakemm l-eżami jkun jikkonċernak. Għandek id-dritt li tistaqsi xi mistoqsijiet dwar l-eżami mill-espert qabel ma jsir l-eżami.

Għandek l-obbligu li tkun disponibbli għall-eżami tal-espert. Għandek l-obbligu li tagħti kampjuni għal eżami komparattiv jew li tippermetti li jittieħdu l-kampjuni.

Jekk tagħti kampjuni għall-eżami komparattiv volontarjament, dan jiġi nnutat. Għandek id-dritt li tiġi infurmat dwar l-informazzjoni li tiġi rreġistrata u tista' titlob biex jiżdied dak kollu li tqis meħtieġ qabel ma tiffirma l-verbal. Jekk ma tħallix li jitteħdulek kampjuni għall-eżami komparattiv, dawn jittieħdu bil-forza fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-maġistrat fil-qorti istruttorja.

Tista' ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħi?

Tista' ssir perkwiżizzjoni viżiva ta' ġismek jekk fuqu jkun hemm traċċi ta' attività kriminali, kwalunkwe marki jew karatteristiċi speċifiċi, etc. L-eżami viżiv ta' ġismek jista' jsir biss minn persuna tal-istess sess tiegħek / minn speċjalista fil-kamp mediku. Jitħejja verbal bil-miktub tal-eżami viżiv u għandek id-dritt li tkun taf b'dan u li tikkummenta dwaru.

Tista' ssir perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek jekk fi ħwejġek, fl-oġġetti personali tiegħek, fuq ġismek jew fl-ispazji miftuħa tiegħu jekk ikun hemm moħbija xi oġġetti jew dokumenti sinifikanti għall-investigazzjoni. Il-perkwiżizzjoni tista' ssir biss minn persuna tal-istess sess tiegħek fil-preżenza ta' professjonist fil-qasam mediku. Mhux meħtieġ li tittieħed deċiżjoni biex issirlek perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek jekk tkun taħt arrest. Mhux meħtieġ li tittieħed deċiżjoni biex issirlek perkwiżizzjoni fuq il-persuna tiegħek jekk titwettaq waqt perkwiżizzjoni ta' kamra jew żona u inti tkun preżenti f'dak il-mument.

Tista' ssir perkwiżizzjoni tad-dar, tan-negozju, tal-karozza etc tiegħi?

Tista' ssir perkwiżizzjoni tad-dar, tan-negozju, tal-karozza etc. tiegħek. Il-maġistrat fil-qorti istruttorja jew il-qorti istruttorja jieħdu d-deċiżjoni dwar il-perkwiżizzjoni, imma f'każijiet urġenti d-deċiżjoni tal-investigatur li tkun approvata mill-prosekutur hija biżżejjed.

Inti jew membru adult tal-familja tiegħek għandkom id-dritt li tkunu preżenti waqt il-perkwiżizzjoni jekk din issir fir-residenza uffiċjali/fil-post tax-xogħol tiegħek; ħlief jekk tkun taħt arrest. Jekk inti jew membru adult tal-familja tiegħek ma tistgħux tkunu preżenti waqt il-perkwiżizzjoni, irid jiġi mistieden jattendi rappreżentat tal-muniċipju lokali, maniġer/ gvernatur tal-post/ bini.

Għandek id-dritt li tiġi infurmat dwar id-deċiżjoni fir-rigward tal-perkwiżizzjoni qabel ma din isseħħ, u l-investigatur għandu d-dmir li jgħaddilek id-deċiżjoni. L-oġġetti kollha misjuba u maqbuda waqt il-perkwiżizzjoni jridu jiġu murija lilek, irreġistrati u ppakkjati u ssiġillati jekk dan ikun xieraq.

Għandek id-dritt li titlob li l-post fejn tkun saret il-perkwiżizzjoni jerġa' jiġi rranġat fl-istat li kien fih qabel, jekk dan ikun possibbli fil-prattika. Għandek id-dritt li tiġi infurmat dwar ir-reġistri tal-perkwiżizzjoni, xi kummenti espressi u t-talba li dawn jiddaħħlu fir-reġistru. Għandek id-dritt li jkollok avukat u interpretu waqt il-perkwiżizzjoni.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċeduri kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-awtoritajiet tal-Pulizija tal-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar ir-reġistru tal-penali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċeduri ta' żamma taħt arrest

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċeduri ta' kustodja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar l-Assoċjazzjoni tal-Avukati


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2012

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Fejn isir il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-kawża tinstema' mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti distrettwali/tal-belt jew, fil-każ ta' delitt serju, mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti reġjonali. Ġeneralment il-lokalità tittependi mill-post fejn ikun twettaq id-delitt. Tingħata avviż bil-miktub.

Il-każ jinstema' f'qorti miftuħa għall-pubbliku, b'xi eċċezzjonijiet (reati sesswali; il-ħtieġa li jiġi protett sigriet statali, etc.).

Fil-Qorti tal-Prim'Istanza l-każ jiġi eżaminat minn imħallef wieħed imma l-Prim'Imħallef jista' jitlob li l-każ jiġi eżaminat minn kulleġġ ta' tliet imħallfin professjonisti. L-imħallef/ il-kulleġġ ta' mħallfin jiddeċiedu fuq il-każ.

Il-kapi ta' akkuża jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

L-avukat ġenerali jista' jibdel il-kapi ta' akkuża waqt il-proċess b'oħrajn iktar/inqas serji.

Jekk l-avukat ġenerali jibdel il-kapi ta' akkuża għal oħrajn inqas serji, imma l-provi fattwali jibqgħu l-istess, il-kapi ta' akkuża l-ġodda jiddaħħlu fil-verbal tas-seduti tal-qorti.

Jekk il-kapi ta' akkuża jinbidlu għal oħrajn inqas serji filwaqt li l-provi fattwali jinbidlu, jew għal oħrajn iktar serji imma l-provi fattwali ma jinbidlux, il-kapi ta' akkuża l-ġodda għandhom jiddaħħlu fil-verbal tas-seduti tal-qorti. Tista' titlob li jinħarġu bil-miktub.

Jekk l-avukat ġenerali jibdel il-kapi ta' akkuża b'oħrajn iktar serji minħabba li jkunu ġew skoperti provi fattwali ġodda fir-rigward tad-delitt, il-qorti tista' tiddikjara li se tirtira u l-prosekutur għandu jippreżenta kapi ta' akkuża ġodda quddiem il-qorti fi żmien xahar.

L-informazzjoni dwar il-kapi ta' akkuża ġodda tintbagħat lilek, lill-avukat tiegħek, lill-vittma u lir-rappreżentant tal-vittma u tiġi indikata d-data tal-proċess.

X'jiġri jekk inwieġeb li jien ħati għal xi kapi ta' akkuża jew għall-kapi kollha ta' akkuża?

Jekk l-imputat iwieġeb li hu ħati dan jista' jfisser li tingħatalu piena inqas ħarxa. Dan japplika wkoll fil-każ li l-ammissjoni tal-ħtija tiddaħħal bħala parti mill-kapi ta' akkuża.

Jekk twieġeb li inti ħati tal-kapi kollha ta' akkuża l-każ jista' jiġi pproċessat mingħajr ma jiġu vverifikati l-provi u billi jiġu indirizzati biss il-provi li jirrigwardawk personalment, u l-kumpens taħt forma ta' danni. F'dan il-każ il-possibilitajiet ta' appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti jkunu limitati.

Irrid inkun preżenti waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Trid tkun preżenti fis-seduti tal-qorti f'kull mument sakemm tingħata s-sentenza. Tista' titlob li l-każ jinstema' fl-assenza tiegħek iżda f'dan il-każ jeħtieġ li jkun preżenti r-rappreżentant tiegħek.

Jekk tkun tinsab f'pajjiż ieħor/il-lok fejn tinsab ma jkunx magħruf/il-preżenza tiegħek fil-qorti mhix possibbli, il-każ jista' jinstema' in absentia. (jiġifieri mingħajrek)

M'għandekx id-dritt li tipparteċipa fil-proċess permezz ta' konnessjoni bil-vidjo minn Stat Membru ieħor.

Ikolli interpretu waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-qorti tipprovdilek interpretu.

Ikolli avukat waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Inti trid tiddeċiedi jekk għandekx bżonn avukat. Huwa obbligatorju li jkollok avukat fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

  • jekk inti minuri/għandek xi restrizzjonijiet legali/għandek xi diffikultajiet biex titgħallem;
  • jekk tittieħed deċiżjoni fir-rigward ta' miżuri ta' koerċizzjoni ta' natura medika;
  • jekk m'intix kapaċi teżerċita d-drittijiet proċedurali tiegħek minħabba inkapaċità fiżika/mentali;
  • jekk inti illetterat/irċevejt livell baxx ta' edukazzjoni li ma jippermettilekx li teżerċita d-drittijiet proċedurali tiegħek;
  • jekk inbdew negozjati mal-prosekuzzjoni biex jintlaħaq ftehim;
  • jekk il-kawża qed tinsema' fl-assenza tiegħek.

F'każijiet bħal dawn jinħatarlek avukat u inti tista' taċċettah jew tirrifjutah ħlief meta jiġu applikati miżuri ġegħiela ta' natura medika. Għandek id-dritt li titlob avukat differenti.

Nista' nitkellem waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Għandek id-dritt li tixhed u tesprimi l-opinjoni tiegħek fil-qorti. M'intix obbligat li tixhed - dan ma jistax jitqies bħala nuqqas ta' koperazzjoni mal-qorti. Għandek id-dritt li tixhed permezz ta' affidavit bil-miktub; Imbagħad il-qorti taqra x-xhieda tiegħek. M'intix obbligat li tinkrimina lilek innifsek; il-prosekutur għandu l-obbligu li jipprova l-ħtija tiegħek.

M'intix obbligat li tgħid il-verità; Ma tistax tinbeda kawża oħra kontrik minħabba li deliberatament tixhed il-falż/ tirrifjuta li tixhed. L-imġiba tiegħek tista' titqies meta tingħata s-sentenza imma ma tistax tiqies bħala ċirkostanza aggravanti.

X'inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi kontrija?

Tista' tippreżenta provi ġodda waqt il-proċeduri fil-qorti biex issaħħaħ l-alibi tiegħek, teżonera ruħek mir-responsabilità kriminali/tnaqqas il-ħtija u tirribatti l-provi tal-prosekuzzjoni.

Għandek id-dritt li tistaqsi xi mistoqsijiet lix-xhieda u lill-vittma, għandek id-dritt li ssejjaħ xhieda inklużi dawk li ma jkunux ġew eżaminati qabel; li tippreżenta dokument, provi fiżiċi/ elettroniċi; li titlob lill-qorti biex titlob il-preżentata ta' oġġetti/dokumenti.

Għandek id-dritt li tippreżenta provi tul il-proċess kollu tal-proċeduri fil-qorti - sal-mument meta l-qorti tiddikjara li ntemmet l-investigazzjoni tal-qorti.

Għandek id-drtt li tuża s-servizzi ta' investigatur privat. Il-qorti tevalwa l-provi kollha komplessivament meta tiddeċiedi dwar il-każ.

Il-qorti tiddeċiedi dwar jekk issejjaħx lix-xhieda tiegħek wara li tikseb l-opinjoni tal-partijiet l-oħra fil-proċeduri. Jekk it-talba tiegħek tinċaħad, tista' tibqa' terġa' tressaqha ripetutament.

Inti u l-avukat tiegħek għandkom id-dritt li tistaqsu mistoqsijiet lix-xhieda kollha fil-każ. Il-provi tagħhom jiġu analizzati fid-difiża li tippreżentaw inti/l-avukat tiegħek.

Titqies l-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

L-informazzjoni dwar il-kundanni mhux skontati titqies. Il-kundanni li jkunu tneħħew mill-kondotta minħabba l-preskrizzjoni jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni tal-personalità tiegħek. Dawn il-kundanni jitqiesu meta tkun qed tittieħed id-deċiżjoni dwar il-piena, inkluż il-ħabs.

L-informazzoni dwar il-kondotta tiegħek tintalab waqt l-istadji tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainvestigazzjoni u tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprosekuzzjoni; din l-informazzjoni tista' tiġi ppreżentata waqt il-proċeduri fil-qorti. Il-qorti tqis il-kondotta tiegħek meta tagħti s-sentenza.

Il-liġi tippermetti li jkun hemm kuntatt bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor u li tintalab informazzjoni dwar il-kundanni preċedenti tiegħek f'dak l-Istat.

X'jiġri fl-aħħar tal-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-qorti tiddeċiedi jekk issibekx ħati jew jekk tilliberakx, jew tagħti deċiżjoni li permezz tagħha jintemmu l-proċeduri kriminali jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jissuġġerixxu li l-proċess m'għandux ikompli. Dan jiġri jekk ma jkunx hemm biżżejjed provi li jiġġustifikaw il-kapi ta' akkuża, jew jekk il-prosekutur pubbliku jwaqqa' l-akkużi.

Is-sentenzi possibbli:

  • sentenza ta' ħabs (minn 3 xhur sa 15-il sena, u għal reati serji, sa massimu ta' 20 sena/għomor il-ħabs);
  • servizz lill-komunità (minn 40 sa 280 siegħa);
  • multa (minn 3 sa 200 darba l-paga minima ta' kull xahar);
  • qbid ta' proprjetà (il-proprjetà tinqabad mingħajr kumpens u tinżamm mill-Istat);
  • estradizzjoni mil-Latvja (piena supplimentari: projbizzjoni mid-dħul mill-ġdid għal bejn 3 snin u 10 snin);
  • limitazzjoni tad-drittijiet (piena supplimentari; projbizzjoni milli tipprattika xi tipi ta' attività kummerċjali jew kwalunkwe attività kummerċjali; ċerti attivitajiet professjonali/tipi oħrajn ta' attivitajiet; milli taċċetta ċerti karigi; milli tikseb xi permessi/liċenzji bil-liġi; minn sena sa 5 snin);
  • probation (minn sena sa 3 snin).

X'inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jiġi rikonoxxut li persuna hija vittma permezz ta' deċiżjoni tal-investigatur/prosekutur fuq talba tal-persuna stess bil-miktub. Il-qorti tista' tirrikonoxxi li persuna hija vittma sa meta jibda l-proċess tal-investigazzjoni tal-qorti.

Il-vittma tista' tippreżenta rikors għad- danni; tista' tippreżenta provi; tinfluwenza l-iżvilupp tal-każ (konċiljazzjoni mal-imputat, tagħti l-kunsens għal ftehim tal-prosekutur fir-rigward tas-sentenza, etc.).

Il-vittma tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar is-sentenza u d-danni mitluba waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Il-vittma tista' tappella kontra sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza u sentenza tal-Qorti tal-Appell.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLil-liġi dwar il-proċeduri kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar ir-reġistru tal-pieni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċeduri ta' żamma taħt arrest

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar l-attivitajiet tal-investigaturi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati Latvjani


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2012

4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Nista' nappella?

Għandek id-dritt li tappella kontra Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza billi tippreżenta rikors tal-appell fi żmien 10 ijiem mid-data ta' meta tingħata s-sentenza. Il-qorti tista' testendi din l-iskadenza sa 20 jum.

Ir-rikors tal-appell għandu jkun indirizzat lil qorti f'livell wieħed ogħla (il-Kulleġġ tal-Kawżi Kriminali fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti reġjonali/il-Kamra tal-Kawżi Kriminali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema) imma għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li tkun tat is-sentenza.

Mhux possibbli li tappella separatament kontra deċiżjonijiet bil-miktub/orali mittieħda waqt il-proċess. Tista' tappella kontriehom biss flimkien ma' appell mis-sentenza tal-qorti.

Jista' jsir rikors tal-appell jekk inti tqis li s-sentenza tal-qorti kienet ħażina - pereżempju, li s-sentenza kienet ħarxa wisq/saret interpretazzjoni legali mhux xierqa tal-imġiba tiegħek (l-applikazzjoni ta' artikolu mhux xieraq/ta' parti minn artikolu tal-Liġi Kriminali) etc.

X'jiġri jekk nappella?

Jekk tappella l-eżekuzzjoni tas-sentenza tiġi sospiża. Jekk tkun il-ħabs waqt l-appell il-perjodu ta' 10 ijiem/20 jum għall-appell jibda jiddekorri mill-jum li fih tiġi nnotifikat bis-sentenza b'lingwa li tifhem.

Jekk ikollok problemi ta' saħħa/ċirkostanzi relatati mal-familja li minħabba fihom tkun teħtieġ li tinħeles mill-arrest, tista' titlob li ssir reviżjoni tar-raġunijiet li għalihom tkun il-ħabs. Il-qorti mhux obbligata li tapprova talba bħal din.

Il-qorti tinfurmak bid-data li fiha jkun se jibda jinstema' l-appell. M'hemmx skadenza għall-bidu tal-appell imma l-qrati josservaw il-prassi li l-kawżi għandhom jiġu riveduti fi żmien raġonevoli.

Għandek id-dritt li tippreżenta provi ġodda fir-rikors tal-appell, billi tispjega għalfejn huwa meħtieġ li jiġu eżaminati u tiddikjara għalfejn ma ppreżentajtx dawn il-provi quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza. Għandek id-dritt li titlob lill-Qorti tal-Appell biex teżamina l-provi jekk temmen li huma importanti biex issaħħaħ ir-rikors tal-appell.

X'jiġri fl-appell?

Il-partijiet li ġejjin jiġu mistiedna jipparteċipaw fis-smigħ tal-appell: il-prosekutur, il-persuni kollha li kkontestaw is-sentenza, l-avukati difensuri/rappreżentanti. L-appell tiegħek jiġi trattat minn grupp ta' tliet imħallfin professjonisti.

Waqt is-smigħ issir reviżjoni tat-talba tiegħek biss meta l-qorti jkollha dubji dwar il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Fl-appell il-qorti tista' tieħu waħda minn dawn id-deċiżjonijiet li ġejjin:

  • tikkonferma s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza; tirrevoka s-sentenza u tagħti sentenza ġdida;
  • tirrevokaha parzjalment u tagħti waħda ġdida fir-rigward ta' dik il-parti;
  • tirrevokaha u tagħlaq il-każ;
  • tirrevokaha kompletament/parzjalment u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza għal smigħ ġdid.

X'jiġri jekk l-appell jirnexxi/ ifalli?

Jekk it-talba tiegħek tintlaqa' u ħadd (il-prosekutur/il-vittma) ma jikkontesta s-sentenza tal-qorti fil-proċedura ta' kassazzjoni, is-sentenza/id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell issir eżekuttiva.

Jekk it-talba tiegħek tinċaħad, għandek id-dritt li tikkontensa s-sentenza/id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell fil-proċedura ta' kassazzjoni fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tal-kawżi kriminali tas-Senat tal-Qorti Suprema. Talba fil-kassazzjoni trid issir fi żmien 10 ijiem mill-jum li fih rkun saret disponibbli s-sentenza tal-Qorti tal-Appell. Il-qorti tista' testendi l-iskadenza għal 20 jum.

Jekk tiġi lliberat jew jekk il-kawża tingħalaq għal xi raġuni legali, għandek id-dritt għal kumpens.

Jekk il-talba tiegħek tintlaqa', jinżamm rekord tal-kundanna tiegħek fiċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru ta' Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-Latvja.

Jeżistu rekwiżiti stretti ħafna għall-preżentata ta' talba fil-kassazzjoni – jeħtieġ li tipprovdi provi li l-Liġi Kriminali/il-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali ma jkunux ġew amministrati tajjeb.

F'ċerti każijiet ikollok id-dritt li titlob li l-proċess kriminali jinfetaħ mill-ġdid jekk jiġu skoperti ċirkostanzi ġodda wara li s-sentenza/id-deċiżjoni jkunu saru eżekuttivi. M'hemmx skadenza għal dawn it-tip ta' reviżjonijiet. .

F'ċerti kazijiet, (jekk kien hemm amministrazzjoni ħażina sinifikanti tal-Liġi Kriminali/tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali) l-avukat tiegħek ikun jista' jippreżenta rikors għal reviżjoni tas-sentenza/tad-deċiżjoni eżekuttiva anki jekk ma tkunx ippreżentajt talba fil-kassazzjoni. M'hemmx skadenza għall-preżentata tar-rikors.

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ssir eżekuttiva u finali meta ma tiġix ikkontestata permezz ta' proċedura ta' appell/kassazzjoni). Is-sentenza/id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell isiru eżekuttivi u finali meta ma jiġux ikkontestati permezz tal-proċedura tal-kassazzjoni. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Kassazzjoni ssir eżekuttiva u finali fil-jum meta ssir ir-reviżjoni tal-kawża.

Jien minn Stat Membru ieħor. Nista' nintbagħat lura fl-Istat Membru tiegħi wara l-proċess?

Jekk ingħatatlek sentenza ta' ħabs inti tista' tintbagħat lura lejn pajjiżek wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali jekk l-awtorità kompetenti ta' pajjiżek titlob l-estradizzjoni tiegħek u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Latvja jaqbel mat-talba, jew viċe versa – ikun talab lil pajjiżek biex jieħdok lura biex tiskonta s-sentenza hemm. It-trasferiment tiegħek mhux awtomatiku.

Il-kundizzjonijiet tat-trasferiment huma kif ġej:

  • trid tkun ċittadin tal-pajjiż fejn se tiġi skontata s-sentenza;
  • is-sentenza tal-qorti trid tkun eżekuttiva;
  • irid ikun baqa' mill-inqas 6 xhur mis-sentenza tiegħek;
  • ir-reat irid ikun reat ukoll f'pajjiżek;
  • tkun esprimejt ix-xewqa li tiskonta s-sentenza f'pajjiżek/tkun taqbel mat-trasferiment.

L-amministrazzjoni tal-ħabs tinfurmak dwar id-dritt tiegħek li titlob trasferiment fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi nnotifikat bl-ordni għall-eżekuzzjoni tas-sentenza. Tkun trid terġa' tippreżenta t-talba tiegħek bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Latvja.

Jekk ma tridx tiskonta s-sentenza f'pajjiżek/ma taqbilx ma' talba bħal din mill-awtoritajiet ta' pajjiżek, għandek tippreżenta r-rifjut tiegħek bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Latvja. It-talba għal trasferiment trid tiġi riveduta fi żmien 10 ijiem.

Informazzjoni dwar il-kapi ta' akkuża/il-kundanni

L-informazzjoni dwar il-kundanni tiegħek tinżamm mingħajr il-kunsens tiegħek f'bażi tad-dejta attiva tar-Reġistru taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru ta' Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-Latvja sakemm il-kundanna tiskadi/tiġi annullata. Jekk tkun ingħatajt piena amministrattiva, l-informazzjoni dwarha tinżamm għal sena wara li tkun ġiet innotifikata u wara titpoġġa fl-arkivji tar-Reġistru. Dan ma jistax jiġi kkontestat.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċedura kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati tal-Latvja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar ir-reġistru tal-pieni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-kumpens għal danni kkawżati minn min ikun inkarigat mill-proċeduri


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2012

5 – Reati tat-traffiku fit-triq


Kif jiġu trattati r-reati tat-traffiku fit-triq?

Jekk tkun qbiżt il-limitu tal-veloċità (50 km/h fil-bliet u 90 km/h barra mill-bliet) b'iktar minn 20 km/h l-uffiċjal tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapulizija jista' jtik twissija/multa ta' 5 LVL.

Jekk taqbeż il-limitu tal-veloċità b'bejn 21 u 30 km/h l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 20 LVL.

L-ammont tal-multa jiżdied iktar ma taqbeż il-limitu tal-veloċità u jista' jiżdied sa 300 LVL u jkun jinkludi t-teħid tal-liċenzja tas-sewqan għal minn 3 sa 6 xhur.

Jekk tkun ipparkjajt fejn mhux suppost, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik multa ta' 20 LVL.

Jekk ma jkollokx fuqek liċenzja tas-sewqan, dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-karozza jew ċertifikat tal-VRT etc. meta tkun qed issuq, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 2 LVL.

Jekk issuq bil-fanali mitfijin matul il-ġurnata, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 5 LVL. Fil-każ tal-istess ksur imma fid-dlam/f'kundizzjonijiet ta' viżibilità ħażina, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik multa ta' 30 LVL.

Jekk waqt is-sewqan int jew passiġġier tiegħek ma tkunux lebsin iċ-ċinturin tas-sikurezza, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 20 LVL.

L-uffiċjal tal-pulizija jħejji rapport dwar il-ksur u jista' jiddeċiedi dwar il-penali dak il-ħin stess. Tista' tappella mill-penali quddiem awtorità ogħla fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni li tittieħed tista' terġa' tiġi appellata quddiem il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti distrettwali amministrattiva. It-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien xahar.

Il-pulizija muniċipali tittratta l-ksur tal-obbligi tal-persuni li jkunu mixjin fit-triq. Tista' tingħata multa ta' 5 sa 20 LVL. Tista' tikkontesta d-deċiżjoni fil-qorti distrettwali amministrattiva fi żmien xahar.

Jekk tkun soqt taħt l-influwenza tal-alkoħol b'livell ta' konċentrazzjoni ta' alkoħol ta' bejn 0.2 u 0.5% u kellek il-liċenzja tas-sewqan għal inqas minn sentejn l-uffiċjal tal-pulizija/l-imħallef distrettwali jew tal-belt jimponulek multa ta' minn 100 sa 200 LVL, li tinkludi wkoll it-teħid tal-liċenzja tas-sewqan tiegħek għal 3 xhur. Tista' tikkontesta din id-deċiżjoni fi żmien xahar quddiem awtorità ogħla u wara –  quddiem il-qorti distrettwali amministrattiva (fil-każ ta' multa mogħtija minn uffiċjal tal-pulizija) / Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti reġjonali (fil-każ ta' multa mogħtija minn imħallef).

Dawn ir-reati jidhru fuq il-kondotta tiegħi?

Il-pieni amministrattivi jidhru fuq il-kondotta tiegħek. L-informazzjoni dwar dawk il-pieni tiddaħħal mingħajr il-kunsens tiegħek f'bażi tad-dejta attiva tar-Reġistru taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru ta' Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-Latvja għal sena mid-data meta jkunu ġew skontati, imma wara din l-informazzjoni titpoġġa fil-bażi tad-dejta tal-arkivju tar-Reġistru.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tat-Traffiku fit-Triq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tar-Reati Amministrattivi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-proċeduri amministrattivi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi tal-Pulizija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar ir-reġistru tal-kondotti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Pulizija tal-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorat għas-Sikurezza tat-Traffiku fit-Toroq


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2012

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Lussemburgu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw dak li jseħħ meta xi ħadd ikun issuspettat jew akkużat bi ksur u li jiġi pproċessat f'kawża quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar kontravenzjonijiet minuri bħall-ksur tal-kodiċi tat-traffiku, li normalment jiġu ppenalizzati b'piena fissa bħal multa, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-iskeda informattiva 5.

Jekk inti vittma ta' reat, issib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċedura kriminali

Hawn taħt issib il-punti prinċipali tal-istadji normali ta' proċedura kriminali

  • il-proċess jibda b'denunzja ta' ksur, bi kwerela mill-vittma jew b'rapport tal-pulizija dwar reat jew delitt
  • il-Prosekutur tal-Istat jordna inkjesta preliminari
  • il-pulizija tinterroga lill-persuni ssuspettati u tista' żżommhom taħt arrest sa massimu ta' 24 siegħa
  • jekk il-Prosekutur tal-Istat jaħtar imħallef inkwirenti, ikun hu li jieħu ħsieb l-akkuża, jiġifieri jkun hu li jressaq l-akkuża uffiċjali kontrik li tkun wettaqt ksur u wara jinterrogak
  • l-imħallef jista' jitlob lill-pulizija tarrestak u tpoġġik il-ħabs : inti jkollok id-dritt li titlob għal-libertà proviżorja mis-sigrieta tal-qorti distrettwali
  • l-imħallef inkwerenti joħroġ il-mandat għall-akkuża jew għall-ħelsien
  • malli jlesti, l-imħallef inkwerenti jerġa' jgħaddi l-każ għand il-Prosekutur li jew jipproponi l-ħelsien (tmiem il-każ, bla segwitu) jew jibagħtek quddiem qorti biex tiġi ġġudikat. Għandek dritt tressaq rikors kontra r-rinviju
  • tidher għal seduta tal-qorti kriminali
  • tingħata sentenza li teħilsek jew tikkundannak
  • għandek id-dritt tressaq appell u terġa' tiġi ġġudikat mill-Qorti tal-Appell

Fin-noti informattivi ssib dettalji dwar l-istadji kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma tiħux post il-parir ta' avukat u għandha sservi biss biex tiffamiljarizza ruħek mas-sistema.

L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea

Importanti tkun taf illi l-Kummissjoni Ewropea m'għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tkun ta' assistenza jekk tkun trid tressaq ilment. Dawn l-iskedi informattivi juru kif inti tista’ tressaq ilment u fejn tressqu.

Ikklikkja fuq il-links t'hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ.

1 - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParir ta' avukat

2 - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta

  • interrogazzjoni/inkjesta preliminari tal-pulizija
  • Arrest (li jinkludi mandat ta' arrest Ewropew)
  • Interrogazzjoni mill-maġistrat inkwerenti u ż-żamma taħt arrest
  • Smigħ in camera sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rilaxx
  • Tmexxija tal-kawża mill-Prosekutur tal-Istat/maġistrat inkwerenti u d-drittijiet tad-difiża
  • Il-proċedura sabiex tingħalaq l-inkjesta u terġa' tintbagħat quddiem il-qorti

3. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-drittijiet tiegħi waqt il-proċess

4. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-drittijiet tiegħi wara l-proċess

5. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKsur tal-kodiċi tat-traffiku u ksur minuri iehor


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2016

1- Parir ta' avukat

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Huwa importanti ħafna li meta tkun b'xi mod jew ieħor implikat fi proċess kriminali tieħu l-parir indipendenti ta' avukat. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek meta u f'liema ċirkustanzi inti jkollok dritt li tiġi rappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll kif l-avukat għandu jassistik. Din l-iskeda informattiva ġenerali ser turik kif għandek issib avukat u kif l-ispejjeż tiegħu jiġu koperti anke meta inti ma tkunx tiflaħ tħallas.


Kif issib avukat

Għandek id-dritt assolut li tkun assistit minn avukat f’kull kwistjoni. Tista' tagħżel avukat inti u tista' wkoll tikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Lussemburgu biex takkwista l-lista tal-avukati sabiex tagħżel wieħed li tixtieq.

F'każ li ma tagħżilx avukat jew f'każ illi l-President tal-Kamra tal-Avukati jqis l-għażla tiegħek bħala inadegwata, ikun il-President illi jagħżlu. L-avukat huwa marbut, ħlief f'każ ta' xi impediment jew kunflitt ta' interess, li jieħu f'idejh il-każ li jkun ġie assenjat.

Jekk inti tkun tinsab arrestat, tista' titlob lill-maġistrat inkwerenti, fil-bidu tal-proċedura, sabiex tkun assistit minn avukat ipprovdut mill-qorti jew minn avukat tal-għażla tiegħek.

Kif tħallas lill-avukat

Il-ħlas tal-avukat mhuwiex obbligatorju. Jekk inti m'għandekx minn fejn tħallas avukat, tista' titlob għajnuna legali mis-servizz tal-assistenza, kif ukoll informazzjoni ġuridika mill-qrati.

Jeżisti servizz ta’ assistenza u informazzjoni ġuridika fil-Belt tal-Lussemburgu, f'Diekirch u f'Esch-sur-Alzette:

  • Il-Belt tal-Lussemburgu: Cité Judiciaire, Bâtiment CR, L-2080, Luxembourg, Tél : 22 18 46
  • Diekirch: bei der Aler Kiirch, B. P. 66 L-9201 Diekirch, Tél: 80 23 15
  • Esch-sur-Alzette: place de la Résistance, L-4002 Esch/Alzette, Tél: 54 15 52

Titqies bħala persuna li m'għandhiex riżorsi biżżejjed jekk ma jkollokx mezzi finanzjarji ogħla mid-dħul minimu stipulat mil-liġi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja - Għajnuna legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja - Assistenza ġuridika


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2016

2 - Id-drittijiet tiegħi matul l-inkjesta u l-investigazzjoni u qabel ma tinġieb il-kawża quddiem it-tribunal/il-Qorti


X’inhuma l-istadji ta’ investigazzjoni kriminali?

L-inkjesta u l-investigazzjoni kriminali huma intiżi sabiex jinġabru l-provi relattivi għal reati kriminali mwettqa u sabiex jiġi determinat jekk persuna jew persuni ssuspettati humiex responsabbli għar-reat.

Il-Prosekutur tal-Istat jiftaħ inkjesta preliminari li tingħata lill-Pulizija, li jinterrogaw lill-awturi possibbli tar-reat, jiġbru l-provi u jniżżlu l-każ fil-procès-verbal.

Meta l-inkjesta titlesta, il-Prosekutur tal-Istat jiddeċiedi li jagħlaq l-eżami tiegħu mingħajr ma jittieħdu passi jew li jressaq lill-akkużat quddiem Qorti sabiex jiġi ġġudikat.

Meta jitwettaq reat jew f’każ ta’ delitti kumplikati, il-Prosekutur tal-Istat jaħtar imħallef inkwerenti, li jiġbor u jivverifika l-fatti u ċ-ċirkostanzi favur u kontra l-akkużat. L-imħallef jixli lil kull akkużat li jidher li huwa implikat fil-każ u jista’ jipproċedi huwa stess jew bl-intervent tal-pulizija għat-tfittxija, qbid jew proċeduri oħra relatati. Jista’ jiddeċiedi li jżomm lill-akkużati kollha fil-ħabs.

F’każ ta’ inkjesta, għall-inqas f’materja kriminali, l-imħallef jagħmel rapport lill-Prosekutur tal-Istat dwar il-proċess. Dan tal-aħħar jitlob l-għeluq tal-proċess mingħajr ma jittieħdu passi jew inkella jressaq lill-akkużat quddiem qorti sabiex jiġi ġġudikat. Il-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement) tiddeċiedi in camera jekk issegwix jew le t-talbiet tal-Prosekutur tal-Istat.

Id-drittijiet tiegħi matul l-inkjesta u l-investigazzjoni

Interrogazzjoni/inkjesta preliminari tal-pulizija (1)

X’jiġri matul l-inkjesta preliminari?

Wara kwerela ta’ vittma jew il-konstatazzjoni ta’ reat jew delitt mill-pulizija, il-Prosekutur tal-Istat imexxi l-inkjesta preliminari u jipprova jistabbilixxi min hu l-awtur tar-reat. Jista’ jgħaddi l-inkjesta lil imħallef inkwerenti sabiex jiġbor il-fatti tal-każ ghal kull reat. Ghar-reati l-aktar serji, l-imħallef inkwerenti għandu jiġi mgħarraf. Kull xhud jista’ jinstema’. Tista’ tiġi għalhekk msejjaħ mill-Prosekutur tal-Istat, il-pulizija jew l-imħallef inkwerenti sabiex tinstema’ fuq l-involviment tiegħek fil-każ.

X’jiġifieri tkun ‘akkużat’?

Id-drittijiet tiegħek matul l-inkjesta u l-investigazzjoni jibdew fil-mument fejn int tiġi kkwalifikat bħala ‘akkużat’ mill-imħallef inkwerenti, jiġifieri akkużat li tkun għamilt reat. Għaldaqstant, inti tkun preżunt innoċenti sakemm il-prova tal-ħtija tiegħek tiġi kkunsidrata u determinata minn tribunal.

Min jinfurmani dwar dak li jkun qed jiġri?

Int għandek id-dritt li tkun infurmat dwar in-natura u r-raġuni tal-akkuża, jiġifieri dwar il-fatti li qed jiġu allegati kontrik u l-bażi ġuridika. Dan id-dritt ta’ informazzjoni jservi sabiex jippermettilek tipprepara bl-aħjar mod possibbli d-difiża tiegħek. L-informazzjoni għandha tkun tinftiehem u sħiħa u għandha tkun komunikata lilek jew mill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja, jew mill-imħallef inkwerenti.

Niġi assistit minn interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Jekk inti ma titkellimx waħda mil-lingwi użati quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji (il-pulizija jew l-imħalef inkwerenti), issir talba għal interpretu. Huwa jittraduċi kull mistoqsija u kull tweġiba tiegħek.

Arrest (inkluż mandat ta’ arrest Ewropew) (2)

X’jiġri f’każ ta’ reat jew delitt in flagrante?

F’każ ta’ reat jew delitt in flagrante, jiġifieri jekk reat ikun għadu kemm seħħ, inti tista’ tiġi arrestat minnufih mill-pulizija jekk tkun issuspettat li wettaqt dak ir-reat. Tista’ tinżamm għal massimu ta’ 24 siegħa mill-pulizija. Oġġetti li jkunu ntużaw għar-reat jistgħu jiġu ssekwestrati. Jistgħu jittiħdulek il-marki tas-swaba’ kif ukoll ritratti. Jista’ jittieħed ukoll id-DNA tiegħek. Imbagħad titressaq quddiem imħallef inkwerenti.

Meta u kif ikolli aċċess għal avukat?

Fil-każ fejn int tkun miżmum minn uffiċjali tal-pulizija ġudizzjarja għal reati jew delitti gravi jew interrogat mill-imħallef inkwerenti, l-uffiċjali tal-pulizija ġudizzjarja jew l-imħallef inkwerenti huma obbligati li jgħarrfuk bid-drittijiet tiegħek li tiġi assistit minn avukat u li jħalluk tikkuntattjah sabiex jassistik. Dan it-tagħrif jingħata qabel tiġi interrogat, bil-miktub u jiġi ċċertifikat b’lingwa li tifhem.

Nista’ nikkomunika ma’ membru ta’ familti jew ma’ ħabib?

Il-pulizija għandha tinfurmak bil-miktub, u dan għandu jiġi ddokumentat, f’lingwa li tifhem, bid-dritt tiegħek li tavża lil persuna tal-għażla tiegħek u jkollok aċċess għal telefown. Din tista’ tkun membru ta’ familtek jew ħabib, ħlief jekk dan jista’ jfixkel l-inkjesta.

Nista’ nikkuntattja tabib jekk ikolli bżonn?

Meta tkun miżmum taħt arrest, tiġi infurmat u jiġi dokumentat f’lingwa li inti tifhem, bid-dritt tiegħek li tiġi eżaminat mingħajr dewmien minn tabib. Il-prosekutur tal-Istat jista’ jaħtar tabib sabiex jeżaminak, minn jeddu jew fuq talba ta’ membru ta’ familtek.

Nista’ nikkuntatja lill-ambaxxata tiegħi jekk jiena ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Inti tista’ tikkuntattja persuna tal-għażla tiegħek, mill-ambaxxata ta’ pajjiżek jekk inti trid.

Jistgħu jagħmluli strip-search?

Jekk, waqt id-detenzjoni tiegħek, inti tkun issuspettat li qed taħbi oġġetti li jistgħu juru l-verità jew oġġetti perikolużi għalik jew għal xi ħadd ieħor, tista’ tkun sottopost għal strip-search minn persuna tal-istess sess.

Jistgħu jfittxu r-residenza, l-uffiċċju, il-karozza tiegħi, eċċ.?

Fl-istadju ta’ inkjesta preliminari, tfittxija tista’ ssir biss fir-residenza tiegħek jekk inti tagħti l-kunsens ċar u bil-miktub għal dan. F’każ ta’ reat jew delitt serju, m’hemmx bżonn ta’ dan il-kunsens u t-tfittxija tista’ ssir f’kull ħin kemm binhar kif ukoll billejl. Tfittxija fil-karozza tiegħek hija possibli jekk ikunu jeżistu indikazzjonijiet li jwasslu għall-preżunzjoni li inti wettaqt reat jew delitt.

Fl-istadju ta’ investigazzjoni, tista’ ssir tfittxija biss fir-residenza bejn is-sitta u nofs ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija. Tista’ tikseb kopja tad-dokumenti tiegħek li jkunu ġew issekwestrati u tista’ titlob li jagħtuk lura oġġett issekwestrat. L-Istat jagħtik lura dawn l-oġġetti jekk ma jkollux bżonnhom għall-konstatazzjoni tal-verità jew sabiex iħares id-drittijiet tal-partijiet u jekk l-għoti lura ma jkunx jikkostitwixxi periklu lill-persuni jew jista’ jkun ta’ ħsara għall-oġġetti. L-għoti lura jista’ jiġi rrifjutat fil-każ fejn il-konfiska hija prevista mil-liġi.

Jistgħu jitolbuni nagħti kampjuni tad-DNA, tal-marki tas-swaba’ jew ta’ sustanzi fluwidi ta’ ġismi?

Fuq ordni tal-prosekutur tal-istat jew tal-imħallef inkwerenti u bil-kunsens bil-miktub tiegħek mogħti minn qabel, uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jista’ jippreleva ċelluli tiegħek sabiex jistabbilixxi profil tad-DNA sabiex dan jiġi mqabbel. Tista’ tiġi mġiegħel tippreleva ċelluli jekk tkun teżisti linja diretta bejnek u t-twettiq tal-fatti tal-kawża u jekk dawn il-fatti jkunu punibbli b’piena ta’ sentejn ħabs jew aktar.

Ma tistax tiġi mġiegħel tagħti kampjun tad-demm.

Il-Prosekutur tal-Istat jista’ jordna t-teħid tal-marki tas-swaba’ jekk jaħseb li pparteċipajt f’reat gravi u dan matul l-inkjesta preliminari. Dawn il-marki jistgħu jintużaw 'il quddiem mill-Pulizija għall-prevenzjoni, ir-riċerka u l-konstatazzjoni ta’ reati kriminali.

Jekk il-marki tas-swaba’ jkunu neċessarji ħafna sabiex jistabbilixxu l-identità tiegħek, dawn jistgħu jiġu mitluba mingħandek fl-istadju tal-inkjesta għal reati jew delitti gravi jew f’inkjesta preliminari jew b’ittra rogatorja jew fit-twettiq ta’ ordni għal riċerka mogħtija minn awtorità ġudizzjarja fuq awtorizzazzjoni mill-prosekutur tal-Istat jew mill-imħallef inkwerenti. Dawn il-marki jistgħu jintużaw iktar ’il quddiem mill-Pulizija għall-prevenzjoni, ir-riċerka u l-konstatazzjoni ta’ reati kriminali ħlief jekk inti ma tkun soġġett għall-ebda inkjesta ġudizzjarja jew miżura eżekuttiva.

B’liema mod tista’ titressaq għal interrogazzjoni mill-imħallef inkwerenti?

Jekk inti ħieles, l-imħallef inkwerenti jista’ jsejjaħlek permezz ta’ ittra, kif ukoll b’mandat, sabiex tidher quddiem l-awtoritajiet. Int trid tidher fid-data u fil-ħin indikat fejn tiġi mismugħ mill-ewwel mill-imħallef inkwerenti.

L-imħallef inkwirenti jista’ jitlob lill-pulizija sabiex iressquk permezz ta’ mandat ta’ akkumpanjament, meta jaħseb illi jkun hemm periklu li taħrab, periklu li xi provi jisparixxu jew jekk ma tidhirx għas-sejħa tiegħu. F’każ ta’ reat, il-periklu li taħrab huwa preżunt jekk il-fatt ikun punibbli b’piena kriminali.

Mandat ta’ arrest jista’ jinħareġ jekk l-akkużat ikun maħrub jew jgħix barra mill-pajjiż u jekk il-fatti li jkunu imputabbli lilu jkunu jesponuh għall-piena ta’ ħabs.

Jekk jiena ċittadin ta’ pajjiż ieħor, irrid inkun preżenti waqt l-investigazzjoni u nista’ nipparteċipa permezz tal-vidjo?

Hemm bżonn li tkun preżenti matul is-smigħ. Is-sehem tiegħek permezz tal-vidjo mhuwiex previst mil-liġi.

Interrogazzjoni mill-imħallef inkwerenti u d-detenzjoni (3)

X’inhuwa l-għan tal-interrogazzjoni mill-imħallef inkwerenti?

L-imħallef inkwerenti jikkonstata l-identità tiegħek u jgħarrfek bl-atti mwettqin matul il-proċedura. Imbagħad jinfurmak dwar l-akkuża, i.e. li minn issa ‘l quddiem inti akkużat b’mod uffiċjali li wettaqt ċertu reat u jinterrogak dwar il-fatti inkwistjoni (jew ‘li inti akkużat bihom’).

X’inhuma d-drittijiet tiegħek matul l-interrogazzjoni mill-imħallef inkwerenti?

Għandek id-dritt tkun mgħarraf dwar kull fatt li inti akkużat bih u dwar l-atti li twettqu matul it-twettiq tar-reat gravi jew delitt u matul l-inkjesta preliminari. L-imħallef inkwerenti huwa obbligat javżak bid-dritt tiegħek li tkun assistit minn avukat tal-għażla tiegħek. Dan isir qabel ma tiġi interrogat, bil-miktub, u l-istess jiġi dokumentat b’lingwa li inti tifhem. Jekk inti ma tagħmilx l-għażla, l-imħallef inkwerenti, fuq talba tiegħek, għandu jaħtarlek wieħed.

Tista’ tiġi interrogat biss fil-preżenza tal-avukat tiegħek, ħlief fejn inti tirrinunzja espressament għal dan.

Għandek id-dritt li ma tweġibx, imma trid tkun preżenti. Inti trid tkun mgħarraf dwar dan id-dritt.

Għandek id-dritt li tbiddel l-istqarrijiet li tkun għamilt; ammissjoni tista’ tintuża kontrik biss jekk din tkun saret b’mod ħieles u volontarjament.

Ghandek id-dritt li ssaqsi mistoqsijiet lix-xhieda.

M’għandekx id-dritt li tikkomunika mal-avukat tiegħek sa tmiem l-ewwel interrogazzjoni. L-imħallef jista’ jwaqqfek, b’deċiżjoni motivata, milli tikkomunika (bil-kitba) mal-qraba tiegħek għal tul massimu ta’ 10 ijiem.

Interpretu jassistini jekk ma nifhimx il-lingwa?

L-imħallef inkwerenti għandu jsejjaħ interpretu għall-interrogazzjoni, li jittraduċi kull mistoqsija u kull tweġiba u li jittraduċilek l-istqarrija tiegħek waqt li din tkun qed terġa’ tinqara.

Nista’ nerġa’ nintbagħat lura f’pajjiżi?

Le, sakemm l-awtoritajiet ta’ pajjiżek ma jkunux iriduk lura għall-istess reat u sakemm l-awtoritajiet tal-Lussemburgu ma jaċċettawx li l-investigazzjoni jew l-inkjesta tkun tista’ ssir f’pajjiżek, inti tkun mġiegħel tibqa’ fil-Lussemburgu, jekk hemm bżonn fil-ħabs.

Jistgħu jitolbu informazzjoni dwar il-fedina penali tiegħi?

Fil-prattika, l-awtoritajiet ġudizzjarji jivverifikaw il-fatti tal-każ fl-istadju tal-investigazzjoni, u għalhekk jaraw ukoll il-fedina penali tiegħek.

Jinfurmawni dwar xhieda li jixhdu kontrija u dwar provi oħra li jkunu jeżistu kontrija?

Fl-istadju meta inti jkollok id-dritt li tara l-proċess, normalment permezz tal-avukat tiegħek, tista’ tiġi infurmat dwar dawk ix-xhieda li jkunu xehdu kontrik u dwar il-provi l-oħra li jkun hemm kontrik. Inti jkollok aċċess għall-proċess wara l-ewwel interrogazzjoni. Tista’ wkoll, f’kull mument, titlob lill-imħallef inkwerenti biex tara l-atti tal-proċess tiegħek.

Niġi lliberat jew detenut?

L-imħallef inkwerenti, wara li jkun akkużak u interrogak, jista’ jilliberak. Jista’ wkoll iżommok taħt detenzjoni preventiva, meta jkun ħareġ att ta’ akkuża. Inti tittieħed il-ħabs mill-pulizija. L-imħallef inkwerenti jista’ jżommok milli tikkomunika ma’ barra f’każ li dan ikun meħtieġ għall-investigazzjoni. Jekk din l-ordni titneħħa, tkun tista’ ċċempel mill-ħabs lill-qraba, filwaqt li tirrispetta r-regolamenti stretti tal-ħabs.

Inti għandek id-dritt li titlob li tiġi lliberat proviżorjament f’kull mument tal-proċedura. Il-libertà proviżorja tista’ tkun soġġetta għall-obbligu ta’ garanzija personali u jkun hemm bżonn li tagħti indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż waqt l-investigazzjoni?

B’mod ġenerali, inti tista’ titlaq mill-pajjiż matul l-investigazzjoni sakemm ma tkunx qiegħed il-ħabs. Min-naħa l-oħra, jekk int tkun soġġett għal piena ta’ ħabs jew piena aktar gravi (fejn il-massimu huwa ekwivalenti għal jew aktar minn sentejn ħabs jekk inti residenti fil-Lussemburgu), l-imħallef inkwerenti fis-seduta jew in camera jista’ jordna kontroll ġudizzjarju u jista’ jordna bħala obbligu pereżempju li inti ma tkunx tista’ toħroġ mil-limiti territorjali determinati mill-imħallef inkwerenti.

Jien diġa’ ġejt mixli fi Stat Membru ieħor għall-istess reat. X’jiġri f’dan il-każ?

Fuq l-istess fatt, inti tista’ tiġi kkundannat darba biss għall-istess reat, imma l-prosekuzzjoni doppja tibqa’ possibbli jekk ma jkunx hemm sentenza definittiva f’xi pajjiż. Jekk  tkun qed issir investigazzjoni f’dak il-pajjiż, inti tista’ tiġi estradit lejn dak il-pajjiż sabiex tiġi mixli u ġġudikat f'dak l-Istat u mhux aktar fil-Lussemburgu.

Smigħ in camera tal-Qorti sabiex tiddeċiedi dwar ir-rilaxx (4)

Jekk inkun detenut, kif u lil min nitlob għal-libertà proviżorja?

It-talba sabiex tiġi meħlus tista’ tintalab f’kull stadju tal-każ, i.e. f’kull mument u ma jimpurtax f’liema stadju tal-investigazzjoni u mingħajr ebda limitu ta’ kemm-il darba tista’ ssir din it-talba. Sempliċement isir rikors in camera lill-Qorti Distrettwali (Tribunal d’arrondissement).

Imma jekk inti detenut proviżorjament fil-ħabs, inti tista’ titlob ukoll il-libertà proviżorja b’sempliċi talba bil-miktub lill-persunal tal-ħabs.

X’inhi l-proċedura u kemm iddum?

Id-deċiżjoni tittieħed b’urġenża u mhux aktar tard minn tlitt ijiem mill-preżentata tat-talba għal-libertà proviżorja. Bħala akkużat inti għandek tinstema’ u, jekk ikun meħtieġ, anki l-avukat tiegħek. Il-qorti distrettwali tiddeċiedi in camera abbażi ta’ opinjoni motivata bil-miktub mill-imħallef inkwerenti.

Nista’ niġi lliberat proviżorjament jekk inħallas somma flus (garanzija personali)?

Effettivament, il-kodiċi jiddetermina l-ammont li għandu jitħallas bħala garanzija personali. Il-qorti tista’ tilliberak proviżorjament billi tħallas tali somma li hija tiddetermina b’mod ħieles. Din is-somma tiggarantixxi li inti tidher quddiem l-imħallef inkwerenti u quddiem il-qorti, kif ukoll l-eżekuzzjoni tas-sentenza u l-ħlas tal-multi u tat-tariffi tal-qorti.

Inkun soġġett għal kontrolli jekk niġi lliberat proviżorjament?

Il-libertà tiegħek tista’ tkun soġġetta għal kontroll ġudizzjarju. L-awtoritajiet jistgħu jorbtuk b’ċerti kundizzjonijiet, bħal pereżempju li ma tkunx tista’ tikkuntattja lil ċerti nies jew li ma tkunx tista' tivvjaġġa.

Jeżisti appell kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti?

Jekk inti lliberat, il-Prosekutur tal-Istat jista’, fi żmien jum li jibda jiddekorri mill-għoti tad-digriet, iressaq appell kontra d-deċiżjoni. F’dan il-każ, inti tibqa’ taħt detenzjoni sakemm tingħata deċiżjoni mill-Qorti tal-Appell.

Inti tista’ dejjem tressaq appell mid-deċiżjoni tal-qorti talli ma lliberatekx, quddiem il-Qorti tal-Appell.

Investigazzjoni tal-każ mill-Prosekutur tal-Istat/mill-imħallef inkwerenti u d-drittijiet tad-difiża (5)

X’għandu setgħa jagħmel l-imħallef inkwerenti?

Matul l-investigazzjoni, il-maġistrat inkwerenti jista' jirrikorri għal numru ta’ metodi differenti sabiex jasal għall-verità tal-fatti relattivi għar-reat imwettaq.

Għalhekk, l-imħallef jista’ jordna tfittxija, jisma’ xhieda, jordna konfrontazzjonijiet, jordna perizja jew jisma’ kollegament telefoniku jew possibbilment interċezzjoni telefonika.

Nista’ nressaq rikors kontra att proċedurali li ttieħed fl-investigazzjoni?

Inti għandek id-dritt li titlob li att proċedurali tal-investigazzjoni jiġi annullat mill-qorti distrettwali in camera.

Din it-talba trid issir matul l-istess investigazzjoni, fi żmien ħamest ijiem minn mindu ssir taf bl-att. Jekk it-talba għan-nullità ma ssirx matul l-investigazzjoni, inti ma tkunx tista’ tagħmel din it-talba fis-seduta.

X’nista’ nitlob aktar?

Barra mir-raġunijiet ta’ nullità msemmijin qabel, inti għandek ukoll id-dritt li titlob, matul l-investigazzjoni, l-eżerċizzju ta’ fakultà jew ta’ dritt mogħti mil-liġi. Jekk ma kienx hemm deċiżjoni dwar it-talba tiegħek, jew minħabba ommissjoni jew għax it-talba tiegħek ġiet miċħuda, inti tkun tista’ tibbaża fuqha fi stadju ieħor billi tilmenta li ma kellekx smigħ xieraq.

Liema azzjonijiet nista’ nitlob li jagħmel l-imħallef inkwerenti?

Inti tista’ titlob lill-imħallef inkwerenti, permezz tal-avukat tiegħek, li jwettaq  atti intiżi biex juru l-innoċenza tiegħek. Għalhekk, inti tista’ titlob tfittxija, smigħ mill-ġdid, li jerġħu jinstemgħu x-xhieda mressqa minnek, li tiġi organizzata konfrontazzjoni jew il-ftuħ ta’ perizja.

Inti tista’ terġa’ tippreżenta lill-imħallef id-dokumenti kollha li l-għan tagħhom huwa li juri l-innoċenza tiegħek jew titlob it-tneħħijja ta’ xi sekwestru li sar mill-imħallef fuq xi dokumenti, oġġetti jew kontijiet bankarji.

Proċedura tal-għeluq tal-investigazzjoni u tar-rinviju quddiem il-qorti (6)

X’jiġri meta tintemm l-inestigazzjoni?

L-imħallef inkwerenti jordna l-għeluq tal-proċeduri. Huwa jsostni li wettaq dmirijietu sabiex tiġi stabbilita l-verità u li l-akkużati jistgħu jittressqu sabiex jiġu ġġudikati.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek wara l-ordni għal għeluq tal-proċeduri?

Il-proċess bl-opinjoni eventwali tal-imħallef inkwerenti jitqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħek u tal-avukat tiegħek mill-inqas tmint ijiem qabel id-data stabbilita għall-eżami tal-proċess in camera mill-qorti distrettwali. Inti għandek id-dritt li titlob li ssir taf kull biċċa informazzjoni li tkun ħarġet mill-investigazzjoni.

Għandek id-dritt tippreżenta nota ta’ osservazzjonijiet, li fil-prattika ssir mill-avukat tiegħek, qabel ma tittieħed deċiżjoni in camera, li twassal għal digriet biex ma jitressqux akkużi (minħabba nuqqas ta’ prova) jew għal digriet ta’ rinviju quddiem qorti (sabiex jiġu ġġudikati l-akkużati).

Għandek dritt ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet msemmija tal-imħallef inkwerenti fis-seduta u in camera: tista’ tressaq appell kontra d-deċiżjoni tal-imħallef inkwerenti jew tal-qorti distrettwali in camera. Dan l-appell isir quddiem il-Qorti tal-Appell in camera.

Nista’ niddikjara l-ħtija qabel il-proċess fuq il-kapi ta’ akkuża/ta' ħtija kollha jew xi jħud minnhom?

Sa llum il-ġurnata fil-Lussemburgu ma teżistix proċedura għall-ammissjoni tal-ħtija.

Il-kapi ta’ akkuża/ta' ħtija jistgħu jiġu emendati qabel il-proċess?

Il-kapi ta’ akkuża/ta' ħtija jistgħu jiġu emendati qabel il-proċess skont il-fatti li jirriżultaw matul l-inkjesta jew l-investigazzjoni.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-proċedura kriminali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2016

3 – Id-drittijiet tiegħi quddiem it-tribunal/il-qorti      


Liema kompetenza għal liema tribunal?

Jeżistu tliet tipi ta’ reati, fejn kull wieħed huwa ġġudikat minn tribunal/qorti differenti:

  • Kontravenzjoni = quddiem it-tribunal tal-pulizija (tribunal de police) (imħallef wieħed)
  • Delitt = quddiem l-Awla Korrettiva tal-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement) (tliet imħallfin ħlief f’każijiet tat-traffiku : imħallef wieħed)
  • Reat = quddiem l-Awla Kriminali tal-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement) (tliet imħallfin)

It-tribunal jista’ jordna li dan isir in camera, pereżempju jekk il-vittma tkun tifel jew tifla.

Sa liema punt il-kapi tal-akkuża/tal-ħtija jistgħu jiġu emendati waqt il-proċess?

Il-prinċipju huwa li l-kwalifikazzjoni ġuridika mogħtija hija proviżorja u tista’ tiġi mibdula mit-tribunal li quddiemu tkun tinsab il-kawża.

Sabiex issir emenda fil-kapi tal-akkuża, jeħtieġ li l-fatt fil-qofol tal-proċedura jkun l-istess.

X’jiġri jekk niddikjara li jiena ħati tal-kapi tal-akkuża/tal-ħtija kollha jew xi wħud minnhom matul il-proċess?

Wieħed ma jistax jiddikjara ruħu ħati imma jista’ jammetti reat. L-imħallef jista’ xorta waħda ma jagħtix kas ammissjoni li jkun iqisha suspettuża. L-ammissjoni, għaldaqstant, tista’ tintuża bħala ċirkostanza mitiganti.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek waqt il-proċess?

Irrid inkun preżenti waqt il-proċess? Jista’ jsir mingħajri?

Inti trid tidher quddiem il-qorti, sakemm ma tressaqx raġuni, bħal pereżempju ċertifikat mediku. Il-proċess b’hekk ikun jista’ jiġi differit. Tista’ tinkariga lill-avukat tiegħek sabiex jirrappreżentak, ħlief jekk il-qorti titlob li tkun preżenti. Għar-reati, inti trid tidher personalment.

Jekk ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nieħu sehem permezz tal-vidjo? Jiena obbligat naċċetta?

Il-possibilità ta’ parteċipazzjonji permezz tal-vidjo minn persuna residenti fi Stat ieħor mhijiex prevista mil-liġi.

Irrid bilfors inkun preżenti matul il-proċess kollu?

Iva, għax l-imħallef jista’ jkun irid jisimgħek fi kwalunkwe ħin.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nifhimx il-lingwa tat-tribunal/tal-qorti?

Id-dritt li tiġi assisstit b’xejn minn interpretu jekk ma tifhimx jew ma titkellimx il-lingwa użata fis-seduta huwa dritt fundamentali ggarantit mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Madanakollu, l-atti tal-proċess ma jiġux tradotti.

Bilfors għandi bżonn avukat? Ningħata avukat? Nista’ nbiddel l-avukat?

Għandek id-dritt illi tiddefendi lilek innifsek jew li jkollok l-assistenza ta’ avukat tal-għażla tiegħek, u jekk inti m’għandekx il-mezzi sabiex tħallas avukat, tiġi assistit minn avukat (tal-għajnuna legali). Dejjem tista’ tbiddel l-avukat.

Nista’ nitkellem waqt il-proċess? Hemm bżonn nitkellem fil-proċess? Pereżempju, għandi d-dritt li ma nitkellimx, li ma ninkriminax ruħi?

Inti għandek id-dritt illi tesprimi ruħek dwar il-punti kollha tal-akkuża. Inti għandek ukoll id-dritt li ma tweġibx għall-akkużi miġjuba kontrik.

X’inhuma l-konsegwenzi jekk jiena ma ngħidx il-verità waqt il-proċess?

Jekk inti ma tgħidx il-verità matul il-proċess tkun qed tirriskja li teħel piena aktar ħarxa.

Nista’ nikkontesta l-provi mressqa kontrija? Kif? Għaliex?

Il-kontestazzjoni tal-provi mressqa kontrik hija possibbli u dan b’kull mezz, bħal pereżempju permezz ta’ xhieda, ta' xi dokumenti, ta' argumenti u ta' esperti.

X’tip ta’ provi nista’ nressaq favurija?

Il-qorti trid jieħu f’konsiderazzjoni kull tip ta’ prova.

F’liema ċirkostanzi nista’ nressaq tali provi?

Dawn il-provi jistgħu jiġu mressqa taħt żewġ kundizzjonijiet, l-ewwelnett li jkunu ġew regolarment inklużi fil-proċess u t-tieni nett li jkunu ġew diskussi liberament mill-partijiet matul il-proċeduri fil-miftuħ.

Nista’ nuża investigatur privat sabiex inġib provi favur tiegħi? Provi bħal dawn huma ammissibbli?

L-użu ta’ investigatur sabiex iġġib provi huwa permess, imma dan l-investigatur irid ikun għamel dan għal kollox skont il-liġi.

Jien jew l-avukat tiegħi, nistgħu nsaqsu mistoqsijiet waqt il-kawża lix-xhieda l-oħra? Jien jew l-avukat tiegħi, nistgħu nikkontestaw dak li jgħidu?

Id-dritt għas-smigħ ta’ xhud joħroġ mid-dritt tad-difiża stipulat fil-punt 3 tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Id-difiża tista’ tressaq u tinterroga xhieda biex tiskolpa lilha nnifisha bħalma jistgħu jagħmlu x-xhieda kontrik.

Informazzjoni dwar il-fedina penali tiegħek tittieħed f’konsiderazzjoni?

Kull kundanna li tkun imniżżla fil-fedina penali tiegħek tiġi trażmessa lill-qorti, matul il-proċess.

Jittieħdu f’konsiderazzjoni kundanni preċedenti fil-konfront tiegħek li jkunu ngħataw fi Stat Membru ieħor?

Le, għal dak li għandu x’jaqsam mar-reċidiva. Iva, għall-kundizzjonijiet tas-sentenza sospiża.

X’inhuma t-tipi ta' eżitu possibbli tal-proċess?

Inti tista’ tiġi lliberat totalment jew parzjalment. Inti tista’ wkoll tinstab ħati. Il-piena tiddependi mir-reat li tiegħu tiġi misjub ħati.

Il-pieni kriminali huma:

  • Għomrok il-ħabs jew għal żmien minn 5 sa 30 sena
  • Multa ta’ mill-inqas EUR 251
  • Konfiska speċjali
  • It-tneħħijja ta’ titli, gradi, funzjonijiet, impiegi u karigi pubbliċi
  • L-interdizzjoni ta’ xi drittijiet ċivili u politiċi
  • L-għeluq ta’ intrapriżi u stabbilimenti
  • Il-pubblikazzjoni jew it-tpoġġija fil-pubbliku, bl-ispejjeż kontra l-ħati, tas-sentenza jew ta' estratt tas-sentenza li tkun ikkundannatek
  • Interdizzjoni milli tipprattika ċerti attivitajiet professjonali

Il-pieni korrettivi huma:

  • Priġunerija (8 ijiem sa 5 snin)
  • Multa ta’ mill-inqas EUR 251
  • Konfiska speċjali
  • L-interdizzjoni ta’ xi drittijiet ċivili u politiċi
  • L-għeluq ta’ intrapriżi u stabbilimenti
  • Il-pubblikazzjoni jew it-tpoġġija fil-pubbliku tal-kundanna
  • Interdizzjoni milli tipprattika ċerti attivitajiet professjonali
  • Interdizzjoni milli ssuq ċerti vetturi
  • Jekk il-kundanna ta’ priġunerija tkun ta' inqas minn sitt xhur, l-imħallef għandu l-fakultà li jbiddel il-piena għal servizz komunitarju ġenerali ta’ bejn 40 u 240 siegħa.

Il-pieni tal-pulizija huma:

  • Multa ta’ bejn EUR 25 u EUR 250 ħlief jekk il-liġi tiddisponi mod ieħor
  • Konfiska speċjali
  • Interdizzjoni milli ssuq ċerti vetturi

Jekk tiġi kkundannat għal piena ta’ priġunerija, x’inhuma l-modi differenti ta’ eżekuzzjoni ta’ din il-piena?

Fil-Lussemburgu, huwa il-Prosekutur Pubbliku tal-Istat li jiddeċiedi l-metodi tal-eżekuzzjoni tal-pieni tat-tneħħija tal-libertà, mingħajr l-intervent ta’ imħallef.

Hemm numru ta’ possibbiltajiet li jistgħu jseħħu:

L-eżekuzzjoni maqsuma

Il-qsim jippermetti lid-detenut li mhuwiex ta’ periklu, li jiskonta żmienu f’perjodi li jixtieq.

Is-semilibertà

Dan ir-reġim jagħti l-possibbiltà lid-detenut li jeżerċita attività professjonali jew li jsegwi tagħlim jew taħriġ minn barra.

Il-libertà kondizzjonata

Tippermetti tnaqqis ta’ nofs il-piena.

Lif mill-ħabs

Tali piena sseħħ meta tingħata permess li tħalli l-bini tal-ħabs, matul parti tal-ġurnata jew matul perjodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, u dan il-perjodu jitqies meta jiġi kkalkulat iż-żmien tal-piena.

Is-sospensjoni tal-piena

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-libertà kkundizzjonata jew il-ħelsien effettiv, tista’ tingħata sospensjoni tal-piena lill-persuni kkundannati jekk waqt il-lif li jkunu ħadu jkunu ġiebu ruħhom tajjeb.

Il-brazzuletta elettronika

L-ebda liġi għadha ma ppreċiżat l-użu tagħha.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess?

Il-vittma tista’ tinstema' bħala xhud. Hi tkun tista’ wkoll tikkostitwixxi ruħha bħala parte civile, jiġifieri tkun tista’ titlob danni u interessi. Tkun tista’ tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-reat inkwistjoni u l-konsegwenzi tiegħu. Hija tista’ tappella kontra s-sentenza, imma biss għal dak li għandu x’jaqsam mal-interessi ċivili tagħha.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrganizzazzjoni tal-qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ proċedura kriminali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2016

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li tkun ittieħdet deċiżjoni mit-tribunal/mill-qorti


Nista’ nappella?

Għandek id-dritt li tappella s-sentenza fi żmien erbgħin jum mill-ġurnata li fiha tkun inqatgħet is-sentenza permezz ta’ dikjarazzjoni l-qorti. L-appell jista' jkun limitat għal appell kontra l-ammont tal-piena jew għall-affarijiet ċivili.

Kompetenzi

  • Kontravenzjoni = quddiem il-qorti tal-pulizija; l-appell jitressaq quddiem il-qorti kriminali.
  • Reat = quddiem il-qorti kriminali; l-appell jitressaq quddiem il-Qorti tal-appell.
  • Delitt = quddiem l-awla kriminali tal-qorti distrettwali; l-appell jitressaq quddiem l-awla kriminali tal-Qorti tal-appell.

X’jiġri jekk inressaq appell?

Il-Prokuratur tal-Istat tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom jitressaq l-appell jiġi infurmat fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa wara li jitressaq l-appell. Tintgħażel data għas-smigħ tal-appell u tiġi infurmat biha.

Kemm irid jgħaddi żmien biex jinstema’ l-appell?

Hemm bżonn ta’ xi xhur sa ma jinstema’ l-appell.

Nista’ nressaq provi ġodda fl-appell? X’regoli japplikaw?

Għandek dritt tressaq provi ġodda fil-kuntest tal-appell. Ir-regoli tad-dritt tal-provi japplikaw. Il-qorti taċċetta l-provi legali kollha ppreżentati. Mill-banda l-oħra, ma jiġux aċċettati mezzi proċedurali, bħan-nullità ta’ att, li kellhom jiġu mqajma fl-ewwel istanza.

X’jiġri fis-smigħ tal-appell u x’tista’ tkun id-deċiżjoni tat-tribunal/tal-qorti?

L-imħallfin jeżaminaw il-fatti mill-ġdid, iżda fil-prinċipju m’humiex marbuta li jerġgħu jisimgħu lix-xhieda sakemm ma jkunx meqjus neċessarju mill-Qorti. Bl-istess mod, jekk jitqies li huwa meħtieg, tista’ terġa’ tisma’ lix-xhieda.

Fil-prinċipju, l-imħallef tal-appell ma jistax jagħti sentenza aktar ħarxa minn dik li tkun ngħatat fl-ewwel istanza jekk kien il-konvenut biss illi oġġezzjona għas-sentenza. F’dan il-każ, il-qorti tista’ biss iżżomm l-istess piena tal-konvenut jew tnaqqasha. Is-sentenza tista’ tiħrax biss meta anki l-Prosekutur Ġenerali jkun appella s-sentenza, xi haġa li normalment isseħħ fi kwistjonijiet kriminali.

X’jiġri jekk l-appell jiġi aċċettat/rifjutat?

Għandek dritt tressaq appell quddiem l-ogħla istanza. Il-Qorti tal-ogħla istanza tivverifika l-punti legali iżda ma tidħolx fil-punti tal-fatti.

Jekk l-ewwel sentenza tkun żbaljata, niġi kkumpensat? Ta' xiex? Kif?

Għandek dritt għal indennizz biss f’każ ta’ priġunerija mhux ġustifikata. Jaqgħu taħt dan id-dritt dawk kollha li nżammu b’azzjoni preventiva għal iżjed minn tlett ijiem ħlief jekk din id-detenzjoni jew il-kontinwazzjoni tagħha kienu ħtija tiegħek.

Jekk l-appell jintlaqa’ il-kundanna tiegħi tibqa’ mniżżla fil-kondotta tiegħi?

Jekk l-appell jintlaqa’ u jwassal għall-ħelsien, il-kundanna ma tibqax imniżżla fil-kondotta.

Huwa possibbli li tressaq appell ieħor jekk l-ewwel wieħed ikun falla? Quddiem min trid tressqu? F’liema ċirkustanzi tista’ tressqu?

Jista’ jerġa’ jintalab appell minn kull persuna meqjusa bħala ħatja definittivament ta’ reat jew ta’ delitt fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

  • Meta, wara kundanna għal reat jew delitt, sentenza ġudizzjarja ġdida tikku