3 – Id-drittijiet tiegħi quddiem it-tribunal/il-qorti

Save as PDF

Please note that the original language version of this page French has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Please note that the following languages: Dutch have already been translated.


Fejn isir il-proċess?

  • It-tribunal tal-pulizija jittratta r-reati l-inqas serji (reati punibbli b’multa ta’ 1 sa 25 Euro (ksur tal-kodiċi rurali, …) u l-ksur kollu tal-liġi tat-traffiku (inċidenti fatali, …);
  • It-tribunal korrettiv jittratta d-delitti jew ir-reati korrettivi (dawk li għalihom setgħu jiġu ammessi immedjatament xi ċirkostanzi mitiganti);
  • Il-Qorti bil-Ġurija tittratta r-reati l-aktar serji (dawk li għalihom ma jistgħux jew m’għandhomx jiġu aċċettati ċirkostanzi mitiganti).

Il-proċess ikun pubbliku?

Fil-prinċipju, il-proċess ikun pubbliku u jsir f’awla aċċessibbli għal kulħadd (spettaturi, ġurnalisti) ħlief jekk is-sigurtà ma tippermettix dan.

Meta inti tkun involut f’każ sesswali (stupru, …), tista’ titlob lill-qorti li tlaqqa’ s-seduta in camera, jiġifieri li tillimita l-aċċess fl-awla għall-persuni involuti fil-proċess.

Jekk il-każ jirrigwarda l-arrest ta’  kriminal li m’huwiex responsabbli tal-azzjonijiet tiegħu minħabba stat gravi ta’  mard mentali, dan jista’ jitlob li l-proċess isir fil-magħluq, u l-prosekutur pubbliku jista’ jopponi.

Min jiddeċiedi l-kawża?

Imħallfin professjonali quddiem it-tribunal tal-pulizija jew il-qorti kriminali. Iżda, fil-Qorti bil-Ġurija, 12-il ġurat jiddeċiedu huma waħedhom dwar il-ħtija tal-akkużat. Huma jiddeċiedu wkoll il-piena flimkien ma’ tliet maġistrati.

Il-kapi tal-akkuża jew preġudizzji jistgħu jinbidlu waqt il-proċess?

L-akkużi jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod differenti mill-prosekuzzjoni u mill-imħallef. Pereżempju, jekk inti kissirt il-ħġieġa ta’ karozza, il-prosekutur jista’ jfittxek għal attentat ta’ serq meta fil-fatt, inti kellek biss l-intenzjoni li tkisser. Il-qorti tista’ tiddeċiedi mod ieħor, u tistma li dan kien dannu. Madankollu għandek tiġi avżat mill-qorti dwar dan biex ikollok il-possibbiltà li tiddefendi ruħek fuq din il-bażi ġdida.

X’jiġri jekk inwieġeb ħati għall-kapi kollha tal-akkuża jew xi wħud minnhom waqt il-proċess?

Il-piena ma tiġix imnaqqsa awtomatikament.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess?

Għandi nkun preżenti waqt il-proċess? Għandi nkun preżenti waqt il-proċess kollu?

Dejjem tista’ tkun irrappreżentat minn avukat.  B’eċċezzjoni, inti jkollok tidher personalment meta l-qorti tiddeċiedi dan b’ordni li għandha tagħtik qabel is-seduta.

Jista’ jsir mingħajri?

Jekk ma tkunx preżenti jew irrappreżentat minn avukat sabiex twieġeb għall-akkużi, il-proċess isir mingħajrek u inti tiġi ġġudikat in absentia.

Jekk ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz tal-vidjow?

Le.

Inkun megħjun minn interpretu jekk ma nifhimx il-lingwa tal-imħallef?

Iva.

Għandi bżonn avukat?

Le, għajr quddiem il-qorti bil-ġurija.

Nista’ niġi pprovdut b’avukat?

Iva taħt ċerti kundizzjonijiet (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaskeda 1).

Nista’ nibdel l-avukat?

Iva, anki mingħajr raġuni.

Nista’ nesprimi ruħi waqt il-proċess?

Iva.

Fil-proċess ikolli nitkellem?

M’intix obbligat.

Xijkunu l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess?

Għandek id-dritt li ma tinkriminax lilek innifsek, u li tiżviluppa l-istrateġija ta’ difiża tiegħek kif tixtieq. Dan jinkludi wkoll id-dritt li tibqa' sieket.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi miġjuba kontrija?

Nista’ niċħad il-provi miġjuba kontrija?

Iva.

Kif?

Billi titlob lill-imħallef biex iwettaq investigazzjonijiet ulterjuri.

Għalfejn?

Sabiex turi l-improbabbiltà tal-akkuża.

Xi provi nista’ nġib favur il-kawża tiegħi?

Preżentazzjoni ta’ kwalunkwe dokument, talba għal opinjoni oħra, smigħ ta’ xhud ġdid, …

Nista’ nuża investigatur privat biex nikseb provi favur tiegħi?

Iva.

Provi bħal dawn ikunu ammissibbli?

Iva.

Nista’ nsejjaħ xhieda biex jitkellmu favur tiegħi?

Iva.

Jien jew l-avukat tiegħi nistgħu nistaqsu mistoqsijiet lix-xhieda l-oħrajn fil-każ?

Iva, permezz tal-pulizija jew l-imħallef.

Jien jew l-avukat tiegħi nistgħu nikkontestaw dak li jgħidu?

Iva.

Tiġi kkunsidrata informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva.

  • X’tip ta’ informazzjoni?

Il-kundanni preċedenti.

  • F’liema ċirkostanzi? F’liema stadju?

Dawn jistgħu jirduppjaw l-ammont tal-piena massima u jistgħu jostakolaw il-miżuri favur.

  • Kundanni preċedenti fi Stat Membru ieħor jiġu kkunsidrati?

Iva, dawn jistgħu jiġu mgħoddija lill-imħallef.

X’jiġri meta jintemm il-proċess?

X’inhuma l-eżiti possibbli tal-proċess?

  • L-inammissibbiltà tal-akkużi jekk regola importanti ma tkunx ġiet irrispettata. Jista’ jkun madankollu li jsir proċess ġdid;
  • Li tiġi lliberat, jekk ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ppruvata l-ħtija tiegħek mingħajr dubju dettat mir-raġuni;
  • Li tinstab ħati.

F’każ ta’ kundanna, l-imħallef għandu 5 għażliet, skont it-tip ta’ reat u l-passat legali tiegħek:

  • il-piena ta’ priġunerija;
  • il-piena ta’ xogħol: li fi żmien sena twettaq xogħol mingħajr ħlas għall-komunità b’riskju li tingħata piena ta’ priġunerija jew multa;
  • multa;
  • is-sospensjoni tal-kundanna jew is-sospensjoni tas-sentenza bi jew mingħajr kundizzjonijiet (ma twettaqx aktar reati, issegwi taħriġ, ma tiffrekwentax ċerti postijiet aktar, …) għal perjodu bejn 1 sa 5 snin;
  • sempliċi dikjarazzjoni ta’ ħtija.

X’inhu r-rwol tal-vittma waqt il-proċess?

Din tista’ tagħti l-verżjoni tagħha dwar il-fatti li jirrigwardawha u titlob kumpens finanzjarju.

Kif?

Verbalment jew billi tippreżenta nota bil-miktub.

F’liema stadju?

Waqt is-smigħ, eżatt wara li tkun ġejt interrogat mill-imħallef.

Għal tagħrif aktar komplut, ara l-iskedi dwar id-drittijiet tal-vittmi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-indirizzi tal-qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIndirizzi tal-ħabsijiet


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2012