Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Estonjan diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Estonja

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk inti tkun issuspettat jew tiġi akkużat li wettaqt delitt li jinstema’ quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku, li ġeneralment min iwettaqhom jeħel multa, ara l-Iskeda Informattiva 5. Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

Sommarju tal-proċedura kriminali

Dan li ġej huwa s-sommarju tal-istadji standard fil-proċedura kriminali

  • Il-bidu tal-proċedura kriminali
  • Il-proċedura jew l-investigazzjoni ta’ qabel is-smigħ fil-qorti
  • L-aċċess għall-proċess kriminali u s-smigħ tar-rikorsi
  • Il-persuna tiġi mixlija li wettqet delitt
  • Il-proċedimenti ta’ qabel jibda’ l-proċess quddiem il-qorti kriminali
  • Is-seduti fil-qorti
  • Is-sentenza
  • Il-proċedura tal-appelli (fil-qrati tat-tieni u tat-tielet istanza)
  • L-eżekuzzjoni tas-sentenza

L-iskedi informattivi jagħtu dettalji dwar dawn l-istadji fil-proċedura u dwar drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi parir legali u hija maħsuba biss biex tkun ta’ gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċedimenti kriminali li jitwettqu fl-Istati Membri u ma tistax tagħtik assistenza jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

1 – Kif tikseb parir legali

2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni tad-delitt

  • Il-bidu tal-proċedura kriminali
  • Id-detenzjoni u l-arrest
  • L-interrogazzjoni u l-ġbir tal-provi
  • L-aċċess għall-proċess kriminali, is-smigħ tar-rikorsi u l-preżentata tal-akkuża
  • Informazzjoni addizzjonali għal dawk li mhumiex residenti

3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha

5 – Ir-reati tat-traffiku

Links relatati

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura kriminali Estonjana bl-Ingliż

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.