5 – Reati minuri tat-traffiku fit-triq

Save as PDF

Please note that the original language version of this page English has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


Kif inhuma ttrattati reati ta’ parkeġġ eċċ. ?

Jekk inti tipparkja fejn mhux suppost f’toroq pubbliċi, tista’ teħel Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamulta. Organizzazzjonijiet differenti jinfurzaw regoli tat-traffiku u jagħtu l-multi f’postijiet differenti. Dawn jinkludu l-kunsilli lokali, il-pulizija, kumpaniji privati jew it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTransport for London. Il-parti l-kbira tal-parkeġġ fit-toroq huwa infurzat minn gwardjani tal-parkeġġ impjegati mill-kunsill, li joħorġu Avviżi għall-Ħlas ta’ Piena (PCNs) permezz tas-sistema tal-ġustizzja ċivili. Il-gwardjani tat-traffiku huma impjegati mill-pulizija u għalhekk joperaw f'żoni fejn l-infurzar tal-parkeġġi ma ġiex dekriminalizzat. Dawn joħorġu Avviżi ta' Piena Fissa (FPNs) permezz tas-sistema tal-ġustizzja kriminali.

Il-PCNs ġeneralment jitħallew fuq il-ħġieġa ta' quddiem tal-vettura jew jingħataw lil min jidher li jkun inkarigat mill-vettura. Jistgħu wkoll jintbagħtu bil-posta. Ġeneralment ikollok 28 jum biex tħallas jew tikkontesta l-PCN u l-multa tista’ titnaqqas jekk tħallas malajr. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppelli informali jistgħu jsiru bil-miktub: jekk tixtieq tappella, tħallasx il-multa tat-traffiku f'dan l-istadju, minħabba li ladarba tħallasha huwa kważi impossibbli li tingħata l-flus lura.

L-ikklampjar

Il-Kunsilli fl-Ingilterra u f’Wales jistgħu jirmonkaw jew jikklampjaw vettura f’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċerti ċirkostanzi.  Għandek tiġi kklampjat biss 30 minuta wara li jkun inħareġ PCN. Jekk temmen li l-karrozza tiegħek ġiet ikklampjata b’mod inġust, tista’ tappella. Trid tħallas biex tieħu lura l-karrozza tiegħek, u tappella aktar tard. Jekk l-appell tiegħek tagħmlu bil-mikub u l-kunsill ma jweġibx fi żmien 56 jum minn meta jirċevih, dan għandu jikkanċella l-multa tal-PCN u jrodd lura l-flus li tkun ħallast biex ħadt il-karrozza tiegħek lura.

Pariri dwar x’għandek tagħmel jekk tiġi kklampjat fuq art privata jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Nista’ nappella?

Jekk il-kunsill jiċħad l-appell informali tal-multa tat-traffiku tiegħek, tista’ tagħmel appell formali. Il-kunsill imbagħad jgħidlek kif għandek tagħmel dan. Jekk il-kunsill jiċħad l-appell tiegħek, tirċievi Avviż lis-Sid (NTO) li jordnalek tħallas il-multa oriġinali. Dan jgħidlek ukoll kif tippreżenta appell ulterjuri lil aġġudikaturi indipendenti. Jeżistu servizzi differenti ta’ aġġudikazzjoni ta’ parkeġġ: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPATAS iservi f’Londra, it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Pieni tat-Traffiku iservi fil-bqija tal-Ingilterra u Wales.

Għandek 28 jum minn meta tingħata l-NTO biex jew tħallas il-multa tat-traffiku jew tippreżenta appell formali kontra l-multa. Jekk ma tagħmel l-ebda waħda minn dawn, il-kunsill għandu d-dritt li jżid il-multa b’50%. Jekk xorta ma tħallasx, il-kunsill jista’ jiftaħ proċedimenti ċivili iżjed formali biex jirkupraha.

Il-multi FPN jinħarġu minn uffiċjali tal-pulizija jew minn gwardjani tat-traffiku tal-pulizija u jiġu ttrattati permezz tas-sistema tal-ġustizzja kriminali. L-unika sistema uffiċjali ta’ appell kontra multa FPN hija li tagħżel li l-kawża tiegħek tinstema’ fil-qorti u li tiddikjara ruħek bħala mhux ħati. Madankollu, xi korpi tal-pulizija jippermettu li jsiru appelli informali għall-multi, fejn inti tista' tikteb u tispjega għaliex ma taħsibx li għandek tħallas il-multa. Jekk dan huwa possibbli fiż-żona tiegħek, il-multa FPN tkun tinkludi d-dettalji.

Kif inhuma ttrattati r-reati ta’ veloċità eċċessiva eċċ.?

Jekk inti taqbeż il-limitu ta’ veloċità u tinqabad mill-pulizija jew minn kamera tas-sigurtà, il-pulizija tista’:

  • Tagħtik twissija verbali
  • Toffrilek kors biex trabbi kuxjenza dwar il-veloċità eċċessiva (li jkollok tħallas għalih)
  • Toħroġ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvviż ta’ Penali Fissa (FPN) b’multa ta’ £60 u tliet punti penali. Din hija l-iżjed għażla probabbli.
  • Tfittxek għal veloċità eċċessiva. Dan ikun ifisser li jkollok tidħol il-qorti, u li tista’ tingħata sa £1,000 (£2,500 jekk tkun qbiżt il-veloċità fuq l-awtostrada) multa, bejn tliet u sitt punti penali fuq il-liċenzja tas-sewqan tiegħek, u possibilment skwalifika mis-sewqan.

X’jiġri jekk iwaqqfuk?

Il-pulizija għandha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidas-setgħa li twaqqaf lil kwalunkwe xufier u jekk wieħed ma jieqafx ikun qed jikkommetti reat ukoll. Meta l-pulizija twaqqfek, tista’ tiġi mitlub tipproduċi liċenzja tas-sewqan, assigurazzjoni u d-dokument tar-reġistrazzjoni tal-vettura tiegħek. Jekk dawn ma jkunux miegħek, għandek 7 ijiem biex tippreżentahom f’għassa tal-pulizija.

Jekk titwaqqaf u tkun wettaqt reat tat-traffiku, il-pulizija tista’ toħroġlok Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvviż ta’ Penali Fissa (FPN) jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavviż ta’ rettifika ta’ difett fil-vettura.

F’każ li wettaqt reat tat-traffiku minuri, bħal jekk ma tkunx lbist iċ-ċinturin tas-sigurtà jew jekk tkun soqt b’fanal miksur, il-pulizija tista' toħroġlok FPN. Il-pulizija m’għandhiex is-setgħa li ġġiegħlek tħallas multi fuq il-post. Għandek 28 jum biex tħallas il-penali fissa jew biex titlob għal smigħ inkella l-multa tiżdied b’50%. Inti tiġi rrappurtat għal prosekuzzjoni jekk tonqos milli tħallas penali fissa għal reat rintraċċat b’kamera awtomatika fi żmien 28 jum.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-avviż ta’ rettifika ta’ difett fil-vettura jista' jinħareġ jekk il-vettura tiegħek ikollha difett, pereżempju, wieħed mill-indikaturi jkun miksur. 

Il-pulizija tista’ tagħmillek it-test tan-nifs għall-alkoħol jekk ikollha s-suspett li tkun xurban. F’każ li ma tgħaddix mit-test tan-nifs, il-pulizija tieħdok fl-għassa tal-pulizija fejn tiġi mixli b’reat u tinżamm l-evidenza tiegħu (it-test tan-nifs). Għandek tħalli l-karrozza tiegħek sakemm tkun f'kondizzjoni li ssuqha, inkella sewwieq ieħor jista' jċaqlaqha bil-kunsens tiegħek. F'każ li tkun kemm kemm qbiżt il-limitu, tista' tagħmel test tad-demm. Li tonqos milli tagħmel test tan-nifs huwa reat. Ir-reati tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jirriżultaw fi skwalifika obbligatorja mis-sewqan.

  • F’każ li jkollok 12-il punt fuq il-liċenzja tiegħek f’perjodu ta’ 3 snin, ġeneralment titlef il-liċenzja tiegħek għal mhux inqas minn 6 xhur.
  • Il-pulizija għandhom is-setgħa jikkonfiskaw vettura jekk din tkun qiegħda tintuża b’mod antisoċjali (u tikkawża biżgħa, abbuż jew periklu).
  • Il-pulizija tista’ tikkonfiska vetturi jekk is-sewwieqa ma jkollhomx liċenzja jew assigurazzjoni xierqa.
  • Ir-reati serji tat-traffiku (eż. li jikkawżaw mewt minħabba sewqan perikoluż) jistgħu jirriżultaw fi priġunerija.

Dawn ir-reati jiġu jidhru fuq il-kondotta tiegħi?

Il-kondotti jinżammu mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Rekords Kriminali (CRB). Kull kundanna fil-qorti titniżżel fuq il-kondotta. Jekk ma tkunx ikkundannat fil-qorti ma jkollokx rekord kriminali: għaldaqstant avviżi ta’ penali fissa jiffurmaw parti mill-kondotta tiegħek jekk inti tkun ġejt ikkundannat fil-qorti biss.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊitazzjonijiet u d-drittijiet tiegħek

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar informazzjoni dwar il-parkeġġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-setgħat tal-pulizija tat-traffiku fit-triq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMulti ta’ veloċità eċċessiva u d-drittijiet tiegħek


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016