Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Awstrija

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt li jkun jeħtieġ proċess fil-qorti.

Skont il-liġi Awstrijaka inti twettaq reat biss meta tikser dispożizzjoni legali speċifika li tkun fis-seħħ fiż-żmien li fih jitwettaq ir-reat. Id-dritt tal-prosekuzzjoni huwa dritt tal-istat. L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, li jmexxu d-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali kif ukoll il-qrati, għandhom jistabbilixxu l-fatti u jiċċaraw iċ-ċirkostanzi kollha li huma importanti waqt l-evalwazzjoni tal-fatti.

F’dawn l-iskedi informattivi, inti għandek issib tagħrif dwar id-drittijiet tiegħek bħala konvenut jekk jitressqu proċeduri kriminali kontrik fl-Awstrija. Inti għandek drittijiet differenti waqt id-diversi stadji tal-proċeduri. L-iktar stadji importanti fil-proċeduri sejrin ikunu spjegati f’sommarju sabiex inti tkun tista’ issib l-informazzjoni li tkun tinħtieġ malajr.


Sommarju tal-proċess kriminali

Fil-prinċipju, il-proċess kriminali fl-Awstrija jinkludi tliet stadji proċedurali:

  • il-proċeduri preliminari
  • il-proċess quddiem qorti kriminali
  • l-appell

Id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess kriminali u dwar id-drittijiet tiegħek jistgħu jinstabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni m’għandhiex tieħu post il-parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Għal tagħrif dwar reati tat-traffiku fit-triq, li normalment ikunu ttrattati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. F'dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links li ġejjin sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-każ jitressaq quddiem il-qorti

  • L-investigazzjoni u l-kumpilazzjoni tax-xhieda
  • L-arrest u ż-żamma taħt arrest qabel il-proċess quddiem qorti kriminali (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew)
  • L-akkużi kriminali
  • It-tħejjija għall-proċess mid-difiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Reati minuri


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018