Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Ċipru

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna hija ssuspettata jew akkużata b’delitt li jiġi pproċessat fil-qorti. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku fit-triq, li huma ġeneralment ittrattati b’penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċess kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali

  • Persuna ssuspettata b’involviment f’delitt tista’ tiġi interrogata mill-pulizija. Il-pulizija hija responsabbli mill-investigazzjoni ta’ delitt.
  • Il-persuna ssuspettata tista' tiġi arrestata taħt mandat ġudizzjarju ħlief fil-każ ta’ reat flagranti.
  • Qabel l-interrogazzjoni mill-pulizija il-persuna ssuspettata għandha tiġi infurmata bid-dritt li tikkomunika ma’ avukat u għandha tiġi mwissija.
  • Jekk fl-aħħar tal-investigazzjoni tirriżulta evidenza inkriminanti kontra l-persuna ssuspettata, hija tiġi mixlija formalment mill-pulizija. F'każijiet kriminali serji d-deċiżjoni ta' prosekuzzjoni titteħed mill-Avukat Ġenerali. Din is-setgħa tal-pulizija tibqa' dejjem soġġetta għall-istruzzjonijiet ġenerali tal-Avukat Ġenerali li, skont il-Kostituzzjoni, għandu s-setgħa li jistitwixxi, imexxi, jieħu f’idejh u jkompli jew iwaqqaf kull proċedura kriminali.
  • L-att tal-akkuża li jistabbilixxi r-reat(i) jiġi ppreżentat mill-pulizija lil imħallef distrettwali għall-approvazzjoni. Jekk jiġi approvat, l-akkużat jiġi msejjaħ biex jidher quddiem il-qorti f’data speċifikata.
  • Il-kawżi kriminali, skont il-gravità tagħhom, jistgħu jiġu pproċessati: (a) fil-qosor minn imħallef wieħed tal-qorti distrettwali fejn ikun sar ir-reat, (b) abbażi tal-informazzjoni mill-Qorti ta’ Assize komposta minn tliet imħallfin tal-qorti distrettwali u ppreseduta minn president ta' qorti distrettwali.
  • Fi proċeduri fil-qosor, fid-data li fiha l-akkużat jissejjaħ biex jidher quddiem il-qorti, hu jwieġeb għall-akkuża(i) billi jiddikjara ruħu ħati jew mhux ħati. F’kawżi li jiġu pproċessati mill-Qorti ta’ Assize fid-data magħżula ssir inkjesta preliminari quddiem imħallef tal-qorti distrettwali. L-inkjesta preliminari tista’ ma ssirx jekk l-Avukat Ġenerali jiċċertifika li din ma tkunx neċessarja. Il-prassi segwita attwalment hija li l-inkjesta preliminari ma ssirx.
  • Il-vittma ta’ delitt għandha d-dritt li tressaq każ ta' prosekuzzjoni privat.
  • L-Avukat Ġenerali għandu r-responsabbiltà ġenerali għal prosekuzzjonijiet kriminali, inkluż id-dritt li jwaqqaf il-prosekuzzjoni.
  • F'Ċipru ma jsirux proċessi b’ġurija.
  • Jekk il-qorti tiddetermina mill-inkjesta li l-akkużat ma jistax jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu minħabba disturbi jew diżabilità mentali, il-qorti tista' toħroġ ordni għat-trattament tiegħu f'istituzzjoni mentali.
  • L-akkużat jista’ jressaq oġġezzjonijiet preliminari għall-akkużi minħabba: (a) nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, sostanzjali jew territorjali, (b) xoljiment jew kundanna preċedenti għall-istess att(i), (c) maħfra tar-reat(i), (d) akkużi inkompleti jew doppji.
  • Għal kondotta kriminali relatata, jistgħu jiġu akkużati aktar minn persuna waħda. Jekk dan jiġi kkunsidrat bħala inġust il-qorti tista' tordna li l-akkużi jinqasmu għall-finijiet tal-proċess.
  • Il-proċess jibda bl-evidenza tal-prosekuzzjoni. Fi tmiem il-każ tal-prosekuzzjoni il-qorti tiddetermina jekk l-akkużat għandux iwieġeb għall-kawża. F’dak il-każ l-akkużat jissejjaħ mill-Qorti biex jiddefendi lilu nnifsu u jiġi infurmat bid-dritt tiegħu li jibqa’ sieket jew li jagħmel dikjarazzjoni mill-iżbarra jew li jixhed taħt ġurament. L-akkużat jista’ f’kull ħin jitlob għal evidenza marbuta mad-difiża tiegħu. Ma jistgħu jiġu konklużi l-ebda inferenzi negattivi fil-każ li wieħed jeżerċita d-dritt li jibqa' sieket. Hekk kif tingħalaq il-kawża tad-difiża l-partijiet jagħmlu l-preżentazzjonijiet finali tagħhom u l-qorti tagħti s-sentenza tagħha.
  • Ix-xiehda kollha li jixhdu taħt ġurament fil-qorti jistgħu jiġu kontroeżaminati.
  • Il-proċess għandu jżomm mal-istandards ta’ proċess ġust. Il-preżunzjoni tal-innoċenza topera tul il-proċess kollu. Il-piż tal-provi f’kull ħin jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Jekk fl-aħħar tal-proċess il-qorti ma tkunx ċerta lil hinn minn kull dubju raġonevoli fir-rigward tal-ħtija tal-akkużat, dan għandu jinħeles.
  • Jekk l-akkużat jiġi kkundannat, ikun imiss il-proċedura tal-għoti tas-sentenza.

Tista' ssib id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni mhijiex sostituzzjoni għal konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk għandek xi lment. F’dawn l-iskedi informattivi ser issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Kif tieħu parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Id-drittijiet tiegħi tul l-investigazzjoni ta’ delitt

  • L-arrest u t-tfittxija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi tul il-proċess

  • It-tip ta' pieni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Reati tat-traffiku fit-triq

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Legali tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema ta' Ċipru

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Pulizija ta' Ċipru


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2019