Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Greċja
Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew tiġi akkużata b’delitt li jiġi ttrattat permezz ta’ proċess quddiem qorti.
Sommarju tal-proċedura kriminali
L-investigazzjoni/il-bidu tal-proċeduri
Din il-parti tal-proċedura tibda bil-Prosekutur li jiġi nnotifikat li probabbilment twettaq delitt. Hija tkompli billi jinbdew il-proċeduri kriminali u tintemm billi l-konvenut jew jitressaq quddiem qorti ħalli jgħaddi minn proċess jew billi jiġi rtirat kwalunkwe kap ta' akkuża fil-konfront tiegħu.
Din il-fażi għandha l-għanijiet li tħoll kemm jista’ jkun il-kobba mħabbla tal-każ u li jiġi ddeterminat jekk hemmx indikazzjonijiet qawwija li l-imputat wettaq id-delitt sabiex jiġi deċiż jekk jitressaqx jew le għal proċess quddiem il-qorti kompetenti.
Is-smigħ fil-qorti
F’din il-fażi, il-kawża tinstema’ quddiem il-qorti sakemm jintlaħaq u jingħata verdett.
Ir-rimedji
Dan jirreferi għall-mezzi pprovduti bil-liġi lil persuna biex din tkun tista’ timpunja d-deċiżjoni ta’ qorti kriminali.
Dawn il-mezzi huma:
- appell, li għandu l-għan li jemenda jew jannulla d-deċiżjoni li qed tiġi impunjata fuq il-bażi tal-fatti jew fuq il-bażi ta’ punti ta’ liġi.
- proċess ġdid tal-każ quddiem qorti kriminali, u revoka tas-sentenza sabiex id-deċiżjoni li qed tiġi impunjata tiġi annullata b’mod parzjali jew sħiħ minħabba raġunijiet legali.
Tista’ ssib dettalji dwar dawn il-fażijiet kollha fil-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss sabiex tagħti gwida ġenerali.
Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku fit-triq, li ġeneralment min iwettaqhom jeħel piena fissa bħal multa, ara l-Iskeda Informattiva 5.
Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri ta' prosekuzzjonijiet kriminali li jiġu adottati fl-Istati Membri differenti u ma tistax tassistik jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ
- L-eżami preliminari/inkjesta/investigazzjoni kriminali.
- L-arrest/it-termini restrittivi/l-arrest preventiv
- Il-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Akkuża
- Il-perkwiżizzjonijiet, il-marki tas-swaba’ u d-DNA
3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti
4 –Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 25/06/2018