Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - L-Ingilterra u Wales

Stabilixxi mill-ġdid Ipprintja l-paġni kollha Issejvja bħala PDF Issejvja l-paġni kollha bħala PDF

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Għandek tkun taf li dawn l-iskedi informattivi japplikaw biss għall-Ingilterra u għal Wales. Jekk tixtieq tkun taf id-drittijiet tiegħek f’partijiet oħra tar-Renju Unit, ara l-iskedi informattivi separati għall-Iskozja u għall-Irlanda ta’ Fuq.

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk inti tkun issuspettat jew akkużat b’delitt li huwa ttrattat permezz ta’ proċess quddiem il-qorti kriminali. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku fit-triq, li huma ġeneralment ittrattati b’multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.


Sommarju tal-proċess kriminali

L-istadji normali fil-proċess kriminali huma dawn li ġejjin:

  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapulizija jinvestigaw jekk sarx delitt u min wettqu. Jiġbru l-evidenza.
  • Wara li l-pulizija jkunu identifikaw suspett, ,jekk jaħsbu li jkun neċessarju, jistgħu jarrestaw il-persuna u jinterrogawha dwar ir-reat.
  • Jekk il-pulizija jaħsbu li s-suspettat seta’ wettaq delitt, dawn jikkonsultaw mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service (CPS) dwar jekk għandhomx iħarrkuh jew le – jiġifieri, jagħmlu akkuża formali biex jiġi pproċessat quddiem il-qorti kriminali.
  • Is-CPS jiddeċiedi dwar akkużi adattati u joħroġ dokument formali dwar is-suspettat li jiddeskrivi l-allegazzjoni.
  • Qabel il-proċess, isiru seduti fil-qorti li permezz tagħhom jinstab kif l-akkużat ikollu l-intenzjoni li jidher, u jivverifikaw li l-kawża hija lesta għall-proċess quddiem il-qorti kriminali.
  • Il-prosekutur jippreżenta l-evidenza fil-proċess. L-akkużat jista' wkoll jippreżenta evidenza biex jiddefendi ruħu. Kawżi serji jiġu deċiżi minn ġurija u kawżi inqas serji minll-maġistrati.
  • Wara li jinstemgħu x-xhieda kollha, il-maġistrati jew il-ġurija jiddikjaraw verdett.
  • Jekk l-akkużat jinstab ħati, l-imħallef jiddetermina s-sentenza.
  • Id-deċiżjoni tista' tiġi appellata.

L-iskedi informattivi jagħtu dettalji dwar dawn l-istadji fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni mhijiex sostituzzjoni għal parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik. F’dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 – Kif tieħu parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 – Id-drittijiet tiegħi tul l-investigazzjoni ta’ delitt

  • L-investigazzjoni u l-arrest
  • L-interrogazzjoni u l-akkuża
  • Dehriet fil-qorti qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali
  • It-tħejjija tal-każ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

  • Aktar informazzjoni dwar seduti ta’ appell

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 – Reati tat-traffiku fit-triq

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwida ta' libertà dwar id-Drittijiet tal-Bniedem


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/12/2016